Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Ġejt ittradut u l-arroganza…ta' vera J. ZAMMIT ŻEJTUN MA nistax ma nirrispondix lill-qarrej tiegħek, is- Sur Mifsud, li fis-27 ta' Settembru taħt l-isem 'Ġejt ittradut u l-arroganza', jiena nżid biċċa oħra, arroganza ta' vera, għaliex trid tkun vera arroganti biex twieġeb b'dak il-mod lil qarrej ieħor li fl-20 ta' Settemrbu kiteb taħt l-isem 'Ġejt ittradut'. Nies bħas-Sur Mifsud tefgħu lill-Partit Laburista lura, għax lanqas id-diċenza li jisimgħu l-weġgħat ma baqalhom. L-ewwel qarrej (tal-20 ta' Settembru) kien kiteb b'qalb muġugħa fejn xtaq iwassal messaġġ. Naħseb għandu dritt le? Is-Sur Mifsud għamel ħafna mistoqsijiet bħal x'inhu jippretendi l-ewwel qarrej, forsi xi ħaġa li m'għandux dritt għaliha, u li jaf b'ħafna nies li kienu jiskartaw, bħal membri tal-Forzi Armati. Nistaqsi jien, x'għamel is-Sur Mifsud quddiem din is-sitwazzjoni? Is-Sur Mifsud kellu xi ilment dwar l-armata? Ħa raġun? Forsi nkompli nistaqsi kienx xi wieħed li mexmixha mill-koxxa? B'liema dritt jgħid li min hu mweġġa', ried japprofitta ruħu, għamel ukoll sfida biex jgħidlu x'kien il-każ. Ma naħsibx li hija kwistjoni ta' kuraġġ, imma żgur li ħadd mhu se jgħidha fuq il-gazzetta. Sur Editur, aħna wkoll ġejna traduti minn dan il-moviment. Ħsibna u emminna li dan il-Gvern ħa jkun gust ma kulħadd. Wara kollox, dik kienet l-għajta ta' 'Malta Tagħna Lkoll'. Fejn hi dik l-għajta issa? Żgur li aħna ma nistgħux ngħidu li Malta Tagħna Lkoll. B'idejja fuq qalbi, quddiem Alla, quddiem is-sewwa, nemmnu li kellu jingħatalna raġun. Fuq liema kriterji ħadu jew ma ħadux raġun? L-ebda kwart ta' miljun, jew xi biċċa art jew xi 13-il elf ewro fix-xahar ma tlabna. Xtaqna biss farka, konna ngħidu li ħadna loqma. Meta taqra jew tisma' l-eluf f 'paga ta' ċerti nies li vera 'Malta Tagħhom', mingħajr ma trid tgħid li għall-ġustizzja tiegħi ma kellux dan il-Gvern. Nappella minn qalbi lill- Prim Ministru u l-Ministru tal-Intern, biex jarawhom huma dwk il-każi tan-nies li ma ħadux raġun, u fuq kuxjenza safja jiddeċiedu u jaraw jekk hux ġust li ma dawn ma ħadux raġun. Li naf żgur hu li għad hawn ħafna qlub imweġġa', mhux biex japprofittaw ruħhom, imma għax verament għandhom raġun. Sur Prim Ministru, għadek fiċ-ċans biex ittaffi l-weġgħat l-inġustizzji tal- armata. Iva, din hija kwistjoni ta' kuxjenza LINO ELLUL SAN ĠWANN LEWWEL u qabel kollox, jiena niftakar mhux biss meta l-poplu tagħna ma kienx ikkalkulat f`pajjizna, iżda niftakar ukoll meta l-Parlament Malti kien ukoll ċippitatu f`idejn il-Gvern Ingliż! Iżda meta allura pajjiżna ħa l-indipendenza mill-ħakma Ingliża, jiena nemmen li jekk il-Parlament Malti jrid li jkun verament Parlament demokratiku, għandu jkun iggwidat kemm mill-Eżekuttivi, kif ukoll mill-Konferenzi Ġenerali ta' dawk il-partiti li jkunu rapprezentati fil-Parlament! Fil-fatt, l-esperjenza tal- ħajja għallmitni li l-akbar żball li jista' jagħmel kull partit politiku fil-Gvern huwa meta dan ma jaċċettax kritika kostruttiva minn avversarji sinċiera li jkollu fil-partit tiegħu stess. Għaliex meta dawn l-avversarji jkunu jemmnu f 'ħafna mil-politiki tal-partit. Min-naħa l-oħra, dawn għandhom kull dritt li ma jaqblux ma' xi politiki, aktar u aktar meta dawn il- politiki ma jkunux imdaħħlin fil-manifest elettorali! Fil-fatt, bla ma nidħol fl-ebda dettal, jien nemmen li kull partit li ġie eliminat mill-Gvern f 'pajjiżna minn wara l-indipendenza 'l hawn, aktarx li dejjem kienet il-kawża li ġew injorati dawn l-avversarji li qed insemmi jien! Issa biex niġi għall-argument tiegħi, nibda biex ngħid li jiena, la studjajt il-liġi ċivili u lanqas il-professjoni medika, b'danakollu jiena dejjem emmint fil-prinċipju ta' dak li huwa loġiku, kif ukoll fil- prinċipju ta' dak li jissejjaħ sens komun! Fil-fatt, kontra dawk il-ħafna kontradizzjonijiet li aħna qed nisimgħu fostna dwar il-bidu tal-fetu, kif ukoll dwar l-iffriżar tal-embrijuni, għalija ma jfisser xejn ħlief taħwid il- moħħ, għaliex appuntu skont is-sens komun u skont dak li huwa loġiku jiena nemmen, li malli l-isperma tar-raġel tiltaqa' mal-bajda tal-mara, (jekk dawn it-tnejn ikunu fertili) jibda l-proċess tal-persuna umana fil-ġuf tal-mara! U allura, bħala Kattoliku konvint mit-twemmin tiegħi, jiena nemmen li dan l-argument, fost ħafna argumenti oħrajn, għandu jkun l-aqwa difiża li għadha tuża l-Knisja Kattolika f 'dan ir-rigward; għaliex appuntu din suppost li temmen li malli l-Vergni Marija qalet Iva lil Anġlu Gabrijel beda l-proċess tal-Inkarnazzjoni tas-Sinjur Alla fl-Iben, fil-ġuf tal-Immakulata Kunċizzjoni l-Verġni Marija! U jekk allura jiena naqbel li kull koppja raġel u mara għandu jkollhom kull dritt li dawn jippruvaw il-mezzi kollha leċti biex bejniethom jista' jkollhom l-ulied, altru li meta minn naħa l-oħra jiena naf li fid-dinja ta' madwarna jeżistu kull xorta ta' nganni kontra ulied l-umanità u meta qed nisma' wkoll bil-bejgħ ta' spare parts ta' trabi abortiti. Jien ma nista' qatt naċċetta loghob mal-ħajja umana tal-imsejkna ulied l-umanità! Għax filkas, min qatt fostna għandu jieħu r-responsabbiltà ta' wlied il-poplu tagħna meta fil-futur qrib, aħna jista' jkollna ġenerazzjonijiet ta' wlied imħawda, komposti minn sperma u bajda meħudin minn raġel u mara, iżda b'danakollu, se jkollhom jieħdu d-demm u l-laħam mill-ġuf ta' mara barranija mikrija għal dan il-għan?! Għax filkas, dawn l-ulied, ulied min se jkunu, ulied l-isperma u l-bajda tal-mara, jew ulied il-mara mikrija? Filkas, f 'ġieħ is-sens komun, x'hemm loġiku f 'dan ir-rigward? IVA, bħala ċittadin Malti, jiena naqbel ma' dak kollu li qalet bl-aktar mod konċiż fl- intervista tagħha l-Onorevoli Deborah Schembri f 'ILLUM tal-4 ta' Ottubru dwar l-iffrizar tal-embrijuni. Fil-fatt, bla ħafna logħob bil-kliem, jiena nemmen li bħalma kull ċittadin Malti għandu l-libertà kollha li jivvota kif irid, kemm f 'elezzjoni ġenerali, kif ukoll f 'referendum. Jiena nemmen ukoll li kull fejn tidħol il-kuxjenza, iktar u iktar meta dawn il-politiki ma jkunux imdaħħlin fil- manifest elettorali, hekk għandu jkun liberu kull membru Parlamentari fil- Parlament, għaliex appuntu din il-kwistjoni tal-iffrizar tal-embrijuni, kif ukoll xi kwistjonijiet oħrajn, huma kwistjoni ta' kuxjenza, mhux biss quddiem is-Sinjur Alla, iżda anki quddiem l-Istat! Fl-opinjoni tiegħi, persuni bħal dawn m'għandhom jiġu ttimbrati ħazin qatt u minn ħadd! €1.00 /StUB0UUVCSV XXXJMMVNDPNNU ALBERT GAUCI CUNNINGHAM IDDEPUTATA Laburista Deborah Schembri ħarġet bl-aktar mod qawwi kontra proposta li jkun introdott l-iffriżar tal-embrijuni, projbit fl-Att dwar l-Embrijuni fl-2013. F'intervista li qed tidher illum f 'paġni 12 u 13, Schembri tinsisti li l-iffriżar tal-embrijun huwa, "iffriżar tal-ħajja umana" u twissi li "mal-ħajja tal-bniedem m'hemmx logħob". "Jekk il-Partit Laburista jieħu pożizzjoni favur [l-iffriżar tal-embrijuni], ikolli dilemma u problema kbira. Inħoss li ma nistax inpoġġi vot favur l-iffriżar tal-embrijun għax dan imur kontra l-kuxjenza tiegħi" qalet Schembri, li fl- intervista titlob ukoll biex jekk jitressaq abbozz ta' liġi quddiem il-Parlament, il-Partit Laburista jħalli l-Membri Parlamentari tiegħu jivvutaw skont il-kuxjenza "ladarba ma kinitx fil-manifest elettorali". Fl-intervista, Schembri tagħti r-raġunijiet tagħha għalfejn tħoss li din il-prattika mhix etika, u tagħmilha ċara li fuq din il-kwistjoni partikolari ma tarax għajn m'għajn mal-Prim Ministru Joseph Muscat, anke jekk taħseb li l-intenzjonijiet tiegħu huma tajbin. Mal-gazzettta MaltaToday tal-Ħadd 6 ta' Settembru, Muscat kien iddikjara li hu se jmexxi pjani biex ikun riintrodott l-iffriżar tal-embrijun li kien projbit fl-Att dwar l-Embrijun li sar liġi taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Mal-istess ġurnal, Muscat kien esprima ruħu bħala "riżolut" li jagħmel dan u sostna li kull liġi tal- IVF jeħtieġ ikollha l-funzjoni tal-iffriżar biex tkun ta' suċċess". Ara intervista f 'paġni 12 u 13 Il-frodi jlaħħaq €355 biss NEWSPAPER POST Il-Każ tal-biljetti tal-Gozo Channel JOHN BUSUTTIL LILLUM hi infurmata li l-allegat każ ta' frodi fil- biljetti tal-Gozo Channel minn żewġ ħaddiema tal- kumpanija jammonta għal €350. Fil-fatt minn informazzjoni li għandha l-ILLUM, minn sorsi ta' min jorbot fuqhom, l-allegat frodi tela' għal €350 hekk kif kienu reġgħu ġew użati 22 biljett ta' passiġġieri Maltin li jiswew €4.65 il-wieħed u 14-il biljett ta' karozzi ta' Maltin, inkluż ix-xufier, li jiswew €14.65 il-wieħed. L-ILLUM huwa infurmat li dan l-allegat frodi seħħ fil-15 ta' Settembru ta' din is-sena. Ara paġna 2 Deborah topponi l-iffriżar tal-embrijun Ara l-istorja f 'paġna 3 Ma jeskludix li joħroġ mal-PL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015