Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 SportSillum Tirritorna fl-ogħla livelli tal-volleyball wara t-twelid tal-ewwel tifel Dorianne Caruana Bonnici, bla dubju hi waħda mill-aqwa plejers fix-xena tal-volleyball tan-nisa fil-preżent, u li ftit tal-xhur ilu welldet lill-ewwel wild tagħha u tar-raġel tagħha Triston, li ngħata l-isem ta' rafael. Huwa fatt magħruf li t-tqala ġġib magħha ċerti sfidi kemm fiżiċi u anki emozzjonali għal kull mara fid-dinja, madankollu d-determinazzjoni kbira li tippossjedi Dorianne kienet fundamentali biex hi terġa' titritorna fl-ogħla livelli tal-volleyball tan- nisa, flimkien mat-tim tagħha li tant hija dedikata għalih, Balzan Flyers. Din il-gazzetta ltaqgħet b'mod personali mal-istess plejer prolifiku, proprju ħames xhur wara li hi welldet, fejn tatna iktar dettalji rigward x'kien is-sigriet biex hi reġgħet irritornat fuq il-court tal-volleyball fi żmien relattivament qasir wara t-tqala tagħha. Dorianne saħqet li, "Ħames xhur ilu wellidt l-ewwel wild tiegħi - Rafael. Kont ċesarja u għalhekk bilfors irid ikollok sitt ġimgħat recovery sakemm terġa' tibda timxi. Jien bit- tqala b'kollox kont żdidt xejn inqas minn 26 kilogramma, u għalhekk biex dawn il-kilogrammi, terġa' ġġibhom 0 hija sfida. Bdejt nimxi u ngħum bil-mod għax ma stajtx nagħmel eżerċizzju ieħor u qisu tliet xhur wara bdejt nilgħab il-volleyball bil- mod. Niftakar li fl-ewwel sessjoni ta' taħriġ wara li kelli t-tifel kienet se ttini rasi. Dan għax kont tlift il- koordinazzjoni kollha, u litteralment il-ballun ma bdejtx nolqtu. Qabel it- tqala jien kont nikkalkula l-qabża b'ċertu mod u għal ċertu għoli, imma wara t-tqala bdejt nirrealizza li dan kien sar diffiċli għalija. Barra minn hekk, il-fatt li jien wellidt bil- prassi magħrufa bħala ċesarja, it-tobba kienu qasmuli l-addominali min-nofs, u sakemm dawn jerġgħu jgħaqdu trid iż-żmien, waqt li trid issaħħaħ ukoll il-muskoli prinċipali tal-ġisem. Inżid li emozzjonalmet wara din l-ewwel sessjoni ta' taħriġ kont imdejqa ħafna għax ma rnexxielix nagħti l-massimu tiegħi bħas-soltu u l-wirja tiegħi ma kinitx daqshekk sodisfaċenti, kif normalment tkun. Imbagħad bil-mod il- mod bdejt immur għas- sessjonijiet ta' taħriġ mal-klabb u meta ma jkollix sessjonijiet mal- klabb, nittrenja waħdi d-dar bit-tifel fuqi u nagħmel l-eżerċizzji permezz ta' YouTube quddiem it-televixin, fejn nuża lit-tifel tiegħi bħala weights. Issa nista' ngħid li erġajt ġejt 90% fit u bdejna l-pre-season u l-Kampjonat ukoll fejn s'issa rbaħna kull logħba li konna nvoluti fiha. Fis- semi-finali tan-knockout għelibna lil Hibernians bl-iskor ta' 3-0. Intant, din is-sena lħaqna ftehim ġdid fejn ingħaqadna ma' Balzan FC, u għahekk bħala tim qed nissejħu Balzan Flyers. B'hekk se nkunu qed ingawdu mill-istess sponsorship tat-tim tal- futbol ta' Balzan. Dalwaqt għandna l-preżentazzjoni uffiċjali bħala klabb, fejn se nkunu qed niġu eżatt bħall-klabb tal-futbol ta' Balzan, anki fejn jidħlu kits home u away. Aħna nittrenjaw f 'San Alwiġi u huma se jibdew jittrenjaw hemmhekk ukoll. Bħala fiżjo-terapisti, tobba, attivitajiet u dak kollu li jkun hemm bżonn, se nkunu magħqudin. Għadna fil-bidu ta' dan il-proċess, imma eventwalment il-klabb irid ikompli jibni fuq din il-ħaġa. Dan hekk kif irridu niġu klabb semi- professjonali minflok amatorjali. Fis-sajf li għadda, bħala Balzan Flyers, akkwistajna żewġ plejers barranin tajbin ħafna, fejn waħda kienet tilgħab mat-tim nazzjonali tal-volleyball tan-nisa tal-Latvja u l-oħra ma' dak tal-Polonja. It- tnejn li huma qed jilagħbu b'mod regolari magħna għax qed jgħixu u jaħdmu Malta. Huma plejers importanti ħafna fit-tim tagħna. Fl-istaġun li għadda, jien ma kontx nifforma parti mit-tim tagħna minħabba t-tqala, f 'liema staġun irbaħna n-knockout li hija xi ħaġa pożittiva, waqt li fil-kampjonat iddiżappuntajna fl-aħħar perjodu. Matul dan l-istaġun, m'hemmx dubju li se nkunu qed nisfidaw biex nirbħu l-kampjonat, flimkien ma' timijiet oħra fosthom Fleur-de-Lys li huma ċ-champions tal- istaġun li għadda u li fit-18 ta' dan ix-xahar se naffrontawhom fil-finali tas-Super Cup. Barra minn hekk, Paola Hibs ukoll għandhom tim li kapaċi jiġġieled għall-unuri. Mhi faċli xejn biex inlaħħaq ma' kollox fil-ħajja, iżda rrid inżid ukoll li għandi s-sapport massimu tar-raġel tiegħi Triston. Il-fatt li huwa plejer tal-futbol ma' Tarxien Rainbows, jista' jifhimni aktar, u għalhekk dan nikkunsidrah bħala vantaġġ għalija. Iżda huwa ta' żvantaġġ il-fatt, li huwa jittrenja mat-tim tiegħu ta' kuljum. Dan ifisser li kull meta mmur għat-taħriġ jien, dejjem irrid nara ma' min se nħalli lit-tifel, għax ma jkunx jista' jżommuli r-raġel. Il-ħajja saret mgħaġġla ħafna. Jien naħdem bħala full-time lecturer, jiġifieri naħdem sal- 4pm, u prattikament, irrid inlaħħaq ma' kollox, fosthom li nsajjar, innaddaf, u nieħu ħsieb tat-tifel. Jien naħseb li t-'time management' huwa l-aktar ħaġa importanti, fejn jien per eżempju naf li għandi ċertu ħin fil- gimgħa allokat għat-taħriġ tal-volleyball mal-klabb, li fil-każ tiegħi huwa tliet drabiet fil-ġimgħa. Irrid inżomm ħin għal fitness f 'ħajti għax dan huwa importanti ferm għalija. Dan minħabba l-fatt li meta nħossni tajba fiżikament, inħossni tajba wkoll kemm emozzjonalmemt kif ukoll psikoloġikament. Mhux faċli, imma jekk trid jirnexxielek! Il-klabb tagħna ta' Flyers, bil-ftehim il-ġdid għandu aspirazzjonijiet ferm sbieħ għall-futur qarib, fosthom training camps barra minn Malta, kompetizzjoniet tal-volleyball kontra timijet oħra fl-Italja, waqt li lħaqna ftehim ma' ċerti klabbs tal-volleyball ibbażati f 'Turin, fl-Italja. Qed nittamaw ukoll li nieħdu sehem f 'tournament fl-Italja viċin l-Għid il-Kbir. Bħala klabb, qed naħdmu ħafna fuq sponsorships. Irridu niġu klabb b'set-up semi- professjonali. Dan diġà beda jinħass, hekk kif qabel konna nittrenjaw darbtejn fil-ġimgħa u issa qed nittrenjaw tliet darbiet fil-ġimgħa. Dan għaliex il-Kulleġġ ta' San Alwiġi se jipprovdilna l-gym biex sessjoni ta' taħriġ fil-ġimgħa nagħmluha fih u tkun ibbażata fuq weights, li m'għandix dubju li hija xi ħaġa li se tkun qed tgħinna fiżikament ukoll bħala tim ta' Balzan Flyers," temmet tgħid Dorianne Caruana Bonnici. Dorianne Caruana Bonnici fl-azzjoni ma' Flyers matul l-istaġun li għadda Dorianne Caruana Bonnici Ritratt : Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015