Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250
14 illum | Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 Għada huwa jum il-baġit. Forsi llum jum il-baġit tilef ftit mill-importanza li l-poplu kien itih għoxrin sena ilu u dan għal diversi raġunijiet. Waħda mir- raġunijiet prinċipali tkun li llum grazzi għal avvanz fil-media u fit-teknoloġija, ħafna mill-miżuri tal-baġit li jaffetwaw b'mod dirett lin-nies ikunu mħabbra jiem qabel jitħabbar il- baġit. Ngħidu aħna ż-żieda fl-għoli tal-ħajja hija eżempju klassiku. dan għaliex din hija xi ħaġa li ma tiddependix mill-Gvern iżda minn mekkaniżmu stabbilit. Fil-fatt din is- sena, iż-żieda għall-għoli tal-ħajja ħa tkun ta' €1.75. Ekonomija b'saħħita Ilkoll naqblu li dan il- Gvern ħa t-tmexxija tal- pajjiz bi sfidi kbar fejn kellna ekonomija li mhix qiegħda tikber, defiċit u dejn dejjem jiżdiedu u qagħad li kien jaqbez is-7,000 ruħ. Jekk wieħed iħares lejn l-istampa ekonomika ta' pajjiżna llum wieħed jista' jinnota bidla kompleta. Illum għandna l-ogħla rata ta' tkabbir ekonomiku fl-Ewropa, l-inqas rata ta' nies qegħda fl-istorja, l-ogħla rata ta' nies jaħdmu u defiċit u dejn taħt kontroll. Dawn ir-rizultati però ma ġewx b'kumbinazzjoni iżda ġew għaliex nafu fejn irridu naslu u għaliex għandna Gvern li ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet. Baġit li se jgħin lill-bieżla u dawk li jifilħu l-inqas Dan huwa Gvern Laburista, Gvern li għandu għal qalbu l-ħaddiema u l-batut, però rridu nifhmu li sabiex inkunu nistgħu ngħinu lill- batut, irid ikollna minn fejn ngħinu. Għalhekk matul dawn is-sentejn u nofs rajna li niżiraw u nieħdu ħsieb is-siġra sabiex illum u fil-futur inkunu nistgħu naqtgħu l-frott. Nemmen li llum wasalna f 'punt fejn nistgħu nibdew naqtgħu l-ewwel frott ta' din is- siġra, siġra li jekk nibqgħu nieħdu ħsiebha, ħa nkunu f 'pożizzjoni fejn fl-istaġuni li ġejjin ħa tkun qiegħda ttina frott ikbar u isbaħ minn tal- lum. Huwa għalhekk li dan il-baġit ħa jkun qiegħed jara li jdaħħal miżuri ġodda li jgħin lil dawk in-nies li sal- llum għadhom ma gawdewx mill-miżuri f ' baġits passati fosthom dawk li qegħdin fuq dħul baxx u l-anzjani. Pensjonijiet Dan ħa jkun baġit fejn għall-ewwel darba wara ħafna snin ta' paroli u wegħdiet, ħa jibdew jiġu indirizzati l-pensjonijiet. Ilna ħafna nisimgħu mingħand il-PN li s-sistema tal-pensjonijet mhix sostenibbli u li hemm bżonn li tkompli togħla l-età tal- irtirar u tiżdied il-bolla. Jien ngħid li vera hemm bżonn li tiġi indirizzata s-sistema tal-pensjonijiet, però żgur li hemm bżonn li l-pensjonanti jingħataw iktar għajnuna. Xi ħaġa li żgur mhux sostenibbli huwa l-għajxien ta' dawk il-pensjonanti li jridu jgħixu b'xi pensjoni ta' madwar €500, għalhekk hemm bżonn li dawn jibdew jiġu indirizzati sabiex dawn jibda jkollhom kwalità ta' ħajja aħjar. Ġlieda kontra minn jabbuza mis-servizzi soċjali Dan huwa Gvern li qiegħed itejjeb is-servizzi soċjali, però huwa Gvern li ma jridx lil min jabbuża minn dawn is-servizzi. Minn jabbuża minn dawn is-servizzi jkun qiegħed inaqqas mill- flus li l-Gvern ikun jista' jalloka għal min verament għandu bżonn, u għalhekk f 'dan il-baġit ħa nkunu qegħdin naraw li filwaqt li ntejbu l-għajnuniet lil min verament għandu bzonn, ħa nkomplu bil-ġlieda ħarxa kontra min jabbuża. Il-Qasam tas-Saħħa Qasam ieħor li dan il- baġit ħa jkun qiegħed jara li jkompli jindirizza huwa l-qasam tas-saħħa. Filwaqt li din is-sena rajna kif ġiet indirizzata il-problema tal-mediċini out of stock u tnaqqis fil-waiting list ta' ċertu operazzjonijiet, issa jmiss li nkomplu l-ħidma tagħna sabiex is-sena d-dieħla jiżdiedu s-sodod fl- isptar Mater Dei. B'hekk ħa nkunu qegħdin nindirizzaw il-problema tal-istennija kif ukoll innaqsu n-nies fil-kurituri tal-isptar. Dan però mhux biżżejjed għaliex f 'dan is-settur ukoll ħa nkunu qegħdin nattiraw investiment barrani sabiex inġibu lejn Malta niċċa ġdida ta' turizmu lejn dan is-settur. Housing Din hija pjaga soċjali kbira u r-realtà hija li Gvernijiet nazzjonalisti investew ftit li xejn f 'dan is-settur. Barra minn hekk, l-investimenti li għamlu kienu investimenti li fnew lill-awtorità tad-djar b'tilja dejn. Illum hemm 'il fuq minn 3,000 persuna jistennew post tal-housing filwaqt li postijiet m'hemmx. Żgur li din il-problema ma tistax tiġi indirizzata f 'sena waħda, però dan il-Gvern permezz ta' dan il-baġit ħa jkun qiegħed jara li jibda mill-ġdid jalloka fondi għal progetti ġodda fil-qasam tal- housing. Trasport Pubbliku Żgur li kull wieħed u waħda minna esperjenza l-problema tat-traffiku. Minkejja li din il-problema ilha takkumula għal dawn l-aħħar għaxar snin, ilkoll naqblu li iktar ma jgħaddi ż-żmien il-karozzi fit-toroq iktar qegħdin jiżdiedu u għalhekk il-problema iktar tkompli tikber. Dan flimkien ma' problemi oħra fosthom il-problema tat-trasport pubbliku li għadu ma laħaqx il-livell mixtieq. Huwa għalhekk importanti li dan il-baġit ħa jkun qiegħed jara li tkompli tiġi indirizzata din il-problema fosthom permezz ta' inċentivi ġodda, mezzi oħra tat-trasport u infrastruttura alternattiva minn fejn jistgħu jgħaddu l-karozzi. Ir-realtà però tibqa' li tagħmel kemm tagħmel f 'dan is-settur, l-ikbar sfida hija l-kultura fejn kważi kull persuna li tgħix f 'Malta, inkluż tfal u trabi, għandha karozza. Pożittivi Iva pożittivi għaliex f 'dawn is-sentejn u nofs il-pajjiz mexa 'l quddiem. Iva pożittivi għaliex kollox jindika li l-futur huwa isbaħ mill-passat. Però fuq kollox pożittivi għaliex għadna Prim Ministru mimli enerġija li qiegħed imexxi Gvern magħqud. X'differenza mill-firda u n-negattività ta' Simon Busuttil u sħabu! Silvio Schembri huwa deputat f 'isem il-Partit Laburista Il-Punt Baġit: Viżjoni għall-futur "Xi ħaġa li żgur mhux sostenibbli huwa l-għajxien ta' dawk il- pensjonanti li jridu jgħixu b'xi pensjoni ta' madwar €500" Hemm bżonn li l-pensjonanti jibdew jiġu indirizzati sabiex dawn jibda jkollhom kwalità ta' ħajja aħjar Silvio Schembri