Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 31 SportSillum b'sodisfazzjon u kuraġġ għall-futur " - Karl Izzo Edward Aquilina li kellu sena ferm pożittiva kemm man-nazzjonal fit- tournament tal- Iran kif ukoll f 'dan it-tournament. Barra minn hekk fil- Kampjonat Domestiku, kien wieħed mill-aqwa plejers Maltin. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, insemmi lill-goalkeepers li jilagħbu f 'pożizzjoni mill-aktar importanti. Hawnhekk alternajt lill- veteran (f 'dak li għandu x'jaqsam ma' preżenzi man-Nazzjonal) Alan Borg Cole, u ż-żagħżugħ Nicky Grixti li taw kontribut eċċezzjonali fil-qadi tad-dmir tagħhom. Tkun kuntent ħafna li jkollok żewġ goalkeepers fuq min tafda l-lasta u t-tmexxija tal-fażi difensiva tat-tim tiegħek. Issa l-ħsieb huwa dak li nerġa' nlaqqa' lill-plejers għas-26 ta' Ottubru, meta se nkunu qed nibdew bil- preparazzjoni għall-finali. Għandi ħsieb li nieħdu sehem f 'tournament li se norganizzaw f 'Malta f 'nofs Novembru. Ġejjin it-tim tas-Serie A2 Taljana Lavagna għal erbat ijiem ta' taħriġ magħna, u għandna ħsieb li mmorru għal training camps fi Sqallija fejn nilagħbu kontra l-Ortigia u probabilment fit-Turkija jew fit-Tramuntana tal- Italja. Mill-1 ta' Diċembru hemm diġà ftehim mal- presidenti tal-klabbs li l-plejers mgħajta jkunu dejjem miegħi sat-tmiem il-Kampjonati Ewropej. It triq se tkun twila u iebsa imma din il- kwalifikazzjoni storika timlina b'sodisfazzjon kbir u kuraġġ għall-futur sabiħ tal-waterpolo Malti. Jien ninsab konvint li l-Awtoritajiet konċernati huma konxji u kburin b'dan li rnexxielna nagħmlu u se jagħtuna kull għajnuna kemm finanzjarja kif ukoll possibiltà ta' ħin mil-leave tal-plejers magħżula, biex ikunu jistgħu jitħarrġu bl-aħjar mod possibli. Hemm bżonn u urġenza li nagħtu lil dan it-tim dak li vera ħaqqu għar- riżultati miksuba u għal fejn irnexxielna ngħaddu. Issa iktar u iktar hemm ħtieġa urġenti ta' pixxina magħluqa (indoor pool), l-ewwel nett minħabba l-popolarità li qiegħda dejjem tiżdied għal din il-logħba, u għalhekk il-faċilitajiet preżenti mhumiex bizzejjed. Barra minn hekk, il-fatt li kompetizzjonijiet bħal dawn isiru ġo pixxini magħluqin, insibu diffikultajiet kbar biex naddattaw. Jien konvint li s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Chris Agius, li kien preżenti għal-logħbiet kollha tal-grupp li lgħabna u minn hawn nixtieq nirringrazzjah minn qalbi, se jagħmel mill-aħjar li jista' biex jagħtina kull għajnuna possibli. Il-polza li ttellgħet ġewwa Belgrad, nhar il-Ħadd li għadda, u li għaliha konna preżenti jiena u l-President tal-ASA, is- Sur Joe Caruana Curran, tellgħatna fl-aktar grupp diffiċli possibli li fih se nilagħbu kontra l-finalisti tal-Kampjonat tad- Dinja, li għadu kemm sar ġewwa Każan f 'Awwissu li għadda. Ir-rebbieħa li huma s-Serbja u t-telliefa fil-finali, il-qawwa tal- Kroazja, waqt li t-tim l-ieħor se jkun it-tim qawwi ta' Franza li diġà affrontajnihom fl-ewwel grupp ta' kwalifikazzjoni ġewwa l-Olanda. Li tilgħab kontra l-qawwa tas-Serbja, li huma leaders assoluti fil- waterpolo preżenti ġewwa s-Serbja stess, hija tassew ħolma li se ssir realtà għalina. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ringrazzjament kbir imur l-ewwel għall- President tal-ASA, is- Sur Joe Caruana Curran tax-xogħol, paċenzja u dedikazzjoni li jagħti lili u lit-timijiet nazzjonali tal-waterpolo. Kieku żgur li mhux għalih għax-xogħol kollu li jagħmel, m'aħniex qegħdin fejn qegħdin illum. Nirringrazzja wkoll lill-Eżekuttiv kollu tal-ASA u lill-assistent ħabrieki tiegħi Anthony Farrugia, magħruf bħala l-'Panelli'. Ħajr ukoll imur għal Adrian Cachia - il- kowċ tal-goalkeepers, lit-tim mediku tagħna tal- PSMC, lill-plejers kollha li ħaqqhom tifhir kbir għas- serjetà u d-dedikazzjoni tagħhom li hi kollha bla ħlas. Nirringrazzja wkoll lill-mara tiegħi Diane, tal- paċenzja li tieħu bija, biex inkun nista' nipprepara lit-tim bl-aħjar mod possibli, u l-aħħar imma żgur li mhux l-anqas lill- familji tal-plejers kollha li huma ta' għajnuna dejjem għall-irġiel tagħhom f 'kull moment, u biex finalment intlaħaq dan it-tragward storiku u ferm prestiġjuż għal pajjiżna. Jien dejjem nisħaq li kulħadd huwa importanti biex jinkiseb suċċess, u l-għaqda tat-tim hija fundamentali," temm jgħid Karl Izzo. Il-plejers li ħadu sehem f 'dan it-Tieni Rawnd ta' Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo li se jsiru f 'Belgrad tas-sena d-dieħla kienu s-segwenti: Alan Borg Cole 1. Niki Lanzon 2. Jerome Gabarretta 3. Michele Stellini 4. Mark Meli 5. Matthew Zammit 6. Steve Camilleri 7. Jordan Camilleri 8. Edward Aquilina 9. Aurelian Cousin 10. Clint Mercieca 11. Dino Zammit 12. Nicky Grixti 13. Il-plejers tat-tim nazzjonali tal-waterpolo, li kitbu l-istorja għal pajjiżna Il-plejers tat-tim nazzjonali tal-waterpolo jiċċelebraw

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015