Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 11 jattakkaw lil Guido, mill-istess klikka partikolari. Terġa' u tgħid l-attakki fuq Guido," u hawn jerġa' jsemmi lil Cachia Caruana u Caruana Galizia, "kienu oxxeni, ħafna iktar oxxeni mill-attakki li saru fuqi." Nerġa' nirrimarka li fil-PN, jidher li hemm ċerta riluttanza biex Mario De Marco, jew kwalunkwe De Marco jkun fit-tmun tal-PN bħala kap. Pullicino Orlando jerġa' jipponta subgħajh lejn l-istess persuna, li sa dal-punt fl-intervista huwa ovvju li ma tantx għandu xi imħabba kbira lejh. "Sakemm RCC jibqa' jkollu l-poter li għandu illum fil-PN, la Mario de Marco u l-ebda de Marco m'għandu ċans imexxi l-PN." Imma, tant ilu jsemmi lil Cachia Caruana li ma stajtx ma nistaqsihx għalfejn jew minn fejn ġejja din is-saħħa kollha ta' Cachia Caruana. Għalfejn qed nieħu l-impressjoni f 'din l-intervista li l-PN huwa tant midjun lejn Cachia Caruana? Jitbissem, imma ma jweġibx b'mod dirett. Pullicino Orlando jgħid biss "staqsi lil Simon Busuttil." 'Le, il-PN ma nbidilx' Filwaqt li jiċħad li huwa rrabjat lejn il- PN, Pullicino Orlando jgħid li llum id- differenza bejn il-partiti mhix ideoloġika imma differenza ta' tmexxija. "Jekk qed nara li jien iktar komdu naħdem ma' Muscat milli mal-arċ-konservattivi li qed imexxu l-PN illum, mela ngħidu. Is-saħħa li għandhom nies bħal Beppe hija kbira. Il-PN kellu ċans jinqata' mill-passat fil-vot tal-unjoni ċivili u minflok, astjena grazzi għas-saħħa ta' Beppe u l-konservattivi. L-astensjoni mhix aċċettabbli. Huwa l-vot tal- beżżiegħa. U kieku l-amministrazzjoni tal-partit kellha tivvota kif vera tħoss rigward l-Unjoni Ċivili, kienet tivvota kontra. Imma lanqas dan ma kellu l-kuraġġ jagħmel il-PN. It-tgħajjir li qlajt jien meta tkellimt dwar żwiġijiet bejn koppji tal-istess sess fil-partit kien inkredibbli. Saħansitra kien hemm attivisti magħrufa tal-PN li tressqu l-Qorti minħabba t-theddid li kellna jien u familti" Imma jħoss li fis-sugu inbidel il- PN illum? "Le, ma narax li nbiddlu l-affarijet fil-PN," jgħid Pullicino Orlando "għax għadu l-istess bħal meta jien kont ipproponejt id-divorzju." Minn hemmhekk l-affarijiet bejni u bejn il- partit spiċċaw, "b'attakki feroċi kontrija mill-forzi konservattivi. Mhux ta' b'xejn xejjer dik il-bandiera antika daqshekk bil-qalb Simon il-Ħadd li għadda!" Ftit għandu ċans li jirbaħ il-PN Nistaqsih jekk fl-opinjoni tiegħu l-PN għandux ċans jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. "Le, assolutament le," iwieġeb Pullicino Orlando. Infakkru kif l-istħarriġ tal- MaltaToday qed juri distakk żgħir bejn il-partiti u xi 'switchers' qed jgħidu li se jerġgħu jivutaw lill-PN. Hemm sensazzjoni li reġa' hemm bidla elettorali favur il-PN. Ma jħosshiex din Pullicino Orlando? Ma jaqbilx miegħi u jfakkar li bħalissa ninsabu f 'nofs leġiżlatura. "Huwa l-agħar mument ta' Gvern u xorta, f 'pajjiż fejn l-elezzjonijiet ħadu xejra Presidenzjali, Muscat għadu jgawdi minn fiduċja ħafna ikbar milli jgawdi Busuttil. Ta' min ifakkar li dan id-distakk jeżisti meta l-PM huwa ffukat fuq l-amministrazzjoni u governanza, u mhux f 'kampanja, aħseb u ara la jibda jikkampanja. Pilastri dgħajfin L-intervista bdiet riesqa lejn it-tmiem tagħha u l-eks Deputat Nazzjonalista jgħid li jħoss li l-PN ma tantx għandu ċans jirbaħ għax qed jibni ċ-ċans ta' rebħa fuq pilastri dgħajfin. "Xi kredibbiltà għandek meta titkellem fuq governanza, meta int kont parti minn Gvern fl-agħar skandlu politiku li qatt ra l-pajjiż? Kif tista' tibbaża l-kampanja tiegħek fuq l-indafa politika meta int kont Deputat Kap tal-PN meta ħarġet din l-akbar oxxenità, jiġifieri l-iskandlu taż-żejt. X'se jiġri jekk ftit qabel l-elezzjoni joħroġ każ kbir ta' nuqqas ta' governanza li seħħ taħt Gvern Nazzjonalista? Se jikkrollalu kollox fil- kampanja PN? Huwa jdur fuq l-ambjent ukoll u jgħid li apparti it-'track record' ħażin, il-PN qed iħares lejn l-ambjent bħala karta li tista' trebbħu l-elezzjoni biss. "Imbagħad tgħid li mhux se jsir bini fl-ODZ, imma fl-istess ħin iżżid tgħid, ħlief f 'każi eċċezzjonali. Il-pożi bħala difensur tal- ambjent, b'hekk jispiċċaw jidhru foloz ferm. Ma ninsewx ukoll li bħalissa Malta għaddejja minn tkabbir ekonomiku qawwi b'rata ta' qgħad baxxa. Minkejja kollox, ekonomija b'saħħitha hija fattur ewlieni dwar kif jivvutaw in-nies meta tasal elezzjoni. Anke min qed imexxi r-relazzjonijiet pubbliċi tal-PN. Nies negattivi ħafna u li jaħsbu li l-pajjiż huwa ċ-ċirku soċjali żgħir ta' madwarhom. Ippreżenta 'policy document' vera, imma mhux qed jiffoka fuq hekk il-partit. Qed jiffoka fuq l-ippuntar tas-swaba u f 'logħba ta' min hu maħmuġ l-aktar. Il-pilastri li fuqu jrid jibni r-rebħa l-PN, huma dgħajfin. Skandlu wieħed kbir kontrih u jisfaxxalu kollox il-PN." Intervista Fuq l-insistenza ta' Jeffrey Pullicino Orlando, din l-intervista ma ddiskutietx il-ħidma tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija li tiegħu Pullicino Orlando huwa ċ-chairman. Huwa nsista li ma jixtieqx iħallat il-pożizzjoni tiegħu f 'dan il-Kunsill mal- kummenti u opinjonijiet politiċi ppublikati f 'din l-intervista. Sakemm RCC jibqa' jkollu l-poter li għandu llum fil-PN, la Mario de Marco u l-ebda de Marco m'għandu ċans imexxi l-PN " " Ritratt: Chris Mangion ċans jirbaħ'