Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 SportSillum Is-sewwIeq ta' Mercedes, Nico Rosberg, kien l-aktar sewwieq veloċi waqt il-pole position li saret ilbieraħ fiċ-ċirkwit ta' sochi fir-Russja. Is-sewwieq Ġermaniż irnexxielu jgħaddi lil sieħbu iżda rivali kbir ukoll fuq Mercedes, il-Brittaniku Lewis Hamilton, bi ftit frazzjonijet ta' sekonda. Lewis Hamilton kien sfortunat u kellu jabbanduna l-aħħar ġirja wara żball li wettaq. Din kienet it-tielet pole position li kiseb Nico Rosberg matul dan l-istaġun, fejn għadu jittama li jisfida lil Lewis Hamilton għar- rebħ tat-titlu finali, għalkemm is- sewwieq Brittaniku jidher favorit assolut li jirnexxielu jikseb dan it-tragward personali. Valtteri Bottas fuq Williams se jkun qed jibda fit-tielet post, biż-żewġ sewwieqa ta' Ferrari Sebastian Vettel u Kimi Raikkonen isegwu fir-raba' u l-ħames post rispettivament. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa rispettivi tal-Formula 1 illum fiċ- ċirkwit ta' Sochi fir-Russja, flimkien mal-ħin li huma rnexxielhom jiksbu fl-istess ċirkwit: Tkompli tikber il-popolarità tar-Rugby ġewwa pajjiżna ILLuM il-ġurnata, il-logħba tar-Rugby qed issib postha anki fost it-tfal Maltin. Ir-rispett lejn l-avversarju, l-ispirtu kollettiv bejn il-plejers u d-dixxiplina sportiva huma l-ingredjenti ewlenin ta' din il-logħba. Preżentament, Malta tinsab fid-39 post mondjali, li huwa ranking ta' prestiġju għal Malta, fl-isfera tar-Rugby. F'Mejju li għadda, beda proġett pilota, fl-iskejjel Primarji fin-naħa t'isfel ta' Malta. Dan kien imniedi fuq talba tas-Segretarju Parlamentari għall-Isports, l-Onorevoli Chris Agius. Matul ix-xahar id-dieħel, dan il-proġett se jerġa' jibda fl-iskejjel kollha ta' Malta barra li se jiġu organizzati wkoll festivals għall-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex. L-iskola tar-rugby fi ħdan li tintlagħab kemm fost tfal subien kif ukoll bniet. Wara jsir logħob magħruf bħala 'tag rugby' li qed jiġi milqugħ tajjeb ħafna minn dawn l-istudenti żgħar. Wieħed jista' jipprattika din il-logħba li oriġinat ġewwa l-Ingilterra fl-1823, mill-età tenera ta' sitt snin, fejn it-tfal ikunu mħarrġa minn kowċis kwalifikati fuq il-ħiliet bażiċi. Fir-rugby hemm post għal kull min irid jipprova lilu nnifsu. Fil-fatt dan l-isport huwa wkoll ta' għajnuna kbira għal dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jiġġieldu kontra l-obeżità, li sfortunatament hija ferm komuni fost it-tfal Maltin taħt l-età ta' 18-il sena. L-Assoċċjazzjoni Maltija tar-Rugby magħrufa bħala 'Malta Rugby Football Union' (MRFU) qed toffri l-opportunità lit-tfal u ż-żgħażagħ minn l-età ta' sitt snin 'il fuq biex jattendu l-iskola tar-Rugby issapportjata minn 'Get into Rugby' fi ħdan il-World Rugby, kull nhar ta' Ħadd ġewwa l-Marsa Sports Grounds bejn id-9.30am u l-11.30am. Hawn it-tfal jitħarrġu fi gruppi mqassmin skont l-etajiet tagħhom. Bħalissa wieħed jista' jsegwi l-logħob tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby, li qed tintlagħab ġewwa l-Ingilterra u se tintemm fil-31 ta' Ottubru. Intant, tajjeb ngħidu li llum, tifel Malti se jkun qed jirrapreżenta lill-MRFU f 'din it-Tazza tad-Dinja. Huwa se jkun qed jippreżenta l-ballun uffiċjali tal-logħba bejn l-Iskozja u l-Istati Uniti tal- Amerika - esperjenza li żgur li qatt mhu se jinsa. Dan seta' jsir grazzi għall-kumpanija DHL. Għal aktar tagħrif, wieħed jista' jikkuntattja lill-Kap tal-Iskola tar-Rugby Malta, is-Sur Joseph Borda, billi jibgħat email fuq l-indirizz elettroniku vpresident@mrfu. org jew inkella billi jċempel fuq 99893297. Sewwieq Tim Ħin 1 Nico Rosberg Mercedes 1:37.113 2 Lewis Hamilton Mercedes 1:37.433 3 Valtteri Bottas Williams 1:37.912 4 Sebastian Vettel Ferrari 1:37.965 5 Kimi Räikkönen Ferrari 1:38.348 6 Nico Hulkenberg Force India 1:38.659 7 Sergio Perez Force India 1:38.691 8 Romain Grosjean Lotus 1:38.787 9 Max Verstappen Toro Rosso 1:38.924 10 Daniel Ricciardo Red Bull Racing 1:39.728 11 Daniil Kvyat Red Bull Racing 1:39.214 12 Felipe Nasr Sauber 1:39.323 13 Jenson Button McLaren 1:39.763 14 Pastor Maldonado Lotus 1:39.811 15 Felipe Massa Williams 1:39.895 16 Fernando Alonso McLaren 1:40.144 17 Marcus Ericsson Sauber 1:40.660 18 Will Stevens Marussia 1:43.693 19 Roberto Merhi Marussia 1:43.804 Rosberg jegħleb lil Hamilton u jikseb il-pole ta' Sochi fir-Russja Nico Rosberg fl-azzjoni fiċ-ċirkwit ta' Sochi, fir-Russja lbieraħ waqt il-pole position L-MRFU tipprovdi sessjonijiet ta' taħriġ biex tintroduċi l-logħba tar-rugby

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015