Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 Mill-Qorti Matthew aguis magius@mediatoday.com.mt Leah: It-tifla li għexet John Busut til Ġimgħatejn oħra se joħroġ ktieb dwar l-istorja ta' Leah, it-tifla għawdxija minn għajsnielem li għexet il-ħajja qasira tagħha fi tbatija kbira meta kellha tiġġieled erba' snin mis- sitta, li għexet kontra kanċer rari. iżda fit-tbatija tagħha, iċ-ċkejkna Leah dejjem sabet ħin sabiex titbissem u tilgħab mat-tfal li tant kienet tħobb tkun madwarhom. L-istorja ta' Leah inkitbet minn Maria Mifsud li poġġiet fil-kitba dak li ħareġ minn fomm Zhana, l-omm Bulgara ta' Leah. Għalhekk iddeċidejt li mmur niltaqa' ma' Maria u quddiemi sibt mara li qatt ma kitbet kotba, u li saret taf lil Leah wara mewtha. Saret ħabiba intima ta' Zhana mertu għall-mewt ta' Leah. Maria li hi mart Joe Mifsud, li hu personalità magħrufa u jaħdem ħafna favur Puttinu, ltaqgħet ma' Zhana meta marret ma' żewġha żżur lil din l-omm wara li kienet għadha kif tilfet lil bintha, "Mument diffiċli mmens biex wieħed jaċċetta din ir-realtà, imma Zhana kienet kalma u ffukata." U fil-fatt li ġara kien li ddeċidew li flimkien jiktbu l-vjaġġ tal-ħajja tas-sitt snin ta' Leah. Vjaġġ għall-fejqan li wassal sal-mewt. Iżda vjaġġ mimli tama, tbissim u tant ferħ. Interessanti l-kelma li qaltli Maria fejn lil Leah ma kinitx tafha ħajja, u saret tafha wara mewtha permezz tar-rakkonti ta' ommha, "Leah ħarġet ġo fija tfuliti, kienet tifla ħelwa wisq u din ħarġet ħafna fir-rakkont. F'Zhana sibt imħabba, paċi, trankwillità u ħeġġa biex tgħix il-ħajja. Fil-verità, m'għandniex għażla. Omm li sofriet ħafna iżda xorta tħares lejn il-ħajja pożittivament. U din inħoss li hi tagħlima." Leah mietet fit-28 ta' Marzu ta' din is-sena, eżatt seba' xhur qabel ikun ippubblikat dan il-ktieb. U f 'dawn is-seba' xhur, Zhana tmur iżżur darbtejn kuljum il-qabar ta' Leah kif kienet wegħditha li ma tħalliha weħidha qatt filwaqt li kull nhar ta' Ħadd, tmur tnaddfilha l-qabar. "Ikolli nammetti li waqt li konna qed niktbu l-istorja ta' Leah, it-tifla ħassejnieha dejjem magħna. Kienet esperjenza maġika." "Ma kienx faċli sabiex nikteb dan il-ktieb. Konna niltaqgħu u nitkellmu dwar dak li l-familja kollha "Din hi storja ta' telfa kbira iżda li twassal messaġġ ta' mħabba akbar" "F'Zhana sibt omm li sofriet ħafna imma mimlija mħabba, paċi, trankwillità u ħeġġa biex tgħix" Maria Mifsud u Zhana Xuereb Żagħżugħ akkużat li kkorrompa tlett itfal ŻagħŻugħ ta' 25 sena mill-imsida inżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq b'arrest il-Qorti mixli li kkorrompa tliet tfajliet minorenni, ta' 17, 16 u 12-il sena rispettivament fix-xhur li għaddew. Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, iż-żagħżugħ ċaħad akkużi li kkorrompa lit-tfajliet, li pparteċipa f 'attivitajiet sesswali mat-tliet tfajliet u li kien fil-pussess ta' materjal pornografiku li jinvolvi persuni taħt l-età. Il-Qorti semgħet l-avukat difensur Franco Debono u Ispetturi Joseph Busuttil u Roderick Agius jittrattaw it-talba tad-difiża għall- benefiċċju tal-ħelsien mill- arrest. Il-Prosekuzzjoni opponiet it-talba u spjegat li kien hemm ir-riskju tal-intralċ ta' provi għaliex it-tliet tfajliet kienu għadhom ma xehdux u l-imputat kien jaf lit- tfajliet, li waħda minnhom hija mifhuma li tiġi bint is-sieħba tal-imputat. L-Ispettur Roderick Agius spjega lill-Qorti li t-tliet vittmi kienu mbezzgħin għaliex jiffrekwentaw l-istess postijiet u kienu jiltaqgħu ta' spiss mal-imputat minħabba l-konnessjoni familjari. "Ħriġna l-akkużi mhux biss fuq dak li qalu l-vittmi, imma anke għaliex l-imputat qabel ma' dak li qalu huma stess," qal l-Ispettur Agius. Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li ż-żagħżugħ jibqa' miżmum fil-kustodja tal- pulizija. L-ismijiet tal-persuni involuti f 'dan il-każ ma jistgħux jissemmew fuq ordni tal-Qorti. €10,000 f 'kumpens wara li korra fil-Freeport iL-maLta Freeport ġiet ordnata mill-Qrati biex tikkumpensa ħaddiem li tilef is-sensazzjoni fi driegħu x-xellugija wara inċident fuq il-post tax- xogħol li seħħ lura fl-2009. Vincent Dimech kien sofra ħsara fin-nervituri ta' idejh meta t-trakk li kien qiegħed isuq, għadda minn fuq toqba fit-triq, li kienet fonda 8 pulzieri u kienet mistura mill-ilmijiet tax- xita. Dimech sofra 'whiplash injury' u spiċċa kellu jqatta' xaharejn jirkupra d-dar. F'sentenza mogħtija iżjed kmieni din il-ġimgħa mill- imħallef Anthony Ellul, il-Qorti ddeċidiet li l-Malta Freeport kienet responsabbli għall-inċident u dan għaliex huwa d-dover ta' kull min iħaddem li jħares is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax- xogħol. Osservat li t-toqba fit-triq kienet imtliet sena wara l-inċident. L-imħallef ordna li Dimech għandu jingħata €10,000 f 'kumpens, li minnhom kien diġa tħallas €3,350. Seraq kartiera għax ma kellux għaxja ta' lejla Libjan li seraq kartiera għax ma kellux għaxja ta' lejla ngħata l-libertà kundizzjonata wara li ammetta fil- Qorti li kien ħati. Abdelwahab Elshagabi, ta' 22 sena u li m'għandux indirizz fiss, ingħata l-libertà kundizzjonata għal sena wara li tressaq il-Qorti mixli b'serq ta' kartiera li kien fiha madwar €60 minn ħanut ġewwa Triq ir-Repubblika fir-Rabat Għawdex. Elshagabi nstab ħati wkoll li m'obdiex ordnijiet leġittimi tal-Pulizija meta dawn kienu qegħdin jiġru warajh fit-toroq dojoq tal-kapitali Għawdxija. Il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri, hija u tippresjedi l-Qorti tal-Maġistrati f 'Għawdex tagħtu l-libertà kundizzjonata għal sena wara li rat l-ammissjoni bikrija tal- imputat u ordnatu jirritorna s-€60 li kien seraq fi żmien sitt xhur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015