Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 G ħada se jkun qed jitħabbar it-tielet baġit ta' Gvern Laburista, li apparti li se jkun qed jagħmel lista ta' miżuri li jistgħu jolqtu lill- poplu b'mod tajjeb jew ħażin, se jkun qed jagħti stampa tal-qagħda ekonomika tal-pajjiż matul l-aħħar sena u kif il-Gvern qed iħares lejn ir-ritmu ekonomiku għas-sena li ġejja. L-ILLUM intervistat lill- ekonomista veteran u eks-CEO tax-Shipbuilding taħt Gvernijiet Laburisti u Nazzjonalisti, Karm Farrugia. Jibda l-intervista billi jfakkar li għalkemm Gvern Nazzjonalista ħalla ekonomija li ma kinitx sejra ħażin, "dan il-Gvern dawwarha f 'waħda li verament għandna biex niftaħru biha, tant li bħalissa l-ekonomija Maltija hija fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea". Imma x'ġara f 'dawn is-sentejn u nofs ta' Gvern Laburista li wassal għar-riżultati ekonomiċi li qed jikseb il-pajjiż f 'diversi setturi? "Jien naħseb li l-akbar fattur huwa li llum għandna Ministru, bir-rispett lejn il-Ministri kollha qabel Edward Scicluna, li għandu subgħajh fuq is-swiċċ ekonomiku tal-pajjiż. Il- Ministru kien viġilanti l-ħin kollu, jaf iċ-ċirkostanzi ekonomiċi kif sabhom hu u jaf kif jista' jtejjibhom". Farrugia jgħid ukoll li apparti dan, is-sitwazzjoni ekonomika globali bħalissa "mhux daqshekk inkrepattiva kif kienet tmien snin ilu u għalkemm it-triq mhux lixxa, hija iktar lixxa milli kienet fil- passat". Huwa jkompli jispjega kif fil-preżent l-ekonomija qed tkun xprunata l-aktar "minn kemm qed tonfoq int, kemm qed tonfoq il-familja tiegħek u kemm qed nonfoq jien. Naturalment, bħala ekonomista, jien inkun nippreferi li kieku t-tkabbir ikun xprunat aktar mill-investiment. Inħoss li f 'dawn is-snin l-investiment seta' kien akbar. L-istat tat-toroq waħedhom huma eżempju ċar ħafna ta' kemm nistgħu ninvestu iktar f 'pajjiżna." Hawn 'feel good factor' qawwi Imma l-ILLUM staqsa lill- ekonomista, x'jaħseb li huma l-fatturi li wasslu biex in-nies qed jonfqu aktar. Pronta kienet ir- risposta tiegħu, "fil-pajjiż bħalissa hawn feel good factor qawwi. Il-poplu jħossu kuntent u jaf li r-riżultati ekonomiċi mhumiex temporanji imma hawn stabbilità. Jien immur lil hinn minn hekk. L-ekonomija ma nħarisx lejha biss minn kif inhi llum imma kif se tkun fiż-żmien li ġej" jgħid Farrugia li jagħmel referenza għar-rapport tal- Aġenzija ta' kreditu DBRS li tagħti ċertifikat pożittiv lill-ekonomija li preżentement, qed tikber b'rata ta' 5%. "Ma tantx hawn ekonomiji li qed jikbru hekk. Tkabbir ta' bejn 2% u 2.5% huwa meqjus bħala tkabbir tajjeb, aħseb u ara 5%. Sitta minn kull 10 sejrin tajjeb Imma t-tkabbir qed jasal għand kulħadd jew għandna każ fejn tnejn minn kull 10 qed jaraw żieda kbira fid-dħul tagħhom, bit-tmienja l-oħra jibqgħu fejn huma? Għandna sitwazzjoni fejn il-ftit li qed imorru aħjar qed jagħmlu tajjeb, statistikament, għal min mhux? Karm Farrugia ma jaqbilx man- numru, għalkemm jaqbel mal- argument. "Jien ngħid li sitta minn kull 10 sejrin aħjar hija iktar realistika. L-argument tiegħek jagħmel sens, imma tnejn biss minn kull 10 li sejrin aħjar hija eżaġerata. Issa minn dawk is-sitta, hemm min ra titjib ta' 1% u hemm min ra titjib ta' 4% jew anke 5%." L-oħrajn, skont Farrugia, la marru agħar u anqas aħjar. Sentiment pożittiv jissarraf f 'suq tal-proprjetà aktar b'saħħtu Induru fuq numru ta' setturi fl- ekonomija ta' pajjiżna u nibdew bil- proprjetà. Nfakkru li, kif irrapurtat din il-gazzetta, is-suq huwa b'saħħtu ħafna bħalissa bil-proprjetà togħla ħafna wkoll f 'postijiet bħal Bormla. Imma mbagħad hemm l-argument ukoll ta' min jgħid li suq b'saħħtu tal-proprjetà ma jfissirx ħajja aħjar għal min jaqlagħa u jikolha. Farrugia jisħaq li s-suq tal- proprjetà jikber sew jekk kemm-il darba jkollok ekonomija b'saħħitha b'bosta nies li qed iħossuhom pożittivi. "Jista' jkollok suq tal- proprjetà li sejjer ħażin u ekonomija li mhux, jew viċi-versa. Importanti wkoll li niddistingwu bejn is- suq tal-proprjetà u s-settur tal- kostruzzjoni, għax għalkemm relatati, mhumiex marbutin ma' xulxin intrinsikament" jgħid Farrugia. Tazzi li ma jfurux L-intervista ddur fuq settur ieħor li bħalissa qed jara riżultati mill- aktar pożittivi, it-turiżmu. L-ILLUM tistaqsi kif, minkejja dawn ir- riżultati ferm tajbin, għad għandek ammont kbir ta' ħaddiema f 'dan is- settur li mhux qed iħossuhom parti minn dan is-suċċess. Nistaqsuh jekk għandhomx raġun opinjonisti u artikolisti bħal Charles Miceli, li jikteb diversi drabi fuq l-ILLUM, meta jgħidu li l-idea ekonomika tat-trickle down, jiġifieri li l-ġid jinħoloq minn fuq u jinżel l-isfel, ma teżistix jew li fil-prattika ma taħdimx. "Ma naqbilx, le," tkun ir-risposta immedjata ta' Farrugia għalkemm jaqbeż fuq l-importanza tat- turiżmu, mingħajr ma jwieġeb il-mistoqsija preżenatata lilu mill-ewwel. "Rigward it-turiżmu tajjeb ngħidu li t-tkabbir li qed jara pajjiżna mhux wieħed differenti minn dak ta' pajjiżi oħrajn u jkollna ngħidu li f 'dan is-settur, xi kultant neżaġeraw xi ftit il-kontribuzzjoni. Jiena nħoss li t-turiżmu, għalkemm importanti ħafna, jikkontribwixxi għal inqas minn 20% tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) u fil-fatt jikkontribwixxi għal madwar 17% u 18%. "Imma ma rrispondejtnix dwar kif l-impjegati f 'dan il-qasam qed igawdu minn dan it-tkabbir", tfakkar l-ILLUM. Taqbel li hawn ħafna abbuż, li ilu jakkumula s-snin f 'dan is-settur? Sabiħ ħafna li tixgħel l-aħbarijiet u tara kemm żdiedu t-turisti imma fil-livell tat- triq u tal-impjegati, dan is-suċċess qed jinħass jew le? Farrugia ma jdurx wisq mal- lewża u jistqarr li kollox ġej min-nuqqas jew laxkar fuq min iħaddem f 'Malta. "Nissimpatizza mal-impjegati li ġejjin f 'pajjiżna u qed jaħdmu ġo lukandi. Hija ċara li hemm nuqqas ta' kontroll jew nuqqas ta' rieda governattiva ta' kontroll u qed inħallu wisq nies jiġu jaħdmu hawn Malta, bla kwalifiki u li jaċċettaw pagi miżeri għax ikunu prattikament, qed imutu bil-ġuħ dawn." Imma allura x'jista' jsir? "Il-Gvern jeħtieġ jikkunsidra li jirregola aħjar is-settur. Mhux faċli, ħa nkunu ċari, imma li jrid jagħmel huwa li jżid is-saħħa ta' min jispezzjona. Meta waiter ma jafx jitkellem Malti jew Ingliż, dak mhux postu fis-settur. Jeħtieġ nikkontrollaw u b'kontroll mhux qed nalludi biss li ngħidu lin-nies x'għandhom jagħmlu, imma aktar minn hekk, li ninfurzaw. Dan x'jiġifieri, apparti li ma jafux jikkomunikaw għandek numru kbir ta' dawn l-impjegati li ma jħallsux bolla?" Dwar dan il-punt, Farrugia jtemm jgħid li "l-Gvern ikun jaqbillu li jirregolarizza għax ikun jista' jdaħħal aktar flus mit-taxxi. Imma, nammetti, mhux lakemm tgħidha din." Gvern Laburista qed jissorprendi fl-ekonomija? Ir-riżultati ekonomiċi jistgħu jkunu tant pożittivi li jkun hemm votanti, speċjalment dawk tradizzjonalment Nazzjonalisti jew switchers li jħossuhom sorpriżi bil-fatt li taħt Gvern Laburista l-ekonomija sejra aħjar milli kienet sejra taħt il-Gvern li forsi kienu jappoġġjaw. Farrugia jagħmilha ċara li l-ewwel nett trid tiddistingwi bejn Gvern Laburista tal-lum u dak ta' 30 jew 40 sena ilu. "Il-PL, illum, mexa aktar lejn iċ-ċentru imma jekk iħares, se jħares lejn ix-xellug. Lili ma ddejjaqni xejn din, anzi togħġobni ħafna". Imma Farrugia jaħseb li f 'dan il- punt, il-poplu qed jieħu r-riżultati ekonomiċi xi ftit for granted? "U hekk għandu jkun" isostni Farrugia, "dak huwa l-akbar kumpliment lill-poplu u lill-gvern u fil-fatt m'għandhomx għaliex ma jieħdux ir-riżultati ekonomiċi hekk. Bħalissa s-setturi kollha tal-ekonomija sejrin tajjeb. Għandek żieda fl-impjiegi, titjib fil-bilanċ tal-pagamenti u s-settur finanzjarju sejjer tajjeb ħafna wkoll. Sitta minn kull 10 impjiegi qed jinħolqu fil-privat Il-PN jikkritika lill-Gvern preżenti 'Wieżen lil min qiegħed fuq il-paga Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt "Fil-pajjiż bħalissa hawn feel good factor qawwi. Il-poplu jħossu kuntent u jaf li r-riżultati ekonomiċi mhumiex temporanji" "Ir-rata ta' qgħad bħalissa hija l-aktar waħda baxxa li qatt kellna fi snin, imma xorta nemmen li mhux l-ideali. Jien inħoss li l-qgħad f 'pajjiżna m'għandux jeċċedi it-2% jew 2.5%"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015