Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Kummerċjali ShipLowCost.com, l-applikazzjoni loġistika online imnedija minn Express Trailers fl-2012 biex tgħin lill-konsumaturi u negozji jwasslu x-xiri tagħhom lejn Malta permezz tal-hubs ta' Express Trailers fl-Ewropa, qed tħabbar iż- żieda ta' tlett depots ġodda. Dawn jinsabu fl-Olanda, fi Spanja u fl-Awstrija biex b'hekk issa, id-depots madwar l-Ewropa jgħoddu tmienja. Is-servizz ShipLowCost. com kien beda jopera minn erba' depots: fir-Renju Unit, il-Ġermanja, l-Italja u Franza u ftit wara, żdied depot fi Sqallija. "Is-servizz ShipLowCost. com huwa riżultat tal-mod għaqli kif il-management tal-kumpanija kien qed iħares lejn il-potenzjal tal-kummerċ elettroniku. Fil-fatt, dan is- servizz huwa soluzzjoni online li tikkumplimenta n-negozju li jsir bl-e-commerce. Express Trailers hija kumpanija ta' loġistika u xogħolna hu li nwasslu s-soluzzjonijiet loġistiċi kollha li hemm bżonn. ShipLowCost.com għalhekk twassal is-servizz tagħna online. Din l-applikazzjoni fil-fatt hija popolari ħafna mal-klijenti li jkunu qed jixtru online kemm b'mod personali jew għan-negozju tagħhom, ikunu minn fejn ikunu. Il-klijenti b'hekk jieħdu vantaġġ mill-esperjenza kbira tagħna fil-qasam tal-loġistika u jagħżlu ShipLowCost.com biex iwasslilhom dak li jixtru online, f 'darhom," jispjega Franco Azzopardi, Chairman u CEO ta' Express Trailers. "Meta wieħed jikkunsidra x-xiri bl-internet u t-trasport lejn Malta ta' dak li jixtri, il-fiduċja hija waħda mill- elementi l-iżjed kruċjali fost il-Maltin li jixtru online speċjalment f 'dak li jidħol it-trasport lejn Malta u sad-dar tagħhom. Bħala l-kumpanija ewlenija ta' trasport u loġistika f 'Malta bi preżenza b'saħħitha madwar l-Ewropa u lil hinn, ingawdu minn ħafna fiduċja u dan kien fattur ewlieni fis- suċċess u l-popolarità li kiseb dan is-servizz mill-bidu nett," żied Franco Azzopardi. Johann Vella, Direttur u Head of Business Support kien il- persuna li ra l-bidu tas-servizz ShipLowCost u llum huwa responsabbli għas-suċċess ta' dan is-servizz. "Inħossni kburi li nista' ngħid li ShipLowCost hija storja ta' suċċess oħra għal Express Group għaliex dan is-servizz baqa' jikber sa mill-ewwel ġranet. Iż-żieda ta' dawn it- tlett depots ġodda mhux biss jikkonfermaw il-popolarità ta' ShipLowCost iżda nafu wkoll li b'dawn id-depots fl-Olanda, Spanja u l-Awstrija, se nkunu qed nakkomodaw il-ħtiġijiet ta' ħafna li qed jinnegozjaw jew li jridu jibdew jixtru minn dawn is-swieq ġodda," qal Johann Vella. "Malta wara kollox, hija gżira u x-xiri online jibqa' realtà kbira u dejjem iżjed importanti. Aħna rajna opportunità u s-suċċess li ShipLowCost.com kiseb matul dawn l-aħħar tlett snin uriena li kellna raġun. Il-klijenti li qed jixtru online minn dawn il-pajjiżi, jagħżlu d-depot f 'dak il-pajjiż minn fejn qed jixtru, jagħżlu li l-prodott jintbagħat f 'dak id-depot u ShipLowCost iwassal dak li jkunu xtraw sal-bieb tagħhom," żied qal Johann Vella. Li tagħżel li tidħol fis-suq ta' servizzi għall-konsumatur b'servizz ta' door to door delivery kienet sfida ġdida għal Express Trailers li n-negozju tagħha matul dawn l-aħħar 40 sena ilu bbażat fuq trasport u loġistika għan- negozji. "Investejna f 'platform soda, sit tal-internet effiċjenti u infrastruttura ta' e-shopping b'saħħitha. Is-servizz tagħna huwa msaħħaħ b'snin twal ta' esperjenza fin-negozju tat- trasport li tana reputazzjoni tajba ħafna. Il-kredibbiltà u s-sigurtà tagħna jafhom kulħadd u l-impenn tagħna se jkun li nibqgħu nibnu fuq dak li diġà ksibna għall-benefiċċju tal-ħafna klijenti tagħna," temm Franco Azzopardi. ShipLowCost.com iżżid Depots fl-Olanda, Spanja u l-Awstrija HSBC Malta iniedi l-kampanja #StartsToday Bħala inizjattiva innovattiva marbuta mal-Ewwel tas- Sena, HSBC Malta nieda l-kampanja #StartsToday, bl-għan li joffri lill-klijenti b'opportunità ta' kif jilħqu l-aspirazzjonijiet u l-ambizzjonijiet tagħhom matul din is-sena. Dan peress li l-Bank ser ikun qed jipprovdi offerti speċjali fuq erba' prodotti ewlenin, fosthom self għad-djar, self għall-karozzi, credit cards u life protection. L-offerti jistgħu jinkisbu sal- aħħar ta' Frar. #StartsToday hi t-tema tal-kampanja, imfassla fuq ix-xewqa ta' persuna li tixtieq tagħmel u tikseb aktar mill-ħajja. Il-kampanja tistieden lill-klijenti biex jieħdu sehem u jagħmlu l-ġurnata ta' dakinhar stess bħala l-bidu ta' xi ħaġa speċjali. Matul il-kampanja #StartsToday, il-klijenti li jieħdu ipoteka ġdida jibbenefikaw mill-pakkett Home Buyers li jinkludi għadd ta' benefiċċji fosthom overdraft mingħajr ħlas tal- ewwel miżata, Classic Credit Card u Internet Banking mingħajr ħlas, kif ukoll tliet xhur Life Insurance b'xejn. Il-klijenti interessati li jixtru karozza ġdida jistgħu jibbenefikaw minn offerta ta' rata fissa ta' 4.99% valida sat- 30 ta' Marzu 2016. Filwaqt li dawk interessati li jiksbu credit card ġdida matul il-kampanja ser jibbenefikaw minn rata ta' imgħax ta' żero fil-mija fuq it- tranżazzjonijiet kollha. Dawk il-klijenti li jiksbu polza ġdida ta' protezzjoni HSBC Life Assurance se jgawdu l-ewwel tliet xhur mingħajr ħlas. Il-Kap tar-Retail Banking and Wealth Management ta' HSBC Malta Paul Steel qal: "Il-klijenti tagħna għandhom xewqat u riżoluzzjonijiet, iktar u iktar fil-bidu ta' sena. Il-qofol tal-kampanja #StartsToday hi li noffru l-appoġġ tagħna lill- klijenti biex jagħmlu l-ewwel pass fil-kisba tal-ambizzjonijiet tagħhom u fl-istess waqt nuru kif HSBC Malta jista' jgħinhom biex jaslu s'hemm." Permezz tal-kampanja #StartsToday, HSBC qed joffri opportunità lill-klijenti biex jiksbu self għax-xiri ta' dar MAPFRE Middlesea b'sit elettroniku ġdid Il-Kumpanija MAPFRE Middlesea għadha kif varat sit elettroniku ġdid, f 'sinerġija ma siti ta' operaturi ta' MAPFRE Group. Is-sit elettroniku joffri aċċess eħfef u aktar mgħaġġel għal informazzjoni essenzjali, b'taqsima ċara bejn kategoriji differenti ta' informazzjoni u servizzi online. B'disinn modern u kulurit, is-sit jagħmilha faċli li wieħed jidistingwi bejn prodotti għall-użu personali jew għall- kummerċ. Bħal qabel, il-klijenti jistgħu iġeddu l-polza tal-assigurazzjoni tagħhom jew jieħdu stima online għal prodott li huma interessati fih. Is-sit joffri informazzjoni dettaljata dwar kull prodott offrut u tweġibiet għal mistoqsijiet komuni. Joffri wkoll istruzzjonijiet għal dawk li jridu jiftaħ claim, mezzi biex tagħmel kuntatt mal- kumpanija u informazzjoni ġenerali dwar il-kumpanija MAPFRE Middlesea u MAPFRE Group. Wieħed jista' jsib ukoll l-aħħar aħbarijiet dwar il- kumpanija u s-servizzi tagħha. Il-klijent jista' wkoll jitgħallem iktar dwar l-iskema Insure and Save li toffri skontijiet minn diversi ħwienet lill-klijenti ta' MAPFRE Middlesea. Il-ħwienet jinkludi ristoranti, pubs, ħwienet tal-moda, tad-dar u apparat elettroniku fost l-oħrajn. It-tibdil fis- sit ikompli fuq dak li seħħ is-sena l-oħra, meta l-kumpanija biddlet l-isem uffiċjali tagħha għal MAPFRE Middlesea. MAPFRE bħalissa qegħda fil-proċess li timplimenta siti sinerġetiki għal operaturi f '49 pajjiż differenti. L-għan hu li jkun hemm konsistenza u biex tkun ditta mgħarufa globalment. Is-sit il-ġdid hu aċċessibli minn www.middlesea.com u taħdem ukoll fuq mobajl jew tablet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016