Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250
Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 35 SportSillum l-bodybuilding mhux għall-irġiel biss Borg, lill-familja tiegħi u l- sħabi li nittrenja magħhom imsejħa insaniacs, ta' kemm jagħmluli kuraġġ u jgħinuni fi żminijiet diffiċli. Ċert li dan l-isport jghollilek l-istima personali tiegħek kif ukoll il-kunfidenza fik innifsek. Il-kompetizzjomijiet tagħkom kif jintrebħu? Il-ġurija partikolari tiġġudika min estetikament ikun jidher l-aħjar f 'għajnejhom. Il- kunfidenza u l-imġiba tal-atleta fuq il-palk jaffettwaw il-ġudizzju finali tal-ġurija. B'hekk huwa ferm importanti li wieħed ikun kunfidenti. Bla ma trid meta tibda tara riżultati ta' għaliex tkun qed taħdem, il-moral u l-kunfidenza jikbru. Biex wieħed joħroġ fuq palk, ikun hemm xhur twal ta' preparazzjoni. B'hekk wieħed ikun kuntent li rnexxielu jasal fejn wasal u jara r-riżultati mixtieqa. Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn il- kompetizzjonijiet. Fuq xiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? Id-deċiżjonijiet jiġu meħuda minn grupp ta' ġuriji li jibbażaw id- deċiżjonijiet tagħhom fuq bażi ta' simmetrija, fiżika, definizzjonijiet fiżiċi, u proporzjonijiet. Naf ukoll li qabel il- kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Huwa minnu dan? Iva huwa minnu, għalkemm mhuwiex healthy. Dan huwa proċess li jrid isir. B'hekk id-definizzjoni tal-muskoli toħrog aktar. Hemm bizzejjed konkorrenza minn persuni żgħażagħ għal dan l-isport? Dan l-aħħar sentejn kibret ħafna. Mhux faċli li wieħed jagħmel dan is-sagrifiċċju kollu ta' dieta u taħriġ, b'hekk mhux kulħadd jasal li jikkommetti ruħu għal dan l-isport. Iżda, sar hawn ħafna atleti li lesti jagħmlu dan kollu u fl-aħħar mill- aħħar tkun sodisfatt tar-riżultat li wieħed ikun kiseb. Insibuha bħala sfida wkoll. B'hekk ħafna qegħdin juru interess f 'dan l-isport biex dejjem jidhru aħjar u jibqgħu motivati. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom titħarrġu f 'Malta meta kkumparati ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Dan l-aħħar ftit snin, Malta avvanzat ħafna f 'dan ir-rigward. Anki l-mentalità li rridu ngħixu ħajja fit u sana bdiet tindara. F'Malta għandna riżorsi bizzejjjed biex wieħed ikun jista' jipprattika dan l-isport. It-taħriġ tagħkom il-bodybuilders nisa fiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ tal-irġiel, meta kkumpartat ma' dak tan-nisa? Personalment jiena nagħmel insanity u bodyweight training kuljum, waqt li ndaħħal daqsxejn taħriġ permezz tal-weights ukoll mqassam matul il-ġimgħa. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala 'bodybuilder' li tieħu sehem fil-kategorija tal- 'Bikini Fitness'? Jiena nixtieq nibqa' nikkompeti 'l quddiem għaliex il-bodybuilding sar parti integrali minn ħajti u jżommni motivata biex dejjem intejjeb l-apparenza u l-livell tiegħi tal-fitness. Għadni kif ġejt mill- Ingilterra fejn irbaħt żewġ titli internazzjonli. Irbaħt l-ewwel post f 'Miami PRO Miss Bikini u ġejt it-tieni fil-fitness model, konkors li sar fl-Ingilterra f 'Lulju ta' din is-sena. Issa jmiss f 'Novembru l-WBFF, u s-sena d-dieħla f 'April il-Kampjonati Nazzjonali tal- Bodybuilding organizzati mill- IFBB. Għaddi messaġġ lil dawk iż- żgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha biex jibdew jipprattikaw il-'bodybuilding', fosthom il-kategorija li int tieħu sehem fiha - dik tal-'Bikini Fitness'. Jien qabel xejn ninkoraġġixxi lit- tfajliet kollha biex iżommu ħajja fit u sana. Dan huwa delizzju li jagħtik sodisfazjon fl-aħħar mill-aħħar. Trid temmen fik innifsek u żżomm lilek innifsek iffukat fuq il-ħolma tiegħek għax xi darba tasal żgur. Għid lilek innifsek li l-apparenza fiżika qed iżżomm lilek innifsek b'saħħtek u tħossok kunfidenti fil- ħajja soċjali ta' kuljum. Kienet marret tara konkors fejn ikkompetiet Derya Satariano u minn hemm immotivat aktar ruħha biex tieħu sehem hi wkoll. Fl-ewwel kompetizzjoni li ħadet sehem, rebħet it-titlu ta' Miss Bikini. F'April li ġej se tikkompeti fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Bodybuilding. Ftit tal-ġimgħat ilu, rebħet l-ewwel post f 'Miami PRO Miss Bikini u ġiet it-tieni fil- fitness model Sabrina Grima Ritratti: Chris Mangion "Nixtieq nibqa' nikkompeti 'l quddiem għaliex il-bodybuilding sar parti integrali minn ħajti u jżommni motivata biex dejjem ntejjeb l-apparenza u l-livell tiegħi tal-fitness"