Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
8 illum | Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 Aħbarijiet Republic Street, Valletta next to the Courts Multa ta' €1,250 għas-sidien ta' stabbilimenti għal kull persuna taħt l-eta' minn Gabriel Schembri ISSIDIEN tal-istabillimenti tad-divertiment se jkunu qed jaffaċċjaw multi ta' €1,250 għal kull persuna ta' taħt l-eta' li tidħol. Dan wara li kien ippublikat Avviż Legali nhar il-MIlied. Il-multa ta' bħalissa hija ta' €233 għal kull persuna ta' taħt is-17 li tidħol fl-istabbiliment, li jfisser li t-tali multa se tiżdied b'erba' darbiet. L-avviż legali jgħid li dawn il-multi se jmorru lilhinn mill-multi li jinħarġu mill-Qorti. L-Avviż Legali, li se jiġi fis-seħħ mit-28 ta' Diċembru, se jkun qed jippermetti lil Qorti biex tissosspendi l-liċenzja tas-sid għal xahrejn minflok xahar. Il- priġunerija għas-sidien għall- perjodu ta' xahar se titneħħa. Dan l-Avviż legali jiġi wara l-inċident f 'Paceville f 'Novembru li għadda, li ħallha 72 persuna feruta. Minn dawn, kien hemm mal-20 minorenni. Minn dakinhar il-Gvern permezz tal-Ministru għall-Intern u Sigurta' Nazzjonali kienu nedew proċess ta' konsultazzjoni pubblika li fiha pparteċipaw diversi organizzazzjonijiet u għaqdiet, fosthom il-Partit Nazzjonalista u l-Alternattiva Demokratika. Intant dan l-avviż legali għandu jkun l-ewwel minn seniela ta' miżuri li se jkunu qed jittieħdu biex Paceville jsir post aktar sigur għal min iżuru. Erba' persuni jweġġgħu f 'inċident tat-traffiku FILLEJL tal-Milied, għall- ħabta tas-1.30am, il-Pulizija kienet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku f 'Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ impatt bejn żewġ vetturi tat-tip Nissan Micra u Peugeot Expert li kienu qed jinstaqu f 'direzzjonijiet opposti. In-Nissan Micra kienet qiegħda tinstaq minn raġel Somalu ta' 32 sena li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex u flimkien miegħu kien hemm erba' passiġġiera oħra, kollha rġiel mis-Somalja li għandhom 19, 20, 21 u 27 sena u kollha residenti Għawdex. L-erba' passiġġiera ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza minħabba xi ġrieħi li sofrew, filwaqt li x-xufier ma sofra l-ebda ġrieħi. Il-vettura l-oħra kienet qiegħda tinstaq fid- direzzjoni lejn ix-Xemxija minn raġel ta' 41 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ u miegħu wkoll kellu passiġġier ta' 56 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar. Dawn iż-żewġ persuni ma sofrew l-ebda ġrieħi. Iktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li tnejn mill- passiġġiera li ttieħdu l-Isptar u li għandhom 20 u 27 sena ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi ta' natura gravi filwaqt li l-oħrajn ġarrbu ġrieħi ħfief.