Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250
illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 Mhux se jitlestew sal-2018 Proġetti maġġuri fil-Belt Valletta Il-berġa fejn għandu jsir il-mużew tal-arti għadha ma ġietx żgumbrata John Busuttil Il-proġett tal-mużew il-ġdid tal-Kon Katidral ta` San ġwann jidher li ma jistax jitlesta kif ippjanat għal Valletta 2018 jiġifieri meta l-Belt Valletta tkun il-Belt Kapitali tal-ewropa kif oriġinarjament kien ippjanat. Dan il-proġett, li hu stmat li jiswa bejn €13 u €15-il miljun , kellu jkun l-akbar proġett għaċ-ċelebrazzjoni tal-Belt Valletta bhala l-Kapitali tal-Ewropa għall- 2018. Hu responsabbiltà tal-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta' San Ġwann, bi sħab ugwali bejn il-Gvern u l-Knisja, u hu kollu kemm hu ffinanzjat mill- Fondazzjoni. Bħalma hu obbligat li jagħmel, peress li l-Belt Valletta hi Wirt Dinji, il-Gvern kien informa lill-UNESCO bil-pjanijiet biex jinbena dan il-Mużew il-ġdid li fih għandhom jitpoġġew l-arazzi li qabel kienu jintramaw għall-festa ta' San Ġwann il-Battista fil-Katidral. Il-Mużew ukoll se jkollu swali dwar Caravaggio kif ukoll se tinfetaħ il-kripta u fiha jitpoġġew il-fided li llum jinsabu fis-safe tal-Katidral u mhumiex eżebiti għall- pubbliku. Kif normalment tagħmel il-UNESCO, huma kkonsultaw mal-ICOMOS li hi l-għaqda li tagħti parir lill-UNESCO. Dawn oġġezzjonaw għall-proġett kif ippjanat. L-oġġezzjoni ħarget fil-beraħ dakinhar li l-Bord tal-MEPA kien qed jiddiskuti dan il- proġett. Fl-aħħar tal-laqgħa mqanqla bl-oġġezzjoniet tal-Fondazzjoni għall- Ambjent Aħjar, il-Bord ġie mgħarraf li l-Ambaxxatur ta' Malta għall-UNESCO Mons. J Vella Gauci tahom kopja ta' ittra tal-UNESCO li fiha ntqal li l-ICOMOS ma kinux qed jaqblu mal- proġett. Il-Bord iddeċieda li jwaqqaf il-proġett sakemm din il-materja tigi ċċarata. Hu mifhum li f 'dawn il- ġranet, espert Franċiż fuq wirt dinji, il-Perit Benjamin Mouton, għamel żjara f 'Malta f 'isem l-ICOMOS biex jiddiskuti dawn il-pjanijiet. Waqt iż- żjara tiegħu, li għal xi raġuni inħbiet mill-midja, Mouton kellu ġurnata sħiħa ta' laqgħat, fosthom mal-Fondazzjoni tal-Kon Katidral, mal-MEPA u mal-Ambaxxatur ta' Malta għall-UNESCO l-Mons. J. Vella Gauci. Minkejja li l-awtorità tal- ippjanar Maltija dakinhar, sostniet li l-aplikazzjoni għandha tkun approvata ladarba jintlaħaq qbil mal- UNESCO, jidher li din tal- aħħar qed topponi l-proġett kif propost b'mod qawwi ħafna. Tant hu minnu li l-ILLUM qed tiżvela kif ftit ġranet ilu biss, Mouton, espert tal-UNESCO, ġie Malta u għamilha ċara li biex ikun aċċettat mill- UNESCO, il-proġett propost mill-Fondazzjoni għall-Kon Katidral ta' San Ġwann, kellha tagħmel "tibdiliet kbar" fis-sala fejn huwa propost li jkunu esebiti l-arazzi. Fost it- tibdiliet li qiegħda tesiġi l-UNESCO hemm dawk relatati mad-daqs, tul tal- bini u anke d-disinn. Din il-gazzetta hija infurmata li d-dewmien biex jibda dan il-proġett se jkun qiegħed jagħmilha diffiċli ħafna għall- Fondazzjoni tal-Kon Katidral u dawk kollha li qegħdin jagħtu l-appoġġ lil dan il-proġett biex jaraw li l-mużew ikun miftuħ u lest fl-2018. Dan jidher li qed iwassal għal ħafna pressjoni u anke rabja minn diversi bnadi kontra l-UNESCO, mhux l-inqas mill-MEPA stess. L-intervent tal-UNESCO fil-każ tal-Kon Katidral huwa neċessarju hekk kif dan il-post huwa kkunsidrat bħala wieħed tal-ogħla livell ta' protezzjoni u għalhekk, kull żvilupp ikun jeħtieġ jgħaddi minn proċess itwal ta' skrutinju. X'ġara s'issa fil-kwistjoni tal-mużew? Fi Frar ta' din is-sena, il-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta' San Ġwann kienet ħabbret proġett biex il-mużew tal-Kon Katidral ikun estiż u rranġat fil-parti fejn hemm iċ-ċimiterju tal-Assedju l-Kbir, liema proġett għandu jiswa mat-€13-il miljun. Il-proġett propost fih ċentru ta' Caravaġġio, li jkun jiffoka fuq il-ħajja u x-xogħlijiet ta' dan l-artist mill-era Barokka u għandu l-għan ukoll li jagħti aktar spazju ta' esebizzjoni lill-kollezzjoni tal-fidda, l-ilbies tal-qassisin u l-manuskritti. Minkejja dan, l-aktar parti importanti tal-proġett, u l-aktar parti kontroversjali wkoll, hija s-sala li fiha se jkunu qed ikunu esebiti l-arazzi mill-isbaħ tal- Katidral. Il-Kuratur tal-Kon Katidral ta' San Ġwann, Cynthia DeGiorgio kienet qalet li t-tul tal-bini propost jirrifletti t-tul tal- arazzi. Ma qablitx mal-mużew kif propost l-għaqda Flimkien għall-Ambjent Aħjar li kienet sejħet il-proġett bħala wieħed li se jwassal għad-desakagrazzjoni taċ-ċimiterju tal-Assedju l-Kbir. Apparti dan, FAA kienet qalet li mhux aċċettabbli li d-dehra tal- Kon Katidral ta' San Ġwann se tkun mgħottija minn Triq il-Merkanti. Ix-xogħol fuq il-Mużew tal-arti għadu lanqas inbeda Dan qed iħasseb ħafna lil min hu responsabbli għal dan l-avveniment anke għaliex jidher li t-tieni l-akbar proġett, dak ta' Mużew ġdid tal-Arti jew MUŻA li għandu jsir fil-Berġa tal-Italja, għadu ħafna lura fejn ix-xogħol għadu ma bediex. Dan il-proġett jista' jibda biss ladarba l-Ministeru tat- Turiżmu u l-MTA ibattlu l-Berġa. Hu mifhum li l-ispazju li hemm fil-bini preżenti tal-Mużew tal- Arti fi Triq Nofsinhar, mhux kbir biżżejjed għal dawn iż-żewġ entitajiet. "Biex il-proġett ikun aċċettat mill-UNESCO, iridu jsiru "tibdiliet kbar" biċ-ċans li ma jitlestewx fil- ħin għal V18" L-espert tal- UNESCO, il-Perit Benjamin Mouton