Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052
Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 31 SPORTSillum L-Iżlanda jagħmluha għall-Euro 2016 u Malta tibqa' l-art... SA ftit tas-snin ilu, il- futbol fl-Iżlanda kien l-iktar magħruf għall- modi strambi ta' kif il- plejers tat-tim mill-istess pajjiż, Stjarnan FC kienu jiċċelebraw wara li jiskurjaw, bil-filmati ta' dawn jilħqu l-mijuni ta' 'hits' fuq YouTube. F'dawn il-filmati kien jidher taparsi ġellied li jkun dak l-istess plejer li jkun għadu kif skorja u taparsi jagħti daqqiet ta' ponn lil sħabu l-plejers li ftit wara jaqgħu mal-art wieħed wara l-ieħor. Madankollu, 'il bogħod minn dan, m'hemmx dubju li l-uffiċjali tal-futbol fl-Iżlanda kienu qed jieħdu l-affarijiet b'mod mill-iktar serju, fejn ħadmu qatigħ biex jgħollu l-istandards tal-futbol f 'dan il-pajjiż ċkejken. Ir-riżultati ta' dan kollu ġew riflessi fil- wirjiet riċenti mill-aqwa tat- tim nazzjonali, li rnexxielu jikseb kwalifikazzjoni storika għall-Euro 2016, liema kompetizzjoni organizzata mill-UEFA se ssir fi Franza bejn l-10 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju tas-sena d-dieħla. Għalkemm l-Iżlanda għandha popolazzjoni ta' 320,00 ruħ li jfisser popolazzjoni ta' madwar 80,000 ruħ inqas minn Malta u għalhekk għandha inqas plejers minn Malta minn fejn tagħżel, l-Iżlanda rnexxielha timpressjona bis-sħiħ u saħansitra kienet pass 'il bogħod milli tagħmilha għat- Tazza tad-Dinja li saret matul is-sena li għaddiet fil-Brażil. Nistgħu ngħidu li huma għamlu l-mirakli fejn saħansitra kklassifikaw qabel pajjiżi ikbar u iktar ikkwotati fil-futbol bħal mhuma s-Slovenja u n-Norveġja biex spiċċaw fit-tieni post fil- grupp ta' kwalifikazzjoni li fih kienu involuti, fejn ġew draw kontra t-tim li spiċċa fl-ewwel post f 'dan il-grupp jiġifieri l-Iżvizzera wara li kien qed jitlef bl-iskor kbir ta' 4-1. Fl-aħħar mill-aħħar, kienu sfortunati li ma rnexxielhomx jiksbu post storiku għall- ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja li ntrebħet mill- Ġermanja, meta fil-play-off, tilfu kontra t-tim nazzjonali ferm iktar ikkwotat u b'saħħtu tal-Kroazja. Uffiċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol fl-Iżlanda saħqu li wieħed mill-akbar żviluppi li saru fil-futbol f 'dan il-pajjiż kien dak li jinbnew 'full size indoor pitches' madwar il- pajjiż kollu biex jipproteġu lill-plejers mill-klima ħarxa li tikkaraterizza lil dan il-pajjiż Nordiku. F'kummenti li għadda lill-mezzi tax-xandir sportivi ftit tax-xhur ilu, il-kowċ tal-Iżlanda Lars Lagerback faħħar bis-sħiħ lill-federazzjoni tal-futbol Islandiża hekk kif stqarr li l-uffiċjali ta' din il- federazzjoni għamlu ħafna xogħol, speċjalment meta bnew dawn il-'full size indoor pitches'. Huwa kompla jgħid li llum fl-Iżlanda wieħed jista' jittrenja u jilgħab il-football matul is-sena, ħaġa li bdiet minn ħamsa sa għaxar snin ilu waqt li huwa jaħseb li din hija r-raġuni prinċipali għaliex il-futbol fl-Iżlanda għamel passi ta' ġgant 'il quddiem f 'dawn l-aħħar snin. Fil-livell tal-'youths' il-Federazzjoni Iżlandiża, il-KSI, poġġiet emfażi fuq logħbiet li fihom ikunu involuti inqas plejers biex titjieb it-teknika waqt li kien hemm ukoll sforz biex jiżdied in-numru ta' kowċis lokali li jippossjedu kwalifikazzjonijiet tal-UEFA. Barra minn hekk il-KSI għamlet żgur li tinkludi timijiet f 'kompetizzjonijiet ta' età ristretti kemm fil-futbol tal-irġiel kif ukoll fil-futbol tan-nisa biex b'hekk plejers iżgħar jingħataw iktar spazju li jilagħbu futbol kompetittiv. U la qed insemmu l-eżempju impressjonanti tal-Iżlanda, ma nistgħux ma nagħmlux referenza għat- tim nazzjonali Malti li lkoll niftakru li ftit tas-snin ilu l-istess tim nazzjonali kien jegħleb lill-Iżlanda f 'logħbiet ta' ħbiberija li kienu jsiru bħala parti mir-'Rothmans Tournament' f 'pajjiżna. Iżda minn dak iż-żmien 'l hawn, ilkoll nafu kif l-istorja nqalbet ta' taħt fuq, fejn l-Iżlanda għamlu avvanzi enormi waqt li t-tim nazzjonali għalkemm għamel diversi avvanzi baqa' jitlef kontra bosta timijiet nazzjonali oħra. Madankollu, ma nistgħux ma nirrimarkawx l-avvanzi kbar li saru fil-futbol Malti grazzi għall-amministrazzjoni preżenti tal-MFA. Bizzejjed wieħed ikun fuq ajruplan u jagħti ħarsa lejn Malta fejn jara numru kbir ta' grawnds bil-ħaxix naturali u artificjali li saru mill- amministrazzjoni preżenti tal-MFA li jemmnu bis-sħiħ li biex il-futbol Malti jimxi 'l quddiem irid isir investiment kbir fil-klabbs kif fil-fatt qed isir. Però sfortunatament għadna ma lħaqniex il-livelli tal-Iżlanda, anzi għadna mili 'l bogħod. Min jaf x'se jsir fil- futur? Tgħid se jirnexxielna nilħqu l-livelli tal-Iżlanda? Nistennew u naraw! Il-Belġju - Pass 'il bogħod milli jimpressjonaw f 'Euro 2016 KIENET sorpriża għal bosta segwaċi tal-futbol mondjali meta semgħu bl-aħbar li tabilhaqq il-Belġju jinsabu rrankjati fit-tieni post tar-rankings uffiċjali tal- FIFA. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja li t-tim nazzjonali Belġjan mimli stilel irnexxielu jilħaq din il- pożizzjoni, fejn tajjeb ngħidu li ħa post tat-tim nazzjonali tal-Arġentina, iżda meta wieħed jagħti ħarsa dettaljata lejn l-iskwadra li huma jippossjedu, din m'għandhiex tittieħed bħala sorpriża. Bosta jsostnu li biex wieħed jiftakar fi plejer Belġjan ta' klassi jrid iħaddem moħħu ferm u ferm. Iżda f 'dan iż-żmien, nistgħu ngħidu li għandna skwadra sħiħa mimlija bihom! Ftit tax-xhur ilu, il-ġurnal Ingliż The Guardian irraporta kif il-gazzetta Belġjana La Dernier Heure ikkalkulat li meta wieħed jgħodd is-somom ta' trasferimenti kollha tal-iskwadra Belġjana fil-preżent, huma kienu jammontaw għal xejn inqas minn 18-il miljun ewro, liema somma tammonta għat-tielet l-iktar tim nazzjonali li jqum flus fid-dinja kollha wara biss il-Brażil u l-Portugall. Probabilment, it-tim nazzjonali preżenti tal-Belġju huwa l-iktar wieħed ta' klassi fl-istorja. Nibdew minn bejn il-lasti fejn għandhom għażla kbira bejn il-goalkeeper li qed jimpressjona bis-sħiħ ma' Chelsea, Thibaut Courtois u li ma kinitx sorpriża li ħa post il-goalkeeper ta' esperjenza kbira Petr Cech, li wara li tilef post mal-ewwel 11 tal-Blues, ftit tal-jiem ilu ngħaqad ma' Arsenal. Il-Belġju għandhom ukoll għad-dispożizzjoni tagħhom lill-goalkeeper ferm ikkwotat ta' Liverpool, Simon Mignolet. Id-difiża Belġjana hija mmexxija minn talenti li jġibu l-isem tal-captain dominanti ta' Manchester City Vincent Kompany, il-plejer ta' Arsenal Thomas Vermaelen, kif ukoll il-plejer ta' Tottenham Hotspur Jan Vertonghen, li kien rivelazzjoni fl-ewwel staġun tiegħu fl-Ingilterra u saħansitra fl-istaġun 2013/14, kien innominat fit-tim tas- sena tal-PFA Kampjonat Barclays Premier. U l-kwalità ta' dan it-tim ma tonqosx hekk kif javvanza iktar fil-grawnd. F'nofs il- ground ċentrali, għandhom il-preżenza kolossali tal-plejer ta' Manchester United li ngħaqad magħhom mingħand Everton fil-bidu tal-istaġun 2013/14 u li sar wieħed mill- aqwa plejers ta' nofs il-grawnd ċentrali fl-Ewropa bis-saħħa li jippossjedi u l-abilità li jiskorja l-gowls, Marouane Fellaini. Jakkumpanjah f 'dan id- dipartiment, insibu lil Axel Witsel, li ngħaqad mat-tim Russu Zenit St Petersburg mingħand Benfica tliet staġuni ilu, u għalkemm forsi għadu ma laħaqx il-kwalità ta' din is-somma, huwa għad għandu biss 26 sena u l-qawwa u l-abilità tiegħu li jattakka jfissru li huwa għad isir plejer mill-aqwa. U mbagħad insibu plejer li jġib l-isem ta' Eden Hazard, li qed iħalli impatt enormi ma' Chelsea fil-pożizzjoni ta' plejer ta' nofs il-grawnd offensiv. U biex nenfasizzaw il-qawwa ta' Belġju f 'nofs il-grawnd, huma jistgħu jiftaħru wkoll bil-qawwa tal-plejer ta' Tottenham Hotspur fl- Ingilterra li jiswa s-somma ta' xejn inqas minn £15 miljun, Mousa Dembele, kif ukoll tal-plejer ta' Everton, Kevin Mirallas. U fl-attakk, il-Belġju jistgħu jagħżlu minn plejers bħal Christian Benteke li lkoll nafu x'kapaci jagħmel ma' Aston Villa fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, kif ukoll l-attakkant Romelu Lukaku li jilgħab ma' Everton fl-istess Kampjonat Ingliż. Fl-istaġun 2013/14, din il- koppja ta' attakkanti waħedha skorjat xejn inqas minn 36 goal. Interessanti huwa l-fatt li dan it-tim nazzjonali Ewropew qatt ma rebaħ unur maġġuri fuq livell Mondjali jew Ewropew, iżda b'din l-iskwardra li jippossjedu fil-preżent żgur li għandhom ċans inaqqxu isimhom fl-istorja tal-futbol fil-futur qarib! Tajjeb ngħidu li l-Belġju jinsabu biss pass 'il bogħod milli jiksbu l-kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, hekk kif jinsabu punt biss taħt il- leaders ta' Grupp B, Wales, bi 17-il punt. Sa issa huma aċċertaw minn post fil-play- offs biex jiksbu post għal din il-kompetizzjoni iżda kollox għadu miftuħ biex huma jtemmu dan il-Grupp fl-ewwel post u allura jiksbu kwalifikazzjoni awtomatika. Dan hekk kif huma fadlihom żewġ konfronti mhux daqshekk diffiċli - wieħed barra minn darhom kontra Andorra u l-ieħor ġewwa darhom kontra l-Isreal. Min-naħa l-oħra Wales ikunu impenjati f 'konfront ferm diffiċli barra minn darhom kontra Bosnia- Herzegovina waqt li l-aħħar konfront jista' jitqies bħala wieħed ferm faċli għalihom hekk kif huma jospitaw lil Andorra ġewwa darhom. Plejers tat-tim nazzjonali Belġjan jifirħu wara r-rebħa kontra Ċipru