Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/620226
Il-Ħadd 27 ta' Diċembru 2015 | illum 33 Sports Jason Magro jirbaħ l-ASMK Demolition Derby 2015 Nhar il-Ħadd li għadda, l-aSMK organizzat il- programm speċjali ta' qabel il-Milied b'attività speċjali. Din il-ġurnata issa ilha stabbilita sew fil-kalendarju tal-assoċjazzjoni tant li din kienet it-22 edizzjoni li ġiet organizzata attività speċjali biex jinġabru fondi għall-karità. F'ġurnata ddominata min kull kwalità ta' temp li ma qatax qalb l-amministrazzjoni tal-assoċjazzjoni milli torganizza din l-attività tant importanti fejn kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta' 55 kompetitur. Kollox beda fl-10:30am bi ftit xita li xorta ħalliet il-kompetituri tas-Sezzjoni Autocross jagħmlu tiġrijiet spettakolari fejn it-trakka kienet mxarrba b'mod naturali u rajna r-ritorn tal-eks champion Patrick Cassar fuq Opel Corsa. Minkejja l-kundizzjoni tat-trakka, huwa xorta waħda rnexxielu jiddomina l-ġurnata. Flimkien miegħu rajna wkoll lil Josef Grech fuq Ford Fiesta li spiċċa l-heats tal-ġurnata bl-ogħla punteġġ biex issiġġillaw posthom fil-finali ta' Klassi A. Flimkien magħhom ikkwalifikaw Malcolm Borg fuq Opel Corsa, Jurgen Mallia fuq Honda Civic, Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift u Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo. Għall-finali ta' Klassi B ikkwalifikaw Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta, Joseph Micallef fuq Opel Corsa, Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Matthew Borg fuq Opel Nova, Christian Apap u Karl Micallef it-tnejn fuq Ford Fiesta. Għall-finali Autocross Standard ikkwalifikaw Ian Fenech fuq Citroen AX, Traydon Bailey fuq Ford Ka, Karl Scicluna fuq Pegueot 206, Melvin Buttigieg fuq Citroen AX u Johann Vella fuq Opel Corsa. Fis-Sezzjoni Motocross rajna parteċipazzjoni qawwija fejn fi Klassi A rajna lil Edward Ciantar fuq Kawasaki u Clayton Camilleri fuq KTM jiddominaw din il-klassi. It-taqtigħa ta' bejniethom ħalliethom jispiċċaw b'Ciantar rebbieħ tal-ġurnata segwit minn Camilleri. Fit-tielet post spiċċa Pierre Jourdan fuq KTM filwaqt li fir-raba' post spiċċa Kyle Camilleri fuq KTM ukoll. Fi Klassi B Motocross rajna parteċipazzjoni qawwija mill-Għaqda tal-Muturi ta' Għawdex fejn f 'din il-klassi ddomina Etienne Bigeni fuq Honda bir-rebħ tiegħu fiż- żewġ Heats. Dan kien segwit minn Mario Cauchi fuq Honda. Fit-tielet post spiċċa Robert Spiteri fuq Yamaha filwaqt li fir-raba' post daħal Joseph Bigeni fuq Kawasaki. Il-Klassi Motocross Open intrebħet min Edward Ciantar fuq Kawasaki segwit minn Etienne Bigeni u Mario Cauchi - it-tnejn fuq muturi Honda. Il-programm kellu jieqaf ħesrem hekk kif kmieni wara nofsinhar għamlet xita qawwija fejn ħalla s-sezzjoni Autocross ma tkomplix bil- programm tagħha, biex isiru l-finali. Intant l-Assoċjazzjoni stenniet il-ħin tat-3:30pm biex bdiet id-Demolition Derby kif kien miftiehem. Tmien karozzi rreġistraw għall-edizzjoni ta' din is-sena. Il-kompetituri kienu Larkin Butler fuq Volvo, Sean Magro fuq Datsun Bluebird, Jason Magro fuq BMW, Mario Cassar fuq Nissan Sunny, Frank Butler fuq Mazda 626, Marlon Caruana fuq Fiat Maraia, Leo Butler fuq Lada u Clint Farrugia fuq Volvo. F'xita nieżla b'mod kontinwu, u b'mijiet ta' spettaturi li attendew biex jaraw l-edizzjoni ta' din is-sena li reġgħet kienet iddominata minn karozzi diversi, mal-ħin tat-3:30pm, ingħata s-sinjal biex tibda d-Demolition fejn wara żewġ dawriet mal-korsa, rajna dawn il-karozzi joffru spettaklu ta' ħbit b'tattika speċjali qabel ma jkunu mormija għall-iscrap. Fosthom spikkat il-karozza BMW misjuqa minn Magro fejn apparti l-ħoss sabiħ tal- magna li kellha, is-sewwieq beda jagħmel manuvri u joqgħod attent fejn jirċievi d-daqqiet kif ukoll b'fejn jagħti daqqiet lil uħud minnhom. Din kienet wirja spettakolari. Wara ftit inqas minn 40 minuta, it-taqtiegħa spiċċat bejn tliet karozzi: il-Volvo misjuq min Larkin, il-BMW misjuq minn Jason u l-Mazda misjuqa minn Frank fejn il-BMW u l-Volvo weħlu flimkien u ħallew lis-sewwieq tal-Mazda biċ-ċans li jirbaħ din id-Demolition Derby. ftit sekondi wara, il-karozzi inqalaw u s-sewwieq tal- BMW Jason Magro irnexxielu jirbah din l-edizzjoni ta' din is- sena. Runner-up tiegħu spicca Larkin Butler fuq Volvo. Matul din l-attività attendew ukoll Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u Sport kif ukoll il-Kelliem għall-Isport min-naħa tal- Oppożizzjoni, David Agius. Il- ftit ħin li kienu preżenti waqt din l-attività segwew mill-qrib l-operat tal-Assoċjazzjoni, filwaqt li rringrazzjaw u awguraw lill-membri tal- Kumitat speċjalment l-uffiċjali tal-Assoċjazzjoni tax-xogħol volontarju kollu li jagħmlu biex għaqda kbira bħal din, tkompli fuq dawn il-passi ħalli jibqa' jkollha dan is-suċċess. Huma ġew ippreżentati b'tifkira tal-okkażjoni mill- President u s-Segretarju Ġenerali tal-ASMK rispettivament. Intant, l-Assoċjazzjoni fil-jiem li ġejjin se tkun qed tħabbar meta se jkunu qed isiru l-Finali A u B tas-Sezzjoni Autocross Modified kif ukoll il-finali tal-Autocross Standard. L-Amministrazzjoni tieħu l-okkażjoni biex tirringrazzja lil kulħadd li b'xi mod huwa involut fl-għaqda, waqt li awgurat ukoll Milied hieni u sena ġdida 2016 mimlija risq u hena. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku uffiċjali tal- ASMK, fejn wieħed jista' jsib kwalunkwe informazzjoni dwar l-għaqda. Dan huwa: www.asmk.org.mt. Min irid jista' wkoll jaċċessa l-paġna uffiċjali tal-ASMK fuq facebook li hija: A.S.M.K. Malta. Il-Bidu tad-Demolition Derby 2015 Clayton Camilleri fuq KTM Ritratti : Mario Micallef