Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 Kif għażilt il-bodybuilding fost sports ieħor? Minn dejjem kont attiva u jinteressani l-fitness u sports ieħor. Huwa fatt li meta tara persuna bil- muskoli jew daqsxejn toned mal-ewwel tgħid li hija persuna b'saħħitha. Meta bdejt nieħu l-Insanity Classes, li huwa t-taħriġ tiegħi bis-serjetà, u bdejt nara ġismi jieħu forma oħra, għall-ewwel ma ħassejtniex komda. Iżda meta tħares madwarek u internazzjonalment, tinduna kemm it-tfajliet m'għadhomx iridu dehra ta' waħda rqieqa iżda toned b'daqsxejn muskoli li tagħti iktar dehra ta' tfajla b'saħħitha. Minn hemmhekk, iddeċidejt li ridt inkun ta' eżempju għal ħafna oħrajn biex iżommu stil ta' ħajja fit u b'saħħtu. Sentejn ilu smajt bl-assoċjazzjoni IFBB fejn jikkompetu bodybuilders, kif ukoll bil-kategorija bikini fitness. Blanche Coppola kienet avviċinatni biex nieħu sehem iżda jien ma ħassejtniex li kont lesta. Mort nara konkors fejn rajt lil Derya Satariano tikkompeti u fejn immotivajt aktar ruħi biex 'il quddiem nieħu sehem jiena wkoll. L-ewwel kompetizzjoni li ħadt sehem fiha kienet f 'Ottubru tas- sena li għaddiet man-NABBA, fejn irbaħt it-titlu ta' Miss Bikini. Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Ilum sar hawn interess kbir f 'dan l-isport kemm fost l-irġiel kif ukoll fost in-nisa. Le ma naħsibx li huwa addattat aktar għall-irġiel. Hawn ħafna nisa determinati u lesti jagħmlu sagrifiċċji . Int tieħu sehem fil-kategorija 'Bikini Fitness'. X'differenzi jgħaddu bejn din il-kategorija u kategoriji oħra fil-bodybuilding? Il-Bikini Fitness hija l-iżgħar kategorija tan-nisa fil-bodybuilding, f 'dak li għandu x'jaqsam ma' massa ta' muskoli. It-taħriġ li int tagħmel biex tieħu sehem f 'din il-kategorija kif jiddeversifika minn taħrig li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'kategoriji u kompetizzjonijiet oħra tal- bodybuilding? It-taħriġ huwa differenti għaliex biex iżżomm figura tajba għall- bikini fitness, m'għandekx għaliex terfa' weights tqal ħafna biex tkabbar il-massa tal-muskoli, u tirrikjedi dieta differenti. X'differenza tgħaddi bejn il- Bodybuilding, il-Weightlifting u l-Powerlifting? Il-Bodybuilding jiffoka fuq apparazzjoni estetika, il- Weightlifting huwa esibizzjoni ta' min jerfa' l-aktar toqol ta' weights, waqt li l-Powerlifting huwa esibizzjoni ta' saħħa esplossiva. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja? Iva, hemm diversi kompetizzjoniet li wieħed jista' jieħu sehem fihom matul is-sena kollha. IFBB Malta, fost organizazzjonijiet oħra, toffri għajnuna lill-atleti li juru interess f 'dawn il- kompetizzjoniet. Issibu għajnuna mill-Kunsill Malti għall-Isport u mill-Kumitat Olimpiku Malti? X'tikkummenta fuq l-IFBB imexxija mill-President Ralph Decelis u s-Segretarja, Blanche Coppola? Matul is-sena d-dieħla, eżattament f 'April, se tkun l-ewwel darba għalija li se nikkompeti taħt l-awspiċi ta' din il-Federazzjoni, fejn se nkun qed nieħu sehem fil-Kampjonati Nazzjonali tal- Bodybuilding, iżda s'issa, nista' ngħidlek li sibt sapport kbir u motivazzjoni kbira! Minn hawn nirringrazzjahom mill-qalb, għaliex naf kemm jieħdu interess kbir fl- atleti tagħhom. Huma stess huma atleti, u b'hekk jistgħu jifhmu u jgħinu sewwa lil kull atleta. Naf li l-isport tagħkom jinvolvi bosta spejjeż. Huwa minnu dan? Iva, speċjalment għaliex trid tiekol b'mod frekwenti prodotti ġenwini. Għandek bżonn ta' dieta bbażata fuq laħmijiet u ħut li huma finanzjarjament ogħla meta kkumparati ma' ikel ta' kuljum. Għall-irġiel jaf tkun aktar ta' spiża għaliex huma jirrikkjedu dieta differenti fost affarijiet oħra. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek? Iva, jinvolvi xhur twal ta' dieta bbażata fuq proteini, clean carbs u ilma. Kollox bil-kejl u trid tiekol kull tliet siegħat. Bażikament trid iżżomm dieta nadifa, iżda meta toqrob lejn il- kompetizzjoni, trid tkun iktar strett miegħek innifsek, u tnaqqas aktar affarijijet mid-dieta tiegħek. X'sagrifiċċji u 'commitments' partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Iva, trid taddatta u ddawwar ħajtek madwar l-isport tal-bodybuilding. Trid tirrifjuta mill-pjaċiri soċjali u ġeneralment issib ruħek fil-gym is- Sibt filgħaxija, bħali! Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal- bodybuilding importanti? Il-bodybuilding kif jgħin lill- atleta li jkun qed jipprattikkah kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament? Billi żżomm nies madwarek li jimmotivawk u jinkoraġġuk biex iżżomm iffukat fuq l-għanijiet tiegħek. Minn hawn nixtieq nirringrazja lill-kowċ tiegħi Susan SportSillum Xhieda ċara li l-bodybuilding Cristian Antony Muscat Sabrina Grima - waħda mill-aqwa bodybuilders nisa li pproduċa dan l-isport fl-aħħar snin. Xhieda ċara tal-fatt li l-bodybuilding mhuwiex biss għall-irġiel, iżda jipprovdi stil ta' ħajja mill-aqwa għan-nisa wkoll, li jista' jgħinhom javvanzaw f'diversi oqsma fil-ħajja fosthom fl-istima tagħhom infushom. "Trid taddatta u ddawwar ħajtek madwar l-isport tal- bodybuilding. Trid tirrifjuta mill-pjaċiri soċjali"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015