Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

għaddew minnu flimkien, permezz tal-ħin tagħna flimkien f 'Għawdex. Zhana kienet tibgħatli l-punti mal- lejl wara li tkun spiċċat mix- xogħol u jien kont inkun nistennieha u noqgħod nikteb mal-lejl. Ħassejt lil Bambin magħna wkoll. Il-lejl għandu dimensjoni oħra u kont nagħmel riflessjonijiet importanti. Waħda minnhom kienet li dan il-ktieb ikollu messaġġ pożittiv favur il-ħajja u l-imħabba lejn it-tfal. Xtaqna wkoll li ngħinu ġenituri oħra li għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili. Fl-aħħar tliet kapitli sibtha diffiċli biex nikkonkludi. Zhana u jien, qisu esperjenzajna daqsxejn ta' blokk mentali. Iżda Gordon Pisani li hu l-pubblikatur tal-ktieb beda jkellimni u jagħmilli kuraġġ. Tlabtu aktar ħin u żmien u li kellna bżonn inkunu ftit waħidna, u hu min-naħa tiegħu fehem. Ikolli nammetti li f 'dawn il- ftit xhur, jien u Zhana sirna ħbieb tal-qalb, fejn kultant niltaqgħu u b'tgħanniqa waħda tant inħossuna viċin xulxin. Inħossu l-istess affarijiet u ambjenti, u vera nieħdu gost flimkien u nitkellmu mill-qalb." Maria qaltli li f 'Zhana sabet omm li għalkemm tilfet lil bintha, tħoss li fis-sitt snin li għexet hi u żewġha Jonathan tawha l-aħjar mumenti li setgħu jagħtuha, fejn anke ħaduha Disneyland u Lourdes. "Illum il-ġenituri tagħha jħossu n-nuqqas tagħha ħafna, iżda xorta jħossu paċi f 'qalbhom. Nammirahom ferm it-tnejn. Vera għamlu kollox u huma ġenituri kbar. Insellmilhom minn qalbi." Dwar Leah, Maria qaltli, "Sirt naf lil Leah fil-ktieb. Kienet tifla brava ħafna, tħobb ħafna lit-tfal u kienet tħoss nuqqas kbir talli kienet tfalli l-iskola. Kienet anke tħobb tpinġi ħafna u fil-fatt użajna t-tpinġijiet tagħha fil-qoxra tal-ktieb. Kellha talenti kbar fiċ-ċokon tagħha. Sirt naf li ħajjitha aktar qattgħetha l-isptar milli tilgħab mat-tfal u l-iskola. Iżda Leah anke fit-tbatija baqgħet imqarba u dejjem titbissem. Tant li anke mietet bi tbissima fuq fommha." Maria qaltli li dan il-ktieb jagħti ħajja oħra lil Leah, jħalliha tgħix u twassal il-messaġġ sabiħ ta' ferħ fit- tbatija u mill-lenti tat-tfal, hi tifla u fjura mill-isbaħ. Fl-istess ħin, il-flus li jidħlu mill-bejgħ ta' dan il-ktieb, se jmorru għal tfal li għandhom bżonn il-kura. "Din hi storja ta' telfa kbira iżda li twassal messaġġ tal- miraklu tal-imħabba." Ħin minnhom Maria emozzjonat ruħha u għajnejha mtlew bid-dmugħ meta bdiet tirrakonta t-tbatija ta' din it-tifla u l-ġenituri tagħha. Fl- istess waqt, rajt it-tama u l-enerġija pożittiva li ħarġet mit-tifla u dawk kollha ta' madwarha. "Nixtieq nagħmel appell lill-qarreja tal-ILLUM – "Aqraw dan il- ktieb għax se tħossu l-ferħ li jagħtuna t-tfal fi kwalunkwe ċirkostanza." Intbagħtitli kopja tal-ktieb, u nista' ngħid li hi storja ta' dieqa iżda b'messaġġ pożittiv ħafna. Storja reali fejn ma jispiċċax fl-istil tal-'fairy tales', bl-'and they lived happily ever after.' Iżda jagħti messaġġ li fejn hemm it-tama, hemm il-ħajja u fejn hemm il-ħajja hemm l-imħabba, hi kemm hi twila jew qasira l-ħajja. Qabel tlaqt, Maria qaltli li dan l-aħħar kienet Ċipru fejn kienet qed taqra ktieb ta' Paolo Coelho li fih laqtitha din is-sentenza, "Jekk trid risposti onesti...staqsi lit- tfal u oqgħod attent għat- tweġibiet tagħhom." Il-Ktieb bl-isem ta' 'Leah' se jinbiegħ għal €10 bil-flus imorru għal Puttinu CARES u se jiġi introdott fis-suq nhar id-29 ta' Ottubru fis-sala tal-Knisja Ta' Pinu mill-Isqof Mario Grech. Il-pubblikazzjoni hi ta' Kite Group. Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 9 għexet u mietet titbissem Z H A N A X U E R E B M A R I A M I F S U D Z H A N A X U E R E B M A R I A M I F S U D is the little girl with a big smile who captured the hearts of a nation. The story of her life and struggle with one of the rarest forms of cancer, is told by her mother, who lived and shared every moment of her ordeal. An emotional and heart-rending narration of the trials and tribulations faced by this little girl, and the pendulum alternation of states of hope and of despair. It's a story of a great loss, but of an even greater love, a love that survived and surmounted the greatest tragedy. KG_15104_Leah_Cover_Output2.pdf 1 17/09/2015 10:48 "Zhana żżur il-qabar ta' bintha darbtejn kuljum għax wegħditha li qatt mhu se tħalliha weħidha" AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Il-qoxra tal-ktieb: Il-kelba Queenie mietet eżatt fl-istess data 5 xhur qabel Leah

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015