Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 | illum 13 il-paga u l-pensjoni minima' għax għalkemm vera li qed jiżdiedu l-impjiegi, jgħid li l-maġġoranza ta' dawn qed jinħolqu mal-Gvern. "Malli tgħid 'il-maġġoranza'qed tkisser l-argument tiegħek stess. Jien nikkalkula li minn kull 10 impjiegi, sitta qed jinħolqu fis-settur privat u bejn tlieta u erba', fis-settur pubbliku. U meta ngħidu mal-Gvern irridu nqisu wkoll fejn. Jekk dħalt taħdem bħala infermier l-Isptar, jiġifieri dħalt mas-settur pubbliku, avukat mal-Gvern, dak ukoll fis-settur pubbliku qiegħed. Fejn tidħol saħħa, per eżempju, jien ngħid li hemm lok għal żieda fl-impjiegi. Taħseb li se jasal punt, wara xhur issa bil-qgħad nieżel xahar fuq xahar, li l-qgħad jiżdied? Forsi bdejna nilħqu l-punt li tant naqas li se jkun inevitabbli li jerġa jiżdied? "Ir-rata ta' qgħad bħalissa hija l-aktar waħda baxxa li qatt kellna fi snin, imma xorta nemmen li mhux l-ideali. Jien inħoss li l-qgħad f 'pajjiżna m'għandux jeċċedi it-2% jew 2.5% għax f 'Malta għandna mobbiltà iktar faċli, postijiet tax-xogħol li huma eqreb. Naturalment dejjem għandek sezzjoni ta' nies li ma jkunux iridu jaħdmu, li dejjem jibqgħu hemm. Qabel niddiskutu l-baġit, nerġgħu mmorru lura għall-punt fl-intervista fejn Farrugia jsemmi l-investiment. Għalkemm il-Gvern preżenti ħabbar diversi proġetti, bosta minnhom għadhom fuq il-karta. Iħoss li forsi l-proċess biex proġetti kapitali bħall- Maritime Hub u l-proġett tal-White Rocks qed jieħdu wisq fit-tul? Huwa jiddeskrivi bħala xi ħaġa 'sfortunata' li ċerti proġetti qed idumu biex isiru, għalkemm iżid ifakkar li l-Gvern tela' bi programm ta' ħames snin u li mill-esperjenza tiegħu proġetti kbar, speċjalment jekk jinvolvu medded kbar ta' art, bħal dak tax-Shipbuilding, jieħdu ż-żmien. Żieda fil-paga u l-pensjoni minima Intant, kif kien mistenni, d-diskors waqa' fuq il-baġit li se jkun qed jitħabbar għada. Bid-diskors kollu dwar ekonomija li sejra tajjeb, anke f 'din l-intervista stess, il-poplu qed jistenna li għada l-Gvern iroxx xi ftit tal-bżar. Imma huwa żmien li l-Gvern jagħmel hekk? Farrugia jaqbel u mal-ILLUM jipproponi żewġ miżuri partikolari. Mhux b'sorpriża l-ekonomista li beda l-intervista billi qalilna li huwa twieled u għex mal-ħaddiema u dawk li bil-Malti ngħidu 'jaqilgħuha u jiekluha', spjega kif issa wasal iż- żmien li l-Gvern jaħseb għal żidiet fil-pensjoni u paga minima. Din il-gazzetta tfakkru li dawk li jopponu żieda fil-paga minima jgħidu li dan jista' joħloq katina ta' żidiet fil-pagi kollha li min iħaddem ma jkunx jiflaħ għalihom. Iżda Farrugia, min-naħa tiegħu, jgħid li issa wasal żmien li l-Gvern iwieżen lil dawk li qed jaqilgħu l-pensjoni minima, l-ewwel u qabel kollox. "Din mhux se taqbad u tindroduċieha mil-lum għal għada, imma għandu jsir studju biex il- pensjoni minima, li bħalissa tlaħħaq madwar €500 fix-xahar biss, tiżdied b'madwar 1.5% fis-sena għal numru ta' snin". Dwar il-paga minima, Farrugia jgħid li meta wieħed iqis it-tajjeb u l-ħażin "huwa iktar pożittiv li mqassma fuq numru ta' snin, ikun hemm żieda ta' 1% jew 1.5% fis-sena għal perjodu ta' ħames snin. B'hekk ngħidu li f 'dan il-perjodu ta' snin inkunu qed inżidu l-paga minima b'7%. Fl-aħħar din il-gazzetta tistaqsi lil Farrugia jekk iħossx li miżura bħal din għandhiex tkun imħabbra fil- baġit li ġej, jiġifieri għada. "Iva" jgħid Farrugia, "u jekk mhux se iħabbarha, il-Gvern għandu jikkometti ruħu li jimplimentaha mill-baġit ta wara". "Għandu jsir studju biex il- pensjoni minima tiżdied b'madwar 1.5% fis-sena għal numru ta' snin" Qed inħallu wisq nies jiġu jaħdmu hawn Malta, bla kwalifiki u li jaċċettaw pagi miżeri għax ikunu, prattikament, qed imutu bil-ġuħ - L-ekonomista Karm Farrugia Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015