Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 G ħażel li jattendi laqgħa tal-Partit Laburista fl- Orpheum il-Gżira, li kienet xi it jew wisq differenti minn ta' Ħdud oħrajn għax ġiet wara r-riżenja ta' Michael Falzon. Kienet qisha rallying of the troops tal-attivisti Laburisti. Il- preżenza ta' Jeffrey Pullicino Orlando f 'din il-laqgħa kienet sinjal tal-alleanza tiegħu ma' Joseph Muscat? Pullicino Orlando, eks Deputat Nazzjonalista li spiċċa ħażin sew mal- istess partit li kien ilu jagħmel parti minnu lura għas-snin 80, ma jomgħodx kliemu wisq, u jwieġeb "iva." Ikompli jgħid li ħafna nies huma "diżgustati" bl- atteġġjament tal-Oppożizzjoni, "Għax l-oppozizzjoni qatgħet qalbha tattakka lill-Gvern fuq policies u minflok qed titfa' t-tajn. Qatgħet qalbha titkellem fuq id-drittijiet ċivili, biex nagħti eżempju, – għax tilfet il-kredenzjali kollha f 'dan ir-rigward. Qatgħet qalbha għax qabel, il-preokupazzjonijiet ewlenin tal-pajjiż kienu l-immigrazzjoni u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Illum, dawn il- kwistjonijiet huma mgħoddijja, grazzi għall-politika tal-Gvern u l-ħidma tal-Prim Ministru. Is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni, per ezempju, ġiet indirizzata b'mod għaqli." Imma Pullicino Orlando jidhirlu li l-kwistjoni tal-immigrazzjoni għaddiet? U jekk jidhirlu hekk, iħoss li s-sitwazzjoni hija tali, grazzi għall- Gvern? "Anzi, grazzi għall-azzjoni tal-Prim Ministru stess," iwieġeb Pullicino Orlando, li jkompli jgħid kif dwar l-immigrazzjoni kellna sitwazzjoni li "ma kinitx sostenibbli u waħda ipokrita." 'Kif inhu l-każ dan?' nistaqsih. "Għax vera konna ngħidu li qed niġġieldu għad-drittijiet tagħhom, nilqugħhom kollha bl-eluf, imma mbagħad nitfgħuhom ġo maqjel . L-istat li kienu qed jinżammu fihom ma kien xejn dinjituż u Kristjan. Issa n-numru ta' immigranti illegali li deħlin f 'pajjiżna, grazzi għan-negozjati ta' Joseph Muscat, naqsu drastikament. Iżda nieħu pjaċir ukoll nisma lill-Prim Ministru jitkellem fir-rigward li hemm bżonn ta' aktar integrazzjoni u li huwa importanti li naqtgħu l-abbuż fuq dawk li spiċċaw fostna." 'Busuttil missu jdur fuq ta' madwaru biex jistaqsi dwar il-Mafja' Mill-immigrazzjoni, Pullicino Orlando jerġa jdur fuq l-attakk. "Mhux aċċettabbli," jerġa' jgħid, "li għax m'għandekx policies x'toffri, bħala alternattiva tattakka bil-korruzzjoni u titfa' t-tajn. U issa qegħdin f 'sitwazzjoni fejn Busuttil qed jattakka bl-użu tal- kelma 'Mafja'." Jieqaf għal ftit sekondi u hawnhekk, Pullicino Orlando jistqarr hekk: "Jekk irridu nitkellmu dwar Mafja, nistgħu nitkellmu dwarha imma żgur li mhux allaċjata mal-Gvern preżenti." Daqs li kieku din l-istqarrija mhux politikament sinnifikanti waħedha, Pullicino Orlando jkompli jgħid hekk: "Jekk irridu nitkellmu fuq il-Mafja vera, nitkellmu. Nitlob lil Simon Busuttil idur fuq wieħed mill-konsulenti tiegħu, Richard Cachia Caruana. Jista' jistaqsih x'inhuma l-ħsibjiet tiegħu dwar il-qtil makabru u s'issa mhux solvut ta' zijuh, il-Baruni Sant Cassia. Jista' jistaqsih ukoll dwar il-ħsibijiet tiegħu wara r-raġunijiet veri ta' x'kien hemm wara l-attentat ta' qtil tiegħu nnifsu, li hu każ ieħor mhux solvut, u għalfejn ħass daqstant l-importanza li jkollu sigurtà tal-pulizija kontinwa li għadha hemm s'issa?" Ninterrompi mill-ewwel u nistaqsih , "Qed tallega xi ħaġa dwar l-attentat ta' qtil ta' RCC? Ma jidhirlekx li qed tagħmel allegazzjonijiet serji? Kif se tisustanzjahom?" nistaqsih. Imma Pullicino Orlando jiċħad bil-qawwa li qed jallega xi ħaġa. "M'jien qed nallega xejn, imma qed nagħmel mistoqsijiet." U x'jaħseb dwar it-tweġibiet li jista' jkollu Busuttil għal dawn il-mistoqsijiet? "Jista' jkollu informazzjoni interessanti ħafna," iwieġeb Pullicino Orlando waqt li jerġa' jisħaq li mhu qed jallega xejn. Imma qed jissemma t-tfigħ ta' tajn. Tajn meta rapport tal-Awditur kixef għarukażijiet bħal dawk ta' Gaffarena fil-Lands? Fil-Lands kellek eżempju ċar ta' governanza ħażina ħafna. Allura dan tfigħ ta' tajn? "Ma tħossx li l-PN għandu raġun li jitkellem dwar skandli, meta għandek rapport li qed jikkonferma li l-affarijiet ma sarux sew?" Iwieġeb billi jaqbel li l-affarijiet li saru fil-lands fil-każ Gaffarena "mhumiex aċċettabbli." Imma jfakkar li "anke min għandu imqar esperjenza superfiċjali tal-mod kif jopera d-dipartiment, jaf li l-affarijiet ilhom snin sħaħ isiru ħażin. Jekk ngħidu li s-sitwazzjoni ta' Gaffarena ġiet quddiemna issa, nkunu qed nidħqu bin-nies." Pullicino Orlando jerġa' jdur fuq l-attakk u jgħid li filwaqt li l-kumpens li ngħata Gaffarena kien ħażin u li l-Gvern jagħmel sew li jieħu lura l-flus li ngħataw, żied jagħmel parallel mal- kumpens li ħa Cachia Caruana meta dan irtira minn Rappreżentat ta' Malta fl-UE, wara li ġie sfiduċjat fil-Parlament. "Dan il-bniedem," li skont Pullicino Orlando ġie ddikjarat traditur tal-pajjiż, "ingħata nofs miljun ewro." Kulħadd għandu xi jxomm taħt idejh Imma r-risposta għall-argument ta' Pullicino Orlando tkun li l-poplu għalhekk biddel il-Gvern, biex dawn l-affarijiet ma jibqgħux isiru. Allura kemm iħoss li jreġi l-argument tiegħu l-eks Deputat Nazzjonalista? "Jien mhux qed ngħid li ħaġa ħażina tpatti għal oħra," iżda jkompli jsostni li partit qatt m'għandu jibbaża l-politika tiegħu fuq il-koruzzjoni, tfigħ ta' tajn u tgħajjir bl-użu ta' kliem bħal 'Mafja'. "Kulħadd għandu xi jxomm taħt idejh u jiddispjaċini nara partit li xi darba kien kbir u glorjuż jaqa' f 'din in-nasba ta' attakki personali." Huwa jiftakar kif meta kien hemm min fil-PN kellu l-ħsieb li l-partit jibda sensiela ta' attakki kontra Alfred Sant, billi jintużaw kontrih il-proċeduri tal- annullament tiegħu. "Jien kont opponejt bis-sħiħ, iżda għalkemm l-attakki ma ħarġux direttament mill-PN, kienu ħarġu mill-portavuċi tiegħu, Daphne Caruana Galizia." "Imbagħad ejja nkunu ċari wkoll jekk se nitkellmu dwar governanza. Fl-aħħar leġiżlatura, meta ħarġu l-agħar skandli li qatt ra dan il-pajjiż, jiġifieri dawk marbutin max-xiri taż-żejt u l-BWSC, Simon Busuttil ma kienx xi biċċa uffiċjal fil-livelli baxxi tal-partit. Illum il-PN, apparti l-good governance qed juża l-ambjent bħala l-'cavallo di battaglia' tiegħu. Kemm hu kredibbli dwar din l-'idea ambjent' l-istess partit? Kieku l-PN kellu jkun lura fil-gvern għada stess, kemm taħseb li jkun iktar sensittiv għall-ambjent minn dan il-Gvern? "Jekk tħares lejn it-'track record' tal- PN fuq l-ambjent, tinduna li dan ma kienx eżattament tajjeb ħafna. Imma se nitkellem ukoll dwar x'qed jgħid issa. Meta inti titkellem fuq l-ambjent bħala 'game changer' turi li qed tagħtih l-importanza għax jista jrebbħek l-elezzjoni, u mhux għax verament għandek demmek ibaqbaq għalih. U meta Busuttil isemmi, 'ODZ huwa ODZ' ħlief f 'ċirkostanzi eċċezzjonali, min se jiddeċiedi? Ma tikkonvinċinix din." 'Simon Busuttil talabni nerġa' nikkontesta mal-PN' Nirrimarka kif l-attitudni li qed jieħu llum hija simili ħafna għal dik li kien ħa fil-konfront tal-Partit Laburista u ta' Alfred Sant lura fl-2008 meta qam il-każ tal-Mistra. "L-ewwel nett infakkar li s-sitwazzjoni tal-Mistra kienet totalment ikkordinata mill- amministrazzjoni tal-PN. Mhux biss. L-eks Segretarju Ġenerali tal-PN stqarr li dan il-każ kien rebbaħ l-elezzjoni lill- PN. Imbagħad beda l-inkwiet bejni u bejn il-PN sakemm iddikjarajt lili nnifsi indipendenti." "Minkejja dan kollu, xhur ilu", ikompli jgħid Pullicino Orlando, "Simon Busuttil talabni nerġa' nikkontesta mal- PN. Jien irrifjutajt għax l-istess nies li begħduni mill-PN għadhom influwenti ħafna. Hu kien qalli li jixtieq jara partit fejn hemm spazju għal kuħadd imma jien weġibtu li lanqas fl-istess bini ma rrid inkun ma' dawn in-nies, aħseb u ara." Imma min huma dawn in-nies, nistaqsi lil Pullicino Orlando? Mingħajr ma ħasibha xejn, wieġeb, "Austin Gatt u Richard Cachia Caruana." Imma Austin Gatt m'għadux fil-partit, mhux hekk? "Mela mhux hekk!" iwieġeb b'ton sarkastiku. "Huwa fatt magħruf li Beppe Fenech Adami jiltaqa' ta' sikwit ma' Austin Gatt u Cachia Caruana ma' Busuttil." Imma llum, kemm għad għandu saħħa fil-partit Austin Gatt? "Ngħidlek dwar Cachia Caruana. Infakkrek li dan kien imbotta lil Lawrence Gonzi u anke lil Simon Busuttil biex isiru kapijiet tal-PN. Fid-dawl ta' dak li qed jgħid, jiġifieri li Busuttil kien talbu jikkontesta l-elezzjoni li jmiss mal-PN, kif jiddeskrivi r-relazzjoni tiegħu mal-kap preżenti tal-PN? "Ineżistenti," jwieġeb pront Pullicino Orlando. Ikompli jgħid li anke mill-PL ġie avviċinat biex jikkontesta, imma wara 20 sena bħala rappreżentant tal-poplu, ma jixtieqx jerġa' jinvolvi ruħu daqstant direttament. B'RCC, l-ebda De Marco m'għandu ċans imexxi lill-PN Nirrimarkalu kif fil-kritika tiegħu semma lil Beppe Fenech Adami u lil Simon Busuttil, iżda ħalla lil Mario De Marco barra. "Għalfejn? Komdu taħdem miegħu?" staqsejtu. "Bejnietna għandna livell għoli ta' rispett. Ikolli ngħid iżda li mhux daqs kemm kelli relazzjoni tajba ma' missieru, Guido De Marco. Guido ggwidani ħafna, anke meta kont qed niġi attakkat internament mill-istess nies li kienu Intervista Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Jekk irridu nitkellmu fuq il-maa vera, nitkellmu. Nitlob lil Simon Busuttil idur fuq wieħed mill- konsulenti tiegħu, RCC u jistaqsih... " " 'Il-PN m'għandux

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016