Illum previous editions

27 Dicembru 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 | illum 21 TELEVIXIN Ikel Ingredjenti: 100g ġellewż sħiħ • 200g Nutella • 40g kokodina • 160g ċikkulata skura • Metodu: 1. Warrab 20 ġellewża sħiħa 2. Kisser il-bqija tal-ġellewż f 'biċciet żghàr u poġġi fi skutella flimkien man-nutella u l-kokkodina. 3. Ħawwad sew sakemm it-taħlita tifforma bħal għaġina ratba. 4. Ifforma 20 ballun ċkejken u poġġi fuq dixx b'karta strazza. 5. Poġġi ġellewża sħiħa fuq kull ballun u ffriża għal madwar nofs siegħa jew fil-friġġ għal ftit sigħat. 6. Dewweb iċ-ċikkulata banju marija jew fil-microwave u ħawwad wara kull 30 sekonda. 7. Bill il-'baci' fiċ-ċikkulata waħda waħda u erġa' poġġihom fuq il- karta strazza biex jinxfu sew. 8. Ħallihom jinxfu sew sakemm iċ- ċikkulata tibbies, u ppakjahom individwalment jew f 'xi kaxxa. Baċi tan-Nutella Se jinżlulek għasel żgur minn Veronica Lynn Mizzi Ingredjenti: 350g dqiq plain • 1kċn. bicarbonate of soda • 2kċn. ġinġer midħun • 1kċn. kannella midħuna • 125g zokkor ismar • 1 bajda • 4 mrf. golden syrup • Metodu: 1. Agħrbel flimkien id-dqiq, bicarbonate of soda, ġinġer u kannella. Ħawwad flimkien ġo skutella mal-butir, sakemm jiġu qishom frak tal-ħobż. Tista' tuża food processor għal dan. 2. Żid iz-zokkor mat-taħlita. Ħabbat ħafif il-bajda flimkien mal-golden syrup, u żid mat-taħlita n-niexfa u ħawwad sakemm tibda tgħaqad u tifforma qisha għagina. 3. Itfa l-għaġina fuq bank bi ftit dqiq u għaġen sakemm tiġi ħaġa waħda lixxa. 4. Poġġi fil-cling film jew borża u ħalliha toqgħod fil-friġġ għal madwar kwarta. 5. Iftaħ l-għaġina, fi ħxuna ta' madwar 0.5cm u permezz tal- cutters, aqta' l-forom mill-għaġina. L-għaġina hi ideali għall- gingerbread men. 6. Poġġi l-gallettini fuq dixx b'karta strazza, u ħalli ftit spazju bejn kull waħda. 7. Aħmi f 'forn imsaħħan minn qabel fuq temperatura ta' 180˚C, għal madwar 12-15-il minuta, jew sakemm ikunu ħadu kulur dehbi. 8. Ħallihom jibirdu kompletament u żejjen bl-icing u xi dekorazzjonijiet tal-Milied. Parir: Tista, tuża dawn il-gallettini bħala deko- razzjonijiet, anke jekk jitwaħħlu mas-siġra tal-Milied. Biex tagħmel dan, kulma trid huwa li ttaqqab il-gal- lettina bi stikka tal-kebabs qabel ma ddaħħalhom fil-forn. Gallettini tal-Ġinġer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - 27 Dicembru 2015