Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 33 Sports fil-Kampjonati Ewropej f 'Belgrad speċjalment lil Dermot Galea u Mark Cutajar, li bl-intervent tagħhom, stajna nkomplu nitħarrgu anki meta l-pixxina kienet magħluqa għall-pubbliku fiż-żmien il-Milied. Fl-4 ta' Jannar ta' din is- sena, jien ħabbart il-lista finali ta' 13-il plejer li kellhom ikunu l-iskwadra li jirrapreżentaw lil pajjizna ġewwa Belgrad. Mil-lista tat-13 li kienu kisbu l-kwalifikazzjoni f 'Settembru tal-2015, ma kienx hemm fl-iskwadra, it-tliet plejers Michele Stellini, Clint Mercieca u Edward Aquilina. Minflokhom, jien u t-tim tekniku li għandi miegħi għażilna lil John Brownrigg bħala t-tieni centre u liż-żewġ plejers żgħażagħ Ben Plumpton (imwieled fl-1998) u Nicholas Bugelli (imwieled fl-1997). Din kienet waħda mill-iktar deċiżjonijiet diffiċli u ta' dwejjaq li qatt kelli nieħu, imma aħna dehrilna li dik kienet l-aktar deċiżjoni logika f 'dak il-mument partikolari, għaliex dawn iż-żewġ plejers żgħażagħ imsemmija, kienu l-plejers l-iktar fil-forma tul ix- xahar ta' preparazzjoni u l-mawra tagħna ġewwa Spanja. Tlaqna lejn Belgrad fit-8 ta' Jannar u wasalna għall-ħabta tas-7pm. Hemmhekk, sibna tistenniena kesħa kbira li aħna ma tantx konna mdorrijin biha. Wasalna l-lukanda u ssetiljajna fil-kmamar tagħna, u konna lesti biex nibdew l-avventura tagħna. L-ewwel sessjoni ta' taħriġ tagħna kienet l-għada għall-ħabta ta' nofsinhar, ġewwa l- Kombank Arena, fejn kellhom jintlagħbu l-logħob kollu ta' din il- kompetizzjoni. Din l-arena tintuża primarjament għal-logħob tal-basketball, imma issa nbniet fiha pixxina għal-logħob, u pixxina oħra żgħira, fejn it-timijiet setgħu jagħmlu l-'warming up'. Din il- pixxina kienet se terġa' tiżżarma wara l-finali ta' dawn il-Kampjonati Ewropej, minħabba l-fatt li fil-ġimgħa ta' wara, propju fl-istses arena kellhom jiġu organizzati Kampjonati Ewropej tal-Futsal. Ta' min jgħid li din il-pixxina inbniet fil-Kombank Arena f 'temp ta' għaxart ijiem. Kienet sensazzjoni fantastika li tkun qiegħed ġo din l-arena tikkompeti mal-aqwa plejers ġejjin mill-aqwa timijiet tad- dinja tal-waterpolo, għal pajjiż żgħir bħal tagħna. Din kienet ħolma li saret realtà! Kellna sessjoni oħra ta' taħriġ tard wara nofsinhar, u oħra l-għada filgħodu peress li kellna l-ewwel logħba tal-Grupp fil-5pm kontra Franza. Importanti, ta' min wieħed jgħid li s-Sibt filgħaxija, ġurnata qabel l-ewwel logħba kellna l-viżita tant mistennija tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, u l-Ministru Konrad Mizzi żaru lit- tim nazzjonali Malti u l-kontinġent kollu tagħna fil-lukanda li konna qegħdin fiha. Huma kienu milqugħin mill-President tal-ASA, Joe Caruana Curran, u mill-Kap tad- Delegazzjoni Maltija, Karl Galea. Din kienet 'boost' qawwija għall- plejers Maltin, fid-dawl tal-ewwel logħba diffiċli kontra Franza, li għaliha kienu preżenti wkoll kemm il-Prim Ministru, kif ukoll il-Ministru Mizzi. Fid- diskors tiegħu, il-President tal-ASA, irringrazzja lill-Prim Minstru ta' din iż-żjara importanti u rringrazzjah tal- għajnuna li hu u l-Gvern permezz tas-Segretarju Parlamentari Chris Agius, tawna biex inkunu nistgħu nippreparaw bis- sħiħ u naslu għal dawn il-Kampjonati Ewropej, bl-aħjar mod possibli. Il-Prim Ministru, min- naħa tiegħu feraħ lit-tim nazzjonali Malti u lill- kontinġent kollu ta' din il-kwalifikazzjoni storika, u wiegħed li kien se jkompli jagħti l-għajnuna meħtieġa biex l-isem ta' Malta jkompli jġib suċċessi u jitjieb fir-rankings Ewropej fil-logħba tal-waterpolo. Mill-10 ta' Jannar sat-22 ta' Jannar, aħna konna se nilgħabu seba' logħbiet , u maqsumin ġurnata logħba u ġurnata mistrieħ, fejn dejjem fil-ġurnata ta' mistrieħ, kien ikollna sessjoni ta' taħriġ wara nofsinhar." It-tieni parti tkompli l-ġimgħa d-dieħla It-tim nazzjonali tal-waterpolo f 'Belgrad, fis-Serbja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016