Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 29 SportSillum Malta f 'konfront diffiċli kontra l-Kroazja iżda tittama li tkompli bil-wirjiet pożittivi Nhar it-Tlieta li ġej, Malta se tkun impenjata f 'konfront ferm diffiċli kontra l-qawwa tat-tim nazzjonali Kroat, liema logħba se tkun qed ittemm l-impenji tat-tim nazzjonali Malti f 'dan il- grupp ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2016, li se tkun qed issir bejn l-10 ta' Ġunju u l-10 ta' Lulju tas-sena d-dieħla. Din il-logħba se tkun qed tintlagħab wara l-logħba li Malta kienet involuta fiha lbieraħ kontra n-Norveġja, li bħall-Kroazja għadhom biċ- ċans li jiksbu post fil-finali ta' Euro 2016. M'hemmx dubju li f 'dan il-konfront kontra l-Kroazja Malta se tkun qed taspira li jkollha wirja pożittiva u anki tikseb riżultat pożittiv. Dan għalkemm minn dan il-Grupp, Malta kisbet biss żewġ punti, iżda jekk wieħed jagħti ħarsa lejn il-wirjiet li kellha minn dan il-grupp kontra avversarji ferm aktar ikkwotati minnha, Malta kellha prestazzjonijiet mill- aktar inkoraġġanti. Fost dawn il-wirjiet ma nistgħux ma nsemmux id-draw ta' 1-1 barra minn darna f 'Sofia kontra l-Bulgarija fis-16 ta' Novembru li għadda kif ukoll id-draw ta' 2-2 ġewwa darna fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali fis-6 ta' Settembru li għadda. Dan biex ma nsemmux iż-żewġ telfiet minimi ta' 1-0 kontra l-Italja kif ukoll it-telfa ta' 2-0 kontra l-istess Kroazja fil-Maksimir Stadium, liema logħba ntlagħbet fid-9 ta' Settembru tas-sena li għaddiet. U dan wara li l-Maltin dakinhar kienu lagħbu għal iktar minn siegħa sħiħa, bi plejer inqas meta lejn nofs l-ewwel taqsima kien tkeċċa d-difensur versatili ta' Aris Limassol, f 'Ċipru, Steve Borg, wara li kien wettaq fawl ikrah fuq il-plejer internazzjonali Kroat ta' Juventus, Mario Mandzukic. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti, Pietro Ghedin, jinsab ferm konxju mill- qawwa Kroata, iżda jaf ukoll il-potenzjal assolut li jippossjedu l-plejers tiegħu. Bħal dejjem huwa jisħaq li l-plejers Maltin f 'konfront kontra avversarji diffiċli u ferm aktar ikkwotati bħal mhuma l-Kroati, ikunu jridu jfittxu li jegħlbu ħajt psikoloġiku li jħossuhon inferjuri għall-avversarji tagħhom. Dan hekk kif il-plejers Maltin għadhom jemmnu bis-sħiħ fil-potenzjal tagħhom u li tabilħaqq jistgħu jagħtu sfida denja lil kull tim avversarju li jiltaqgħu miegħu, b'saħħtu kemm hu b'saħħtu, fosthom it-tim nazzjonali Kroat. Il-Kroazja tnaqqsilhom punt mill-klassifika wara li fil-konfront ġewwa darhom kontra l-Italja dehret l-arma tal-iswastika fil-grawnd u ta' dan, ġew ippenalizzati mill-UEFA. Barra l-punt li tnaqqsilhom mill-Bord ta' Kontroll, Dixxiplina u Etika tal-UEFA, huma kellhom jilagħbu ż-żewġ konfronti kontra l-Azerbaijan u n-Norveġja, mingħajr ma l-partiarji tagħhom setgħu jidħlu jagħtu s-sapport tagħhom fil-grawnd. Minħabba l-fatt li tnaqqsilhom punt mill- UEFA, m'hemmx dubju li l-Kroati se jkunu qed jagħtu l-massimu tagħhom kontra l-Maltin biex jiksbu t-tliet punti u hekk jaċċertaw ruħhom mill- kwalifikazzjoni u jevitaw li jkollhom jilagħbu l-play-off biex jiksbu post fil-Euro 2016. Il-pubbliku sportiv kollu Malti huwa mħeġġeġ li nhar it-Tlieta li ġej isegwi u jagħti s-sapport massimu tiegħu lill-benjamini tiegħu, speċjalment meta wieħed iqis l-avversarji diffiċli li l-Maltin se jkunu qed jaffrontaw. Dan il-konfront se jkun qed jintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali u jibda fid-8.45pm. Kull min għadu ma xtarax il-biljetti għal dan il-konfront jista' jagħmel dan mit-ticket booths imxerrdin mal-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali. Tajjeb ngħidu li l-kowċ il- ġdid tal-Kroazja, Ante Cacic, se jkun qed jiġi pajjiżna bl-aqwa tim possibbli u nkluda fih lill-goalkeeper Subasic ta' Monaco, lil Srna ta' Shaktar Donetsk, lil Lovren ta' Liverpool, Vrsaljko ta' Sassuolo, Modric u Kovacic ta' Real Madrid, Rakitic ta' Barcelona, Perisic u Brozovic ta' Inter, Badelj u Kalinic ta' Fiorentina, Mandzukic ta' Juventus, Olic ta' HSV u Kramaric ta' Leicester City. L-iskwadra msejħa tal- Kroazja għal-logħba kontra Malta hija s-segwenti: Goalkeepers Danijel Subasic - Monaco Lovre Kalinic - HNK Hajduk Split Ivan Vargic - Rijeka Difensuri Darijo Srna - Shaktar Donetsk Vedran Corluka - Lokomotiv Moscow Danijel Pranjic - Panathinaikos Domagoj Vida - Dynamo Kiev Dejan Lovren - Liverpool Sime Vrsaljko - Sassuolo Marko Leskovic - Rijeka Josip Pivaric - Dinamo Plejers ta' Nofs il-Grawnd Luka Modric - Real Madrid Ivan Rakitic - Barcellona Ivan Perisic - Inter Mateo Kovacic - Real Madrid Milan Badelj - Fiorentina Marcelo Brozovic - Inter Attakkanti Ivica Olic - HSV Mario Mandzukic - Juventus Nikola Kalinic - Fiorentina Andrej Kramaric - Leicester City Marko Pjaca - Dinamo Duje Cop - Malaga Logħbiet preċedenti li fihom Malta affrontat lill-Kroazja: 10.10.98 Malta 1 Kroazja 4 - Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej 21.08.99 Kroazja 2 Malta 1 - Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej 30.03.05 Kroazja 2 Malta 0 - Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 07.09.05 Malta 1 Kroazja 1 - Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 17.11.10 Kroazja 3 Malta 0 - Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej 02.09.11 Malta 1 Kroazja 3 - Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej 09.09.14 Kroazja 2 Malta 0 - Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej It-tim nazzjonali Malti It-tim nazzjonali Kroat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015