Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 | illum 3 Aħbarijiet nittraffikaha f 'ammonti żgħar bil-posta' għaddej minnha. Sakemm kellu 19-il sena, Ian kien prattikament mess, ma' kull tip ta' droga: kannabis, kokaina, LSD, miao miao u eroina. Dan kien l-istess żmien meta daħal biex jagħmel kors fl- Università ta' Malta. L-użu tal-kannabis kien sar xi ħaġa ta' kuljum, u fi tmiem il- ġimgħa, kien jabbuża minn sustanzi iktar qawwijin. Meta induna li bl-użu tad- droga kien se jkollu jaffaċċja problemi finanzjarji kbar, Ian beda jbigħ u jittraffika. "Qatt ma sraqt...mhix xi ħaġa li nimmaġinani li kapaċi nagħmel. Imma biex immantni l-vizzju kelli nġib il-flus min x'imkien. Tant kelli kuntatti, li qatt ma kelli għalfejn insib modi oħra kif inġib il-flus. Mid-droga kelli mezz kif inġib il-flus x'ħin irrid." Il-proċess ta' traffikar ta' Ian beda jirfina. Biż- żmien għamel kuntatti anke ma' persuni minn pajjiżi barra minn Malta. "Kelli kuntatti l-Ingilterra, Spanja, l-Olanda, u kienu jiġu Malta għal xi btala u malajr għamilt kuntatti ġodda. Meta kont inkun nieqes mill-flus, kienu jafdawni biżżejjed li jselfuni." Spjegalna b'mod dettaljat kif kien jaħdem il-proċess biex jittraffika d-droga. "L-ewwel ma' trid huwa kuntatt tajjeb, biex iġġib prezz irħis. Għax Malta hawn kompetizzjoni kbira bejn id-dealers. Xi wħud, iwaqqgħu l-prezz, imma anke l-kwalità. Jien kont nippreferi nżomm kwalità tajba u l-prezz ikun raġjonevoli. Malli lin-nies ittihom droga ta' kwalità tajba, jibqgħu ifittxuk u jiġu għal iktar." Meta stqasejnih jiddeskrivi l-proċess ta' kif tasal id- droga f 'Malta, pretendejna xi spjegazzjoni kumplessa, imma ma kienx il-każ. "Kif tasal? Bil-posta. Jitfgħu ammonti żgħar ġo envelopp, jimpustawhom f 'indirizzi f 'xi dar abbandunata, umbgħad kont immur u nisgassa l-letter box. Ħadd ma kien jinduna b'xejn." Jekk bil-posta ma tasalx, kien hemm anke servizz ta' courrier. "Kelli ħabib tiegħi jaħdem f 'courrier l-Ingilterra u kien jgħidli li jekk f 'ammonti żgħar, jista' jniżżilli kollox hu. Kien jieħu €5,000 ewro ta' kull vjaġġ. Basta ma jaqbisx iż-żewġ kilogrammi." Iż-żewġ kilos setgħu kienu komposti minn kull tip ta' droga. Ian kien sempliċiment jagħmel l-ordni u jistennieha tasal direttament id-dar tiegħu. "Il-courrier kien jaħbihom fuqu. Ma nafx x'kien jagħmel u fejn kien jaħbihom, imma lili kienu jasluli skont l-ordni li nitolbu." Malli kienet tasal għandu d-droga, Ian kien jibda jqassam, ibigħ u jżomm għall-użu personali tiegħu. Spjega li l-prezz tal-kokaina fis-suq jammonta għal madwar €50,000 kull kilo. Iżda minħabba l-vizzju li kellu, meta kien jordna l-kokaina, kien jispiċċa jmur minn taħt, għax kien jikkonsma ħafna minnha hu stess. "Meta nagħti lil ħaddieħor biex ibigħu, kilo kokaina jagħmluhom tnejn u nofs, għax iħalltuhom. Imbagħad kienu jqassmuhom b'xi €70 kull gramma. Kienu jagħmlu profitt kbir." Ian kien ibigħ il-kokaina b'€50 kull 100 gramma. Il-bejgħ, minkejja li ma kien jieqaf qatt, kien ikollu l-perjodu tiegħu. Bħal issa, fi żmien il-Milied id-domanda għad-droga tkun kbira ħafna. "Tal-għaġeb kemm il- kokaina ġiet moda u għal kull okkażjoni... magħmudijiet, tiġijiet, li trid." Irrakonta kif il-familja tiegħu kellhom suspett li kien involut f 'din l-intrapriża illegali. Darba anke ommu kienet keċċietu mid-dar wara li sabitlu d-droga. "Issa ommi qiegħda fil- ġenna daqs kemm hi ferħana li għaddej bil-programm. Jien ma kontx nemmen li kelli problema imma mbgħad ġejt f 'posti malli dħalt il-ħabs." Kien il-ħabs li fetaħlu moħħu dwar il-bżonn li jirrijabilita ruħu. "Bdjet nara dawk li jkunu deħlin il-ħabs minħabba d-droga, kienu jkunu nexfin ħafna u bdejt ngħid, ara naqra din id-droga fiex iġġibek." Stqarr li sakemm dam il-ħabs, huwa qatt ma mess mad-droga. Jemmen li m'għadux skjav tal-vizzju. "Issa għandi entużjażmu kbir lejn il-ħajja. Il-ħabs użajtu u issa lest biex noħroġ. Tgħallimt naċċetta, nistenna u biex ma nieħux l-affarijiet for granted." Il-Milied kien jistennih biex, skont kliemu, "jitħanżer fuq id-droga." Minkejja dak kollu li għadda minnu, mistoqsi dwar x'ikollu jbiddel kieku seta' jmur lura fiż-żmien, Ian jgħid li ma kienx ibiddel wisq. "Jiena ngħid, imnalla ġara dak li ġara, għax kieku m'iniex il-persuna kompluta li jien illum. Xorta nappella biex ħadd ma jibda din it-triq. Kienet għażla tiegħi li nieħu din it-triq. Għal bidu tidher sabiħa, imma mbgħad, l-affarijiet jiggravaw." Għall-futur, Ian qed jippjana li joħroġ miċ-ċentru ta' rijabilitazzjoni, jsib xogħol u jekk ikun ixxurtjat, jifforma familja. Finalment huwa appella liż-żgħażagħ biex ma jattirawx ruħhom mill- eċitament tal-bidu ta' meta wieħed jikkonsma d-droga. "Il-konsegwenzi huma tal- biża'. Flus jispiċċaw, is-saħħa mentali tmur lura, trid bilfors tibqa' tikkonsma biex tkun tista' tmanti l-vizzju... mhux worth it." Jekk jirnexxilu jtemm il-programm ta' rijabilitazzjoni, il-Milied ta' din is-sena, se jkun l-aħħar wieħed li se jqatta' 'l bogħod mill-familja. Ian* huwa isem fittizju "Tal-għaġeb kemm il-kokaina ġiet moda u għal kull okkażjoni: magħmudijiet, tiġijiet...li trid" Ian* huwa persuna li kienet tabbuża u tittraffika d-droga

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015