Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 Għaddiet sena mill-Baġit...x'sar u x'għadu fuq l-ixkaffa? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM GĦADA jitressaq it- tielet baġit ta' Gvern Laburista u bħal kull baġit ieħor li sar qablu, kemm minn amministrazzjoni Nazzjonalista kif ukoll Laburista, id-dokument moqri fil-Parlament iġib miegħu lista twila ta' miżuri, wegħdi, proġetti u figuri, ilkoll magħmulin biex jagħtu l-isbaħ stampa possibbli tal-pajjiż. Iżda qabel ma nħarsu 'l quddiem l-ILLUM ħa ħsieb li jagħti ħarsa lura lejn il-Baġit għall-2015 u jara kemm mill- miżuri u l-proġetti mwiegħda twettqu u kemm minnhom baqgħu fuq l-ixkaffa jew weħlu ximkien taħt xi munzell karti burokratiċi. Dak li sar..... Tnaqqis fit-taxxa First Time Buyers Tnaqqset ir-rata tat-taxxa tad-dħul għal dawk li jaqilgħu anqas minn €60,000, minn 29% għal 25%. Kien hemm eżenzjoni mill-bolla għal dawk li xtraw l-ewwel proprjetà tagħhom. Din kienet tapplika għall-ewwel €150,000 tal-valur u koppji ffrankaw sa' €5,200. Il-miżura tat imbuttatura qawwija lis-settur tal-proprjetà. Tneħħiet l-eko-kontribuzzjoni fuq apparat elettroniku bir-riżultat li numru minnhom raħsu fil-prezz, fosthom microwaves u fridges. Bonus ta' €35 Il-familji u kull individwu Malti rċevew l-ammont ta' €35 biex jagħmel tajjeb għal żieda żgħira fil-COLA. Tneħħija ta' eko-kontribuzzjoni Bonus għat-tfal Roħs fil-kontijiet għan-negozji Anomaliji eks Tarzna Benefiċċji tal-qgħad Maternity Leave għas-self employed Kien introdott il-benefiċċju tal-maternità għan-nisa self employed. Din issarrfet f 'żieda ta' €73 fil-ġimgħa f 'benefiċċju ta' maternità għal 14-il ġimgħa. Ingħata wkoll bonus ta' €400 għal kull wild u €200 mir-raba' wild 'il fuq. Minn dan gawdew 22,000 tifel u tifla f '9,000 familja. Marbuta ma' din l-għotja hemm l-attendenza fl-iskola. Daħlet fis-seħħ it-tieni parti tal-wegħda Laburista u traħħsu l-kontijiet tad- dawl b'25% u tal-ilma b'5% għan-negozji. Is-sena ta' qabel traħħsu bl-istess mod il-kontijiet tal-familji u individwi. 615 pensjonant ħadu madwar €1.6 miljun f 'arretrati biex jibdew ikunu rranġati anomaliji ta' eks ħaddiema tat-Tarzna. Twettqet il-miżura ta' tapering tal-benefiċċji, jiġifieri li persuna tista tibqa' tieħu benefiċċji tal- qgħad anke wara li ssib impjieg. B'kollox gawdew 1,503 persuna. 1,000 iktar mis-sena ta' qabel. Yacht Marina f 'Sa Maison Proġett Pace Grasso Unit għal kompetizzjoni ġusta Ċentru tas-saħħa għaż-Żrieraq Fl-aħħar baġit kien imħabbar li kienu attirati 5 offerti minn konsorzji magħmula minn investituri lokali u barranin u li kienet għaddejja l-evalwazzjoni tat-tender għal yacht marina li tesa' 250 yacht f 'Sa Maison. Minkejja li fl-aħħar baġit tħabbar li kellu jsir proġett kbir ta' ċentru tas-Saħħa fiż-żona ta' Pace Grasso f 'Raħal Ġdid, mill-baġit lil hawn ftit li xejn nstema' dwar dan il-proġett. Il-pjani għal proġett fiż-żona ta' Pace Grasso imorru lura għall-2012. Baqa' ma twaqqafx unit li kellu l-għan li jkun hemm infurzar biex ikun aċċertat li min jopera negozju jew jagħti servizz, iġorr l-istess responsabbiltajiet bħan-negozjanti onesti. Il-GRTU qed terġa' tipproponi dan il-unit. Fl-aħħar baġit il-Gvern wiegħed li se jkun qed isir ċentru tas-Saħħa biex jaqdi l-bżonnijiet ta' dawk li joqogħdu fil- lokalitajiet taż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqabba u l-madwar. Ix-xogħol fuq dan il-proġett fil-qasam tas- saħħa għadu ma bediex u ftit li xejn għad instema' dwaru. .....fuq l-ixkaffa Benefiċċji tal-qgħad Twettqet il-miżura ta' tapering tal-benefiċċji, jiġifieri li persuna tista tibqa' tieħu benefiċċji tal- qgħad anke wara li ssib impjieg. B'kollox gawdew l-evalwazzjoni tat-tender għal yacht marina li tesa' 250 yacht f 'Sa Maison.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015