Illum previous editions

ILLUM_13 ta' Settembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/570052

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Settembru 2015 | illum 5 " " " " " " " " "Hemm min dam jistenna 14-il sena biex jieħu annullament" ALBERT GAUCI CUNNINGHAM DIN il-ġimgħa l-Papa Franġisku ħabbar tibdiliet fil-proċessi tal-annullament tal-Knisja Kattolika li huma mmirati biex itaffu xi ftit mit-tagħbija li l-proċess pjuttost twil u laborjuż kien qed iħalli fuq koppji li jfittxu li jannullaw iż-żwieġ tagħhom. Fil-fatt, ma' dan il-ġurnal, Fr Renè Camilleri spjega kif darba hu kellu jixhed f 'appell ta' annullament li kien ilu jistenna seba' snin. Dan ifisser li, magħduda mas-seba' snin li l-koppja damet tistenna biex tinqata' l-ewwel sentenza, il- każ dam b'kollox 14-il sena. It-tibdiliet intlaqgħu b'mod ġeneralment pożittiv minn bosta persuni, kemm lokalment kif ukoll fuq il-midja internazzjonali b'diversi kleriċi jfaħħru lill-Papa għal din id- deċiżjoni. Il-Professur tat-Teoloġija fil- kulleġġ ta' Boston u l-Ġiżwita James Bretzke spjega mal- ġurnal New York Times kif dak li qed naraw huma ġesti "prattiċi biex il-proċess tal-annullament ikun aktar user friendly u jirrispondi għall-bżonnijiet tal- foqra u l-emarġinati". "Il-Papa qed jinvesti b'fiduċja fl-Isqfijiet" qal il-Monsinjur Pio Vito Pinto mal-istess ġurnal, li ammetta wkoll kif għalkemm uħud fil-Knisja Kattolika jistgħu ma jkunux kuntenti bil-bidliet "ir-riforma tpoġġi lill-foqra fiċ-ċentru." Il-bidliet imħabbrin fil-proċess tal-annullament fil-qosor DAN il-ġurnal qiegħed jagħmel lista ta' punti biex fil-qosor, il-qarrejja jifhmu aħjar x'inhuma t-tibdiliet li ħabbar il-Vatikan din il-ġimgħa u li se jfissru proċess inqas burokratiku għal dawk il-koppji li qed ifittxu li janullaw iż-żwieġ tagħhom bil-Knisja. Il-proċess tal- • annullament se jsir b'xejn. Mhux se jibqa' jintalab ħlas għal spejjeż amministrattivi. Naturalment, lill-avukat trid tibqa' tħallsu. Jista' jkun hemm biss • verdett wieħed favur in-nullità taż-żwieġ biex persuna tkun tistà terġa tidħol fiż-żwieġ bil-Knisja li huwa validu. Fil-proċess kollu se • jkun hemm imħallef wieħed li jkun taħt ir-responsabbiltà tal-Isqof. Qabel kien hemm tliet membri li jridu jiddeċiedu. F'każ fejn l-evidenza • favur in-nullità taż- żwieġ tkun ċara, l-Isqof lokali jkun jista' jagħmilha tal-uniku imħallef. B'hekk il- proċess jgħaġġel aktar. Każ jista' jibda jinstema' • wara 30 ġurnata li ssir l-aplikazzjoni u sa mhux aktar tard minn 45 ġurnata. L-appell issa m'għadx • għandu għalfejn imur il-Vatikan u jista' jkun deċiż mid-Djoċesi stess. Id-deċiżjoni tal-Vatikan • ma jfissirx li l-Knisja Kattolika taqbel mad- divorzju. Id-divorzju ma jannullax żwieġ u jibqa' jirrikonoxxi l-eżistenza passata tiegħu. Ġustizzja fil-qalba tal-bidliet – L-Arċisqof Charles J. Scicluna Il-qalba tal-bidliet hija ġustizzja li min qed jitlob risposta jirċivieha malajr. Dak li għamel il-Papa huwa wkoll dimostrazzjoni ċara ta' rispett imġedded tal-Knisja Kattolika lejn il-foqra, sinjal ċar li l-Papa Franġisku u l-Knisja kollha ma tagħmel ebda differenza bejn is- sinjur u l-fqir fejn tidħol il-ġustizzja. Il-Knisja, anke f 'Malta, qed tagħmel il-parti tagħha billi tissusidja t-Tribunal li jesegwixxi l-każijiet ta' annulament bl-ammont ta' €1,000 kuljum, jiġifieri €360,000 kull sena. Dan is-sussidju ma jmurx biss għall-pagi u l-ispejjeż imma jitħallsu wkoll servizzi ta' psikologu jew l-avukat li xi nies ma jkunux jifilħu jħallsu. Nixtieq nagħmel appell lill-avukati wkoll minn hawn biex jgħinu fil-proċess kollu u jaraw li l-miżati li qed jitolbu lin-nies ikunu mrażżnin u kontrollati. Mhux qed ngħid li għandhom jagħmlu xogħol b'xejn, ħa ninftiehem sew, imma huwa importanti li nwieżnu u niftakru f 'min huwa batut. Il-Papa qed jiġġieled il-burokrazija – Fr. Renè Camilleri Jien inħossni komdu ħafna b'dawn it-tibdiliet. Wara snin nitkellmu dwar il-bżonn ta' bidliet fil-knisja ġie l-Papa u qal "ejja ħa nbiddlu u nissimplifikaw l-affarijiet". Illum kull Gvern għandu Ministru jew persuna li taħdem kontra l-burokrazija u anke l-Papa hekk irid jagħmel, irid jiġġieled il-burokrazija li dejjem kienet mażżra m'għonq il-Knisja. L-aħħar li tlajt fuq appell ta' koppja li riedu jannullaw iż-żwieġ, niftakar li kienu ilhom jistennew biex jinstema' l-appell seba' snin, apparti s-seba' snin li kienu ilhom jistennew sakemm inqatgħet is-sentenza. Jiġifieri b'kollox, il-proċess dam 14-il sena. Allura dawn il-bidliet ifissru li ħajjet dawn in-nies qed tkun aktar faċli. Pass pożittiv li ma setax ikun evitat – Emmy Bezzina Dan il-Papa huwa progressiv u jidher ċar li jrid jisimplifika l-Knisja ta' Ġesù. B'hekk, b'dawn il-bidliet huwa ried li jbiddel proċess antikwat li kien qed jiġġebbed b'mod eżaġerat, li kien qed jiswa ħafna flus u li kien qed iwassal biex in-nies jaqtgħu qalbhom, u jmorru jgħixu ma' xi ħadd ieħor filwaqt li ma jibqgħux għaddejjin bil- proċess tal-annulament. Definittivament dan kien pass progressiv, imma l-Papa Franġisku ma kellux triq oħra ħlief li jagħmel dan biex jerġa' jiġbed in-nies lejn il-Knisja Kattolika. Il-fatt li l-każ jibda jinstema' f 'massimu ta' 45 ġurnata hija ferm pożittiva biex b'hekk ma jittawwalx il-proċess bla bżonn. Bħala bniedem lajk, inħoss li dawn kienu bidliet f 'waqthom fid- dawl ta' Kurja ripressiva, speċjalment fid-dawl ta' deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu. Inħossni kuntent li lokalment l-eks Vigarju Ġenerali Arthur Said Pullicino ma baqax fil- pożizzjoni għax għamel ħafna ħsara fil-proċess tal-annulamenti. Dak tal-Papa kien pass pożittiv li ma setax ikun evitat. Dawn huma żviluppi pożittivi. Il-bidliet huma intenzjonati biex jissimplifikaw il- proċedura, inaqqsu d-dewmien u jraħħsu l-ispejjez fil-proċeduri. Jalla l-amministraturi tal-ġustizzja u l-ġudikanti jieħdu l-eżempju tal-Papa u jkunu iżjed sensittivi għall-fatt li kawżi dwar status personali mhumiex proċeduri amministrattivi imma jirrappreżentaw esperjenzi personali ta' uġigħ. Bidliet għal simplifikar - Arthur Galea Salomone

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_13 ta' Settembru 2015