Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 23 Aquarius - Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Konverżazzjoni ma' partner tiegħek li bħalissa għaddejjin minn sitwazzjoni xejn tajba, flok ħa tkun waħda ta' raġuni, aktar ħa tkun waħda ta' kundizzjonijiet lil xulxin, u huwa żmien li inti iċċedi ftit mir-ras iebsa tiegħek ħalli s-sitwazzjoni ta' bejnietkom tkun waħda aħjar u iktar kalma u ta' intenzjoni ugwali ħalli issa timxu 'il quddiem, b'hekk int tibda tħossok iktar inti. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 14, 26 u 35. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Fiduċja li int ħa tikseb minn ta' madwarek ħa jżidlek il-kuraġġ li tkompli tħares 'il quddiem u xi proġett jew ideat li int għandek, se tħoss li se tagħmilhom b'iktar serenità. Però, l-impor- tanti trid tagħraf iżżomm saqajk mal-art, u meta xi ħadd jiġi għal parir jew bżonn, int għandek tagħraf timxi daqs li kieku dan hu għalik stess. Sib ftit ħin għalik. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 16, 28 u 40. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ħa tiġik opportunità f'dawn il-ġimgħat li ġejjin, li għalkemm ħa jkun hemm bżonn ta' xi ftit sagrifiċċji, il-parir huwa li m'għandekx titlifha. Anzi, minn din l-opportunità, għalik ħa jinfetħu bibien fil-ħajja tiegħek, li sa issa kienu magħluqin u dan se jagħtik nifs ġdid. Biss, il-ħajja li kont qed tgħix ħa tieħu direzzjoni oħra. Ftakar li xejn ma jiġi mix-xejn. Għaraf imxi. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 16, 22 u 39. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Bħalissa għaddej minn fażi fejn daqqa ġej dak għall-parir, daqqa tiġi l-oħra għal xi bżonn. Fażi li int qed tiġi mitlub biex kif tista' tkun ta' benefiċċju għal ta' madwarek li dan huwa tajjeb, imma biex tagħmel hekk, jew tibqa' tagħmel dan, trid issib ħin għalik waħdek ħalli terġa' tibni l-enerġija mad- warek u qisek bħal batterija ħadt dak iċ-charge li tant għandek bżonn. Mument pożittiv għalik. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 21 u 34. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Bħalissa huwa mitlub minnek żmien ta' konċentrazzjoni għal dan l-għan tiegħek. Bħalissa għandek ħafna nies moħħom fik biex jaraw fejn se twassal. Il-mod kif inti miexi qiegħed tħalli impatt u kulħadd bla kliem. Ibqa' miexi 'il quddiem. It-triq mhix faċli u għalkemm waħdek, int għandek ħafna għajnuna ġejja minn wara l-kwinti. Ħa tkun ġimgħa intensa ħafna. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 7, 13, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. Cancer - Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Ħafna għajnejn se jkunu fuqek, speċjalment waqt ix-xogħol tiegħek fejn int ħa turi l-ab- biltà tiegħek permezz tal-esperjenza tajba li akkwistajt tul iż-żminijiet. Ta' dan taf tingħata bidla f'dak li int tagħmel imma ħa tiġi bejn ħalltejn x'se taqbad tagħmel. Deċiżjoni oħra li tkun ħadt, ħa tgħinek ftit tkun iktar rilassat. X'jgħid ħaddieħor, mhux importanti. Bħalissa, ħobb lilek innifsek. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 10, 25 u 33. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Bħalissa jekk tqisek bħala persuna waħdek, m'intix, għax ħa tibda tirċievi diversi kuntatti u dan ħa jagħtik spinta ħalli int tagħraf issa x'tagħmel. Għalkemm il-parir għalissa hu li żżomm bogħod minn relazzjoni fissa huwa l-aħjar parir, fittex lilek innifsek. Għalkemm persuna mill-kamp ta' Libra u Pisces se jkunu ta' fixla, għal Diċembru hu l-aħjar żmien tal- imħabba ġdid għalik. Leo huma magħrufin kemm huma umli. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 16, 24 u 35. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru Wasal iż-żmien li talent moħbi li għandek ġewwa fik tibda tagħtih id-dawl! Permezz ta' dan il-pass li ħa tagħmel, int se tingħata ċans turi l-abbiltà tiegħek u opportunità li ġejja, għandha tkun it-triq ta' bidu li ħa jarak tikber u tirnexxi. Però, il-parir li qiegħed jingħatalek huwa li tibqa' żżomm il-bilanċ tad-dieta tiegħek u żżomm il-ħin liberu għalik u għal dak li int tħobb tagħmel. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 1, 19, 22 u 39. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ottubru Opportunità li tista' tinqala' tħoss li mhux il- waqt, imma aħsibha sew. It-temperament tiegħek jaf ikun ta fixla imma għaraf dan il- mument ħalli int tagħraf aktar lilek innifsek u min huma dawk ta' madwarek li jkunu miegħek f'kull sitwazzjoni. Persuna li ħa tfittex parir dwar il-finanzi tiegħek, għaraf sew xi tgħidlek għax mhux bilfors ħa tkun l-aħjar parir. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 14, 27 u 33. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu , aħdar u abjad. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Għalkemm għaddej minn żmien tajjeb kemm bħala persuna u kemm f'dak li tagħmel, tista' tkun li trid iktar u dan jista' jiġri wkoll għax bħalissa, il-fortuna qiegħda ddur madwarek imma li ħa jiġrilek huwa li ħa tnaqqas il-ħin għall-partner tiegħek, u huwa hawn fejn int taf titlef dak it-tkabbir li int tixtieq. Għaraf kun bilanċjat, tħallix il-miżien jinżel fuq naħa wahda għax jaf ma jerġax jiġi bilanċjat. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 10, 21 u 36. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Bħalissa qisek qed issaqsi lilek innifsek, imma għaliex jien ma nistax inkun ta' suċċess bħall-oħrajn? L-ewwel ħaġa, mhux kulħadd għandu l-istess abbiltà u int qisek ma tafdax toħroġ miċ–ċirku li qiegħda fih. Jekk trid tikber, dan irid jispiċċa, is-suċċess jiġik imma trid tagħmel kuraġġ u toħroġ miċ–ċirku li qiegħda fih u appenan tagħmel dan, ħa tara l-ħajja kif se tin- bidel. Kuraġġ! Sagittarius huma maghrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 15, 24 u 30. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Persuna madwarek ħa tagħtik idea kif int għandek tibda tagħraf timxi, tippjana u tagħraf il-ħajja mgħaġġla ta' madwarek għalkemm int se tara dan il-parir xi ftit iebes. Però, appena tibda tħaddmu, tara kemm ħa tibda tħossok aħjar. Trid tagħti spazju wkoll għalik, forsi tmur sal-gym jew xi mixja. Għandek bżonn dan għax ħajtek għandha bżonn xi ftit ta' ossiġnu frisk. Taqtax qalbek! Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħom. L-aktar jum pożittiv għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 26 u 39. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-Oroskopju Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal- ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Il-Ouija Board tħarbat il-ħajja ta' tliet tfajliet Dan huwa rakkont fejn minħabba l-involviment ta' tliet tfajliet, ħa jkun maqsum fi tliet partijiet. Illum se jkollna l-introduzzjoni fejn it-tagħlima prinċipali se tkun li l-Ouija Board mhix logħba, imma fil-fatt huwa bieb li int ħa tiftaħ. Jekk ma jkollokx gwida ta' persuna li taf x'għandha tagħmel. Dan il-bieb li inti tiftaħ, jista' jsarraf f 'kuntatt ma' spirit li xi kultant, kif se naraw fir-rakkont ta' waħda mit- tfajliet, ikun fatali! Ir-rakkont jeħodna lura sas-sena 1990 fejn 3 tfajliet kienu jattendu skola flimkien, u wara l-sikola kienu jkomplu l-ħbiberija tagħhom flimkien. Għandna lil Tania, dak iż-żmien kellha 13-il sena, tfajla simpatika u mistħija bix-xewqa taghħa li ssir avukat; Sue li kellha 15 kienet persuna enerġetika ħafna u kienet tidħol f 'sitwazzjonijiet ikkumplikati, u Fiona ta' 15-il sena wkoll li kienet iffissata fl-imħabba, u dak il-ħolm kollu li l-imħabba kienet iġġib. Il-familji tagħhom kienu kollha fin-negozju, però kienu tawhom trobbija tajba u ddixxiplinata. Il-ġrajja tibda fi tmiem il-ġimgħa fejn dawn inġabru flimkien bħas-soltu f 'dar ta' waħda minnhom u ddeċidew li jaraw film, li ovvjament kien impressjonahom b'tali mod fejn Sue kienet l-aktar waħda enerġetika, ħajret lil sħaba jagħmlu kuntatt mas-sopranatural permezz tal-Ouija Board, bl-għan ewlieni tagħhom ikun li jirbħu x-xewqat tagħhom. Ippjanaw kollox eżatt, meta waħda mill-familji kienet ħa tkun ġimgħa vaganza, u allura kellhom aċċess komplut ta' dar. Sue daħlet għal din b'ruħha u ġisimha, u rranġat kollox hi. Wara bosta tħejjijiet, it-tliet familji iltaqgħu fid-dar, ħejjew kollox f 'kamra partikolari għall-11 ta' filgħaxija. It-tlieta li huma miġburin madwar mejda ffokati fuq din il-Ouija Board li kienu għamlu huma stess. Immexxija minn Sue, għamlu l-qasma ta' demm bejniethom u bdew isejħu sabiex jingħataw sinjal li ma kinux waħedhom. Xi nofs siegħa wara, sar il- kuntatt, u bdew isaqsu diversi mistoqsijiet u tant ħasbu li marru tajjeb li rrepetewha għal xi tlett iljieli wara xulxin. Għaddew xi xhur minn din l-esperjenza u t-tlieta li huma bdew jaraw li bdew jiġru affarijiet strambi u xi kultant koroh li ma kienx ikollhom kontroll fuqhom, tant li l-ħajja ta' Sue u Fiona bdiet tmur ħażin minn ġimgħa għal ġimgħa. Mill-ġimgħa d-dieħla, se nibdew naraw x'ġara lil Sue, il-ġimgħa ta' wara Fiona u l-ġimgħa ta' wara lil Tania.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015