Illum previous editions

ILLUM_11 ta' Ottubru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/584250

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 469 • 11 ta' Ottubru 2015 www.illum.com.mt IFFALSIFIKA PASSAPORT MALTI BIEX JITLAQ MINN SQALLIJA #thefamiliar WE'RE ALWAYS THERE GASANMAMO.COM HOME | CAR | TRAVEL | BOAT | HEALTH | BUSINESS GASANMAMO INSURANCE IS AUTHORISED BY THE MFSA NEWSPAPER POST Nhar it-Tlieta akkwista l-edizzjoni speċjali ta' MaltaToday fuq il-Baġit ...kien ġej pajjiżna bl-Air Malta, ma' persuna magħrufa mal-pulizija JOHN BUSUTTIL SIRJAN li ffalsifika passaport Malti biex jitlaq minn Sqallija u jiġi Malta, inqabad fil-fatt mumenti biss qabel hu, flimkien ma' żewġt irġiel Sirjani oħra, wieħed minnhom magħruf mal- pulizija, telgħu fuq ajruplan tal-Air Malta fi triqithom lejn pajjiżna mill-ajruport Sqalli ta' Fontanarossa f 'Katanja. DAWN it-tliet Sirjani kienu xtraw biljett fuq it-titjira KM641 tad-9 ta' Ottubru, li telqet minn Katanja fit-7:50 a.m. u waslet Malta fit-8:30 a.m., għaddew mill-kontrolli tas-sigurtà u kienu lesti biex jitilgħu fuq l-Air Malta u jiġu pajjiżna sakemm xi impjegati fl-ajruport kellhom suspett u waqqfuhom. It-tliet Sirjani, wieħed minnhom magħruf sew mal-awtoritajiet Sqallin b'konnessjoni ma' attvitajiet kriminali u reati marbutin mal-immigrazzjoni, kienu arrestati mill-Polizia di Frontiera. F'KUNTATT mal-ILLUM kelliem għal-linja nazzjonali tal-ajru kkonferma l-arrest ta' dawn il-persuni li kellhom jaslu pajjiżna jumejn ilu. ISSIRJAN li ffalsifika d-dokument Malti biddel ir-ritratt oriġinali u tefa' wieħed tiegħu minflok. Miegħu kien hemm is-Sirjan Kasem Almsluh, magħruf sew mat-Tribunal ta' Udine għar-reati li wettaq b'rabta mal-immigrazzjoni illegali. Fl-ajruport Sqalli Almsluh ppreżenta dokument bl-isem ta' Kasem Mouslah, imwieled Hamas, anke jekk fil-fatt dan ma kienx minnu. Ma' dawn kien hemm it-tielet Sirjan li huwa taħt l-età u li ffalsifika passaport Franċiż biex mat- tnejn l-oħra jkun jista' jiġi f 'pajjiżna. Unpaid leave mill-Gvern u jmur jaħdem mat-Times LEONARD Callus, li għamel snin twal jaħdem mill-qrib ħafna tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, fis-segretarjati privati tiegħu, ingħata xogħol mal-ġurnal indipendenti The Times, bħala senior journalist. Filwaqt li mhux magħruf x'esperjenza għandu Callus fil-ġurnaliżmu, kien hemm reazzjonijiet differenti dwar l-għażla ta' Callus. L-ILLUM jista' jikkonferma li Leonard Callus bħalissa qiegħed fuq unpaid leave minn mal-Gvern. Callus kien wieħed mill-aktar persuni qrib ta' Lawrence Gonzi. Għal għaxar snin sħaħ, ħadem fis-segretarjati privati tiegħu, kemm meta kien Prim Ministru kif ukoll meta kien Ministru għall-Politika Soċjali. Flimkien ma' Richard Cachia Caruana kien jakkumpanjah kważi dejjem f 'safar li kien ikun relatat ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea. Ara paġna 2 Leonard Callus (xellug) mal-eks- Prim Ministru Lawrence Gonzi 'Mhux se narmu embrijuni' ISSEGRETARJU Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne assigura li l-Gvern m'għandu l-ebda intenzjoni li fil-proċess ta' iffriżar tal- embrijuni, numru minn dawn ikunu mormijin jew "ifflaxxjati." Fil-fatt f 'kummenti mal-ILLUM huwa assigura li l-Gvern qed jagħmel dawn it- tibdiliet "biex nagħtu l-aħjar opportunitajiet lill-ommijiet waqt li nirrispettaw il-ħajja fl-istadji kollha tagħha." Ara paġna 3

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM_11 ta' Ottubru 2015