Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250
Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 7 X'qed tistenna mill-Baġit? VERONICA LYNN MIZZI ILBAĠIT ta' għada se jkun l-ewwel wieħed minn sensiela twila li għandhom jiġu ppreżentati fil- Parlament il-ġdid. Huwa wkoll it-tielet baġit tal- Gvern Laburista u tal- Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Imma lil hinn minn dawn il- fatti u figuri dwar il-baġit, dak ta' għada huwa wieħed, bħall- oħrajn, fejn il-poplu jara x'miżuri se jiġu implimentati u finalment, f 'liema oqsma tal-ħajja tagħhom se jkunu qed jaraw l-effetti, l-aktar dawk fuq il-but. L-ILLUM żar il-Belt Valletta fejn staqsa lin-nies dwar x'inhu dak li qed jistennew mill-baġit li ġej. Il-kwistjoni li l-aktar kienet fuq fomm in-nies kienet biex il-Gvern jindirizza l-pensjonijiet u l-aktar gruppi ta' nies vulnerabbli fis-soċjetà, li kapaċi jkunu f 'riskju ta' faqar. Dan għaliex, kif sostnew uħud mill-persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta, qed ikun hemm faxex ta' nies fis-soċjetà li qed jaffaċċjaw problemi biex ilaħħqu mal- ħajja. Kwistjoni oħra li qamet bosta drabi fil-kummenti hija dik tat-traffiku u tat-trasport pubbliku, li tidher illi hija pjaga fost dawk il-persuni li jispiċċaw jaħlu sigħat sħaħ imwaħħlin fit-toroq. Kien hemm uħud li semmew it- taxxi u l-prezzijiet ta' oġġetti ta' kuljum bħall-fuel, li uħud sostnew għandhom jirriflettu l-prezzijiet barra minn Malta. Dawn huma uħud mit- tweġibiet għall-mistoqsija "X'qed tistenna mill-baġit?" Segwi l-vox pop sħiħ fuq illum.com.mt Lourdes Mifsud – Fgura Rita Meilak – Ħal-Balzan Tony Bonello – Naxxar Grazio Zahra – Birgu Carmen Mifsud – Birkirkara Noel Calleja –Ħ'Attard Elia Cassar – Ħal-Balzan Edwina Vella – Birkirkara Baġit 2016 AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT "Nistenna żieda fil-pensjonijiet. Għax fl-oqsma tat-traħħis tal-ħajja, qed jorħsu. Kulma qed jagħmel, qed jagħmlu tajjeb." "Tnaqqis fit-taxxa. Żieda fil-pagi ta' min qiegħed bil-minimum wage għax mhux kulħadd jista' jgħix tajjeb. Biex dawk li huma fil-faqar, jirranġaw is-sitwazzjoni tagħhom." "Jaraw x'hemm bżonn flus biex jirranġaw it-trasport pubbliku għax jekk ma nirranġawx it-trasport pubbliku, se nieqfu għal kollox." "Nippretendi li min għandu pensjoni bħal 'boarded out', tiżdiedlu iktar din il-pensjoni għax m'aħniex inlaħħqu mal-ħajja u ma' ċertu mediċini. Jalla jkun baġit aħjar minn tas-sena l-oħra." "Għandu jkun hemm xi ħaġa għalina l-anzjani, bħal xi żieda fil- pensjoni. Mill-bqija, tajjeb sejrin" "Naħseb li għandu jindirizza t-trasport. U ta' min jiġu riveduti l-prezzijiet tal-fuel u tad-dawl biex jirriflettu l-prezzijiet taż-żejt internazzjonali, jiġifieri nistenna xi ħaġa aħjar f 'dak ir-rigward." "Qed nistenna li jħares lejn l-industrija iktar bis-serjetà. Fis- sens li jagħti inċentivi lill-industrija, jgħin lin-negozji ż-żgħar. Għaliex l-Ewropa għamlet is-suċċess għax il-gvernijiet rispettivi kienu jgħinu lil dawn in-negozji ż-żgħar." "Hemm ħafna affarijiet li ma nifilħux għalihom, bħal taxxi 'l hawn u 'l hemm. Kellhom bżonn iraħħsu ftit, għax kollox għoli hawn illum. Tmur tixtri xi ħaġa tal-ħwejjeġ speċjalment, tieħu qatgħa. Kollox għali ħafna, anke affarijiet tal- ikel jogħlew ukoll qegħdin." Ritratti: Ray Attard