Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250
Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 33 SportSillum Meta Iker Casillas sar l-aktar plejer li qatt lagħab fil-UEFA Champions League M'heMMx dubju li l-goalkeeper prolifiku Spanjol ta' Porto, Iker Casillas, wieħed mill-aqwa goalkeeper li pproduċa l-football mondjali f 'dawn l-aħħar snin, se jibqa' jiftakar b'mod partikolari l-ġurnata tad-29 ta' Settembru 2015. Dan hekk kif f 'din il-ġurnata huwa sar l-aktar plejer li lagħab logħob f 'din l-aktar kompetizzjoni prestiġjuża fl-ewropa meta lagħab il-152 logħba f 'din il- kompetizzjoni biex kiser ir-record tal-eks plejer ta' Barcelona u llum plejer ta' Al Sadd SC fil-Qatar, xavi, liema record kien dak ta' 151 logħba. U biex Iker Casillas ikompli jiftakar din il-ġurnata b'mod partikolari huwa kien parti mill-formazzjoni ta' Porto li fl-aħħar konfront mill- fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League, għelbet lill-ġganti Ingliżi ta' Chelsea bl-iskor ta' 2-1. Malli wieħed isemmi lil dawn iż-żewġ timijiet, wieħed ma jistax ma jiftakarx fil-kowċ ta' Chelsea magħruf bħala 'The Special One', Josè Mourinho, fejn huwa fatt magħruf li hu u Iker Casillas ftit li xejn jinġiebu. Dan hekk kif fl-aħħar staġun tal-kowċ Portugiż fit-tmexxija tal-Galacticos, huwa ftit li xejn kien jinkludi lill-goalkeeper Spanjol mal- ewwel 11, u minflok kien jippreferi jutilizza bejn il-lasti lill-goalkeeper Diego Lopez illum goalkeeper ta' AC Milan fl-Italja. Fil-konfront ta' nhar it- Tlieta 29 ta' Settembru, huma kellhom iċ-ċans li jiġu wiċċ imb wiċċ fejn wara din il- partita, Josè Mourinho deher jieħu b'idejn ta' malajr lil Iker Casillas, f 'mossa li xi wħud iddeskrivewha li kienet iktar għal għajn il-kameras milli għax verament ir-relazzjoni ta' bejn dawn it-tnejn kienet fil-fatt marret għall-aħjar. Iker Casillas lagħab għal xejn inqas minn 509 darbiet bil-flokk ta' Real Madrid, liema figura tpoġġih fis- sitt post fil-lista tal-aktar plejers li lagħbu logħob fil-Liga Spanjola. L-ebda plejer li preżentament għadu jimmilita f 'dan il-kampjonat meqjus bħala fost l-aqwa fid- dinja, ma lagħab iktar logħob minnu. Huwa lagħab 17-il logħba minn edizzjonijet varji tat- Tazza tad-Dinja biex b'hekk sar l-aktar goalkeeper Spanjol li qatt lagħab għal pajjiżu f 'din l-aktar kompetizzjoni importanti fuq bażi ta' timijiet nazzjonali. Barra minn hekk Iker Casillas huwa wieħed minn tliet plejers fl-istorja tal- futbol mondjali li rebaħ 100 logħba ta' football internazzjonali, bit-tnejn l-oħra jkunu ż-żewġ plejers li tant lagħbu logħob miegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Spanjol, Sergio Ramos u Xavi. U biex aktar dan il- goalkeeper ikompli juri l-qawwa tiegħu, huwa biss it-tielet captain fl-istorja tal-futbol, wara Franz Beckenbauer u Didier Deschamps, li rebaħ Tazza tad-Dinja, Tazza Ewropea, kif ukoll UEFA Champions League. Fi Frar tal-2014 huwa waqqaf rekord fil-futbol Spanjol ta' xejn inqas minn 952 minuta mingħajr ma jaqla' goal, fejn għeleb lill- eks goalkeeper ta' Atletico Madrid, Abel Resino, li lura fl-istaġun 1990-91, kien waqqaf record ta' 924 minuta mingħajr ma jaqla' goal. Għall-fini ta' statistika, Iker Casillas li llum jgħodd l-34 sena, iddebutta fil- UEFA Champions League bil-flokk ta' Real Madrid, meta kien għad kellu biss 18-il sena, lura fil-15 ta' Settembru, 1999, meta huwa kien iddefenda l-lasti tal-Los Blancos fid-draw ta' 3-3 kontra l-Griegi ta' Olympiacos. Tibqa' ħasra biss għall- partitarji kollha ta' Real Madrid u tabilħaqq għal kull min iħobb il-logħba tant sabiħa tal-football, li dan il- goalkeeper ma tantx ngħata tislima xierqa mid-diriġenti ta' Real Madrid. U dan wara li dan il- goalkeeper prolifiku ta snin twal ta' servizz lil Real Madrid u għenhom biex jirbħu l-unuri kollha li għandu x'joffri l-futbol mondjali. Tibqa' waħda klassika x-xena tal-aħħar konferenza stampa li ta Iker Casillas, fil-ġurnata li fiha ħalla lil Real Madrid, meta huwa tħalla waħdu bħal-leħen ta' wieħed jgħajjat fid-deżert, u fil-fatt deher ferm dispjaċut għal dan u evidentement imbikkem. M'hemmx dubju li dan il-goalkeeper kien jixraqlu ferm aħjar! L-unuri kollha li Iker Casillas rebaħ tul il-karriera tiegħu sa issa: Bħala Team Ma' Real Madrid Kampjonat Spanjol La • Liga: 2000–01, 2002– 03, 2006–07, 2007–08, 2011–12 Copa del Rey: 2010–11, • 2013–14 Supercopa de España: • 2001, 2003, 2008, 2012 UEFA Champions • League: 1999–2000, 2001–02, 2013–14 UEFA Super Cup: 2002, • 2014 Tazza tad-Dinja tal- • Clubs: 2014 Tazza Interkontinentali: • 2002 Mat-Team Nazzjonali Spanjol Tazza tad-Dinja: 2010 • Kampjonati Ewropej • tal-UEFA: 2008, 2012 Individwali Bravo Award: 2000 • Kampjonat La Liga • Breakthrough Player of the Year: 2000 L-Aqwa Goalkeeper • tal-Liga Spanjola: 2009, 2012 BBVA Fair Play award: • 2012–13 Zamora Trophy: • 2007–08 L-Aqwa Goalkeeper • fl-Ewropa: 2010 L-Aqwa Goalkeeper • tad-Dinja skont l-International Federation of Football Hostorya nd Statistics (IFFHS): 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 FIFA FIFPro World XI: • 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 FIFA World Cup • Golden Glove: 2010[74] Inkluż fil-FIFA World • Cup Dream Team: 2010 Inkluż fil-UEFA • Euro Team of the Tournament: 2008, 2012 Inkluż fil-UEFA Team • tas-Sena: 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012 Inkluz fil-European • Sports Media Team tas- Sena: 2008 Iker Casillas fl-azzjoni waqt it-taħriġ mat-tim il-ġdid tiegħu, Porto Iker Casillas jirbaħ ballun fl-arja meta kien għadu ma' Real Madrid, f 'konfront kontra r-rivali Atletico Madrid Iker Casillas jgħolli t-Trofew ta' Champions Ewropej, wara li fil-finali għelbu lill-Ġermanja