Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250
30 illum Il-Ħadd 11 ta' Ottubru 2015 SportSillum "Kwalifikazzjoni storika li timlina b'sodisfazzjon Fuq fomm kull min isegwi l-isport Malti, għadha tidwi b'ċertu prominenza, l-aħbar li t-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo immexxi mill-kowċ, Karl Izzo, irnexxielu jikseb kwalifikazzjoni storika għall-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo, li se jsiru f 'Belgrad fis- Serbja f 'Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba ta' dan it- tournament kienet skedata għall-Ġimgħa filgħaxija fis-7.15pm. L-avversarji tagħna kienu l-Iżvizzera, tim li kont naf sew u li kont konvint li nistgħu ngħelbu b'konvinzjoni. Il-logħba ma tantx bdiet tajjeb għax spiċċajna l-ewwel sessjoni minn taħt bi żvantaġġ ta' żewġ gowls. Bl-emozzjoni tal- ewwel logħba u b'ċansijiet faċli mitlufin, kienet mistennija. Tkellimna bejn l-ewwel u t-tieni sessjoni, u bdejna nilagħbu kif suppost. Irbaħna t-tieni sessjoni bl-iskor ta' 7-0, u deher ċar li l-logħba kienet f 'idejna u r-riżultat ma kienx hemm dubju li kien se jkun favurina. Hawnhekk jien utilizzajt it-13-il plejer kollha, inkluż Stevie Camilleri li lagħab għal ftit minuti fit-tieni sessjoni tal-partita. Il-ħsieb tiegħi issa kien kollu fuq il-logħba kruċjali għall- kwalifikazzjoni tal-għada kontra t-tim qawwi tal- Polonja. Kont daqsxejn diżappuntat bl-attendenza fil-Pixxina Nazzjonali għal din l-ewwel logħba. Dan għax nippretendi li plejers u kowċis jiġu jaraw il- logħob u jagħtu s-sapport tagħhom lil sħabhom. Is-sitwazzjoni kienet differenti fil-ġurnata ta' wara, għal-logħba kontra l-Polonja għax hawnhekk kien hawn pubbliku numeruż, u l-preżenza tan-nies tgħin mhux ftit biex il-prestazzjoni tat-tim togħla. Il-logħba deċiżiva kontra l-Polonja kienet skedata għas-Sibt 26 ta Ottubru għas-7.15pm. Mit-team talk dehret ċara t-tensjoni fuq wiċċ kulħadd u konna konxji li okkażjoni bħal din ftit ikollok bħalha fil- ħajja. Rebħa f 'din il-logħba kienet tpoġġina fl-istorja tal-isport Malti. Konna full team għax Stevie Camilleri kien għadda mill-'fitness test'. Ħadt ir-riskju li nibda bil-goalkeeper żagħżugħ u ferm promettenti Nicky Grixti, li tant kellu kampjonat domestiku tajjeb. Kienet l-ewwel darba li Nicky kien qed jibda mat-tim nazzjonali u kien riskju li nilgħab tifel ta' 19-il sena fl-iktar logħba importanti fl-istorja tal-waterpolo Malti. Nicky kien eċċellenti tul il-logħba kollha, u kien ta' fiduċja għal sħabu kollha. Deher ċar mill-bidu li l-plejers kollha kienu ppreparati kemm fiżikament kif ukoll mentalment għal din il-battalja, u d-difiża ferm organizzata quddiem il-goalkeeper Nicky Grixti, kienet indikazzjoni ċara li kienet se tkun fattur determinanti fir-rebħa aħħarija tagħna kontra t-tim qawwi Pollakk. Wara bidu tajjeb ħafna fejn anki ħadna vantaġġ ta' tliet gowls, kellna t-tkeċċija għal kollox tal-plejer prominenti u b'saħħtu Matthew Zammit. Dan wara li r-referi allega li Matthew uża forza żejda biex jinqala' minn ma' plejer avversarju. Din setgħet kienet daqqa ta' ħarta għalina u anki jekk fl-istess azzjoni ukoll ikkonċedejna t-tieni tkeċċija tal-plejer importanti tagħna, Aurelien Cousin, żammejna l-kalma neċessarja u bqajna superjuri għall-avversarji tagħna tul il-logħba kollha, anki jekk il-Pollakki kienu tim fiżikament b'saħħtu, bi plejers li jilagħbu ġo Kampjonati Ewropej ewlenin u l-istess tim li ilu magħqud flimkien għal xahrejn sħaħ qabel ġie Malta. Urejna lil kulħadd li kellna tim b'saħħtu fiżikament, teknikamemt u tattikament. Is- suffara aħħarija kienet sensazzjoni speċjali li diffiċli tiddeskriviha għax kien ifisser li pajjiż żgħir bħal Malta ta' ftit aktar minn 400,000 abitant irnexxielu jikkwalifika għall-Kampjonati Ewropej A, li kienu se jsiru ġewwa Belgrad f 'Jannar li ġej. Stabilejna ruħna mal-aqwa 16-il tim fl-Ewropa, li huwa tragward fenomenali għal pajjiż bħal tagħna. Il-Federazzjoni, il-kowċis u l-plejers kienu kburin b'dak li konna għadna kemm wettaqna. Ir- riżultat finali ta' 13-8 ta stampa ċara tas-superjorità fil-ġurnata tat-tim nazzjonali Malti. L-aħħar logħba tal- grupp skedata għall-Ħadd filgħodu fl-10.15am kienet biss formalità għax kollox kien diġà deċiż. Kellna quddiemna l-qawwa tal-Ġermaniżi. Kienet logħba anti-klimatika għal dak li konna ksibna matul il-ġurnata ta' qabel. Għażilt li għal ħafna mil- logħba nserraħ lill-plejers importanti bħal Stevie Camilleri u Matthew Zammit li kellhom xi injuries. L-għejja bdiet tagħmel tagħha wkoll. Konna ġejjin minn ġimgħa preparazzjoni intensiva b'logħob ta' taħriġ kontra Ortigia u l-Iżvizzera, logħba tal-grupp kontra l-istess Żvizzeri u battalja kontra l-Polonja. Ir-riżultat finali ta' 24-3, anki jekk juri s-supremazija tal- Ġermaniżi mhux stampa ċara tal-logħba. Il-plejers kollha ħadu sehem f 'din il-logħba, kif wara kollox ġara fil-logħbiet l-oħra kollha. Kien wasal il-ħin li kulħadd imur jieħu l-mistrieħ mistħoqq u jibda l-pjan li jwassalna għall-ewwel logħba tal- Kampjonati Ewropej ġewwa Belgrad fl-10 ta Jannar li ġej. Kienet kompetizzjoni pożittiva u ta' esperjenza kemm għalija kif ukoll għat-tim nazzjonali Malti. Lgħabna kontra żewġ nazzjonijiet qawwija bħall-Ġermanja u l-Polonja - nazzjonijiet bi plejers professjonali li jitħarrġu bejn ħames u sitt sigħat kuljum - żewġ nazzjonijiet li għandhom plejers jilagħbu fl-aqwa Kampjonati Ewropej. Kont kuntent ħafna bil- prestazzjoni tal-plejers kollha, bl-aktar li spikkaw ikunu Stevie Camilleri li kien impekkabli fil- logħba kontra l-Polonja, il-Captain Niki Lanzon, Aurelian Cousin, u Jordan Camilleri fit-tournament kollu. Ta' min isemmi imma l-kontribut siewi meta vera kien hemm bżonn tal-plejers Matthew Zammit, Michele Stellini, Mark Meli, Clint Mercieca u s-centre forward Jerome Gabarretta determinanti fir-rebħa mal-Polonja kemm fil-gowls importanti imma wkoll f 'xogħol fid- difiża. Insemmi wkoll lil Dino Zammit, li mhux biss skorja gowls importanti imma wkoll kien dejjem xewka fl-attakk u fil- kontrattakk, u l-aħħar u mhux l-anqas lill-veteran Karl Izzo jifraħ bil-kbir mal-plejer li kellu wirja impekkabbli kontra l-Polonja, Stevie Camilleri Ritratt - Adrian Farrugia Iż-żewġ imħuħ wara s-suċċess tat-tim, Karl Izzo u Joe Caruana Curran