Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Vodafone Malta, in linja mal-politika tal-Vodafone Group dwar is-saħħa, is- sigurtà u l-benesseri, nediet Wellbeing Programme għall-impjegati tagħha. dan il-programm jaħseb biex joħloq ambjent fuq ix-xogħol li attivament jinkoraġġixxi lill-impjegati jtejbu s-saħħa personali u l-benesseri tagħhom. Claire Mifsud, HR Manager, spjegat ir-raġuni wara din l-inizjattiva: "Minkejja li għandna relattivament numru kbir ta' ħaddiema ma' Vodafone Malta, aħna kburin li nittrattaw kull wieħed u waħda mill-membri tal-istaff tagħna bħala individwu bid- diffikultajiet u l-problemi tagħhom personali. Aħna nifhmu li xi drabi jkun ta' tensjoni li tibbilanċja x-xogħol mal-impenji tal-familja u aħna rridu ngħinu lill-impjegati biex isibu dan il-bilanċ b'mod pożittiv. Aħna diġà nagħmlu dan billi nipprovdu dawk il-miżuri li probabbilment fil-gżira tagħna huma l-aktar flessibbli u li jaqblu għall- familja. Madankollu aħna qed nagħmlu pass aktar 'il quddiem f 'dan l-impenn billi nimplimentaw Wellbeing Programme li jgħin lill- istaff iżomm stil ta' ħajja f 'saħħitha u b'mod ġenerali jippromwovi li jħossuhom tajbin fiżikament kif ukoll mentalment." Aspett importanti fil- Wellbeing Programme ta' Vodafone hu li jinforma lill-impjegati dwar diversi aspetti għall-benesseri tagħhom, min-nutrizzjoni, il-psikoloġija fl-isport u l-waqfien mit-tipjip sal- importanza tal-immaniġġjar tal-istress u s-saħħa mentali. Fix-xhur li ġejjin diġà hemm maħsub li jkunu organizzati taħditiet dwar dawn is- suġġetti u oħrajn. Il-Wellbeing Programme ta' Vodafone Malta se jenfasizza wkoll l-importanza tal- isport u l-eżerċizju fiżiku. Dawn l-attivitajiet se jkunu maqsuma bejn dawk li huma estużjasti għall-isports u jipprovdu appoġġ dirett għal dawk l-impjegati li jkunu se jipparteċipaw fi sfidi sportivi bħall-Malta Marathon, u oħrajn maħsuba għal dawk l-individwi li huma anqas mitfugħa fuq l-isport li dawn se jiġu nkoraġġuti biex isibu mod ieħor ta' eżerċizzju li jkun jaqbel għalihom. L-impjegati jkunu jistgħu wkoll jieħdu sehem fil- Vodafone Global Wellbeing Challenge li hi sfida bbażata fuq eżerċizzju ta' mili miftuħa għall-impjegati kollha ta' Vodafone madwar id-dinja kollha. Il-qofol tal-Wellbeing Programme se jintlaħaq fit- tieni edizzjoni tal-Vodafone Cross Country Connect Challenge li se ssir f 'Mejju 2016. Dan se jseħħ wara l-Connect Challenge li kien ta' suċċess kbir li sar f 'Ġunju ta' din is-sena li ra timijiet ta' impjegati ta' Vodafone biex f 'ġurnata waħda biss jiġru, jaqdfu, jittrekkjaw jew bil- kayak f 'tul ta' 85 kilometru madwar Malta u Għawdex. Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 25 Servizz għall-klijenti estiż matul ix-xhur tax-xitwa mill-BOV Wara r-reazzjoni pożittiva tal-klijenti għas-servizz estiż offrut matul il-perjodu tas-sajf, il-Bank of Valletta ħabbar li dan is-servizz se jkompli jiġi offrut permezz ta' ħdax-il fergħa tal-Bank matul ix-xhur tax-xitwa. Il-fergħat tal-BOV li ġejjin se jkunu miftuħa għan- negozju fi ġranet speċifiċi bejn l-16.30 u s-19.00 kif ġej: Il-Gżira : l-Erbgħa u • l-Ġimgħa Il-Mosta: it-Tlieta u • l-Ġimgħa In-Naxxar: L-Erbgħa • Preluna Towers Tas- • Sliema: Il-Ġimgħa Ħal-Qormi: Il-Ġimgħa • San Ġwann: Il-Ħamis • Is-Siġġiewi: Il-Ġimgħa • San Ġiljan: Il-Ġimgħa • Ħaż-Żebbuġ: L-Erbgħa • u l-Ġimgħa Iż-Żejtun: It-Tlieta • Iż-Żurrieq: Il-Ġimgħa • Matul dawn il-ħinijiet itwal tal-operat, il-klijenti jistgħu jinqdew minn diversi servizzi inkluż il-ftuħ ta' kontijiet ġodda, mistoqsijiet dwar jew applikazzjonijiet għall- prodotti tal-Bancassurance, Skemi ta' Investiment Kollettiv, Self fuq id-Djar, Self Personali, Karti tad-Debitu u tal-Kreditu. Il-klijenti jistgħu jagħmlu wkoll ordnijiet għal tranżazzjonijiet ta' stockbroking jew jirreġistraw għas-servizz ta' bbankjar bl-internet u bil-mowbajl. Pakkett ta' Servizzi Bankarji BOV 24X7. Is-servizz tal- kaxxier mhux se jkun offruti matul dan il-ħin estiż. Il-klijenti huma mħeġġa jagħmlu appuntament minn qabel peress li ser tingħata preċedenza lil dawk li jkollhom appuntament, b'mod partikolari matul dan il-ħin. Għal iżjed informazzjoni dwar il-firxa ta' prodotti u servizzi tal-Bank jew sabiex wieħed jistaqsi dwar il-ħin estiż tas-servizzi għall-klijenti, wieħed jista' jikkuntattja l-BOV Customer Service Centre fuq in-numru tat-telefon 2131 2020 jew jibgħat posta elettronika fuq customercare@bov.com. Wellbeing Programme għall-impjegati ta' Vodafone Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015