Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
4 illum | Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Aħbarijiet Għażla ta' 'Yes Man' Il-ħatra ta' Deputat Mexxej tal-PL minn John Busuttil u Mark Borg Bħal leħħa ta' berqa, din il-ġimgħa ħarġet l-aħbar li Toni abela li kien jokkupa l-kariga ta' deputat mexxej għall-affarijiet tal-partit fi ħdan il-Partit laburista ngħata 'a kick upstairs'. Inħatar bħala awditur tal-Qorti Ewropea u għalhekk ħalla l-post vakanti fil-Pl. Post li jrid jimtela f 'dawn il-ġimgħat li ġejjin, fejn donnu l-isem li ssemma fil-mezzi tax-xandir diġà, huwa l-Ministru tal-Enerġija u tas-Saħħa Konrad Mizzi. Il-politiku li kien ikkreat minn Muscat, li kellu jkun il-'Cavallo di Battaglia' tal-moviment laburista ta' Joseph Muscat bil-wegħda tar-roħs fil-kontijiet tad-dawl u ilma li wasslet għal rebħa elettorali storika tal-moviment. Tlabna l-kummenti ta' personalitajiet u opinjonisti mill-kamp politiku Malti fejn kollha kważi jidhru li huma ċerti li Mizzi se jkun id-deputat Mexxej, anke għal fatt li Mizzi kien kreazzjoni politika tal-istess Muscat. ħafna minnhom ħarġu l-element ta' lealtà. Iżda lealtà lejn min? lejn il-Prim Ministru nnifsu jew lejn il-Partit? Joseph Muscat se juża dan il- perjodu li jrid iwasslu sal-elezzjoni li jmiss biex isaħħaħ idejh fil-moviment li dan l-aħħar wera xi xquq żgħar, jew biex ikompli jressaq il-Partit lejn il- klassi medja? 'Illum, il-Labour Malti m'għadux interessat fil-klassi tal-ħaddiema' – Frank Psaila Jekk il-mexxej Laburista Joseph Muscat se jpoġġi lil Konrad Mizzi bħala n-numru tnejn fil-partit, fl-opinjoni tiegħi, se jkun qed jagħmel dan b'intenzjoni waħda biss: biex isaħħaħ idu fuq il-partit li wisq probabli, tilef il-ħakma sħiħa li kellu fuqu wara tliet snin fil-Gvern. Konrad Mizzi hu trovatura ta' Muscat, qdieh tajjeb qabel l-elezzjoni ġenerali, speċjalment ma' l-hekk imsejħa switchers, imma m'iniex konvint li għad għandu dan il-valur tliet snin wara. Hu x'inhu l-każ, Mizzi viċin ħafna tal-mexxej Laburista. Saħansitra, kien għażlu biex fis-sajf ta' sentejn ilu, jixħitlu barmil kiesaħ fuq xulxin fl-isfida tal-Ice Bucket Challenge. Imbagħad, fuq nota ħafna aktar serja u li ħolqot mistoqsijiet kbar, marru waħedhom mingħajr rappreżentant taċ-ċivil u tal-media, għal laqgħa mal-mexxejja tal-Ażerbajġan. M'hemmx dubju li Mizzi huwa dak li bl-Ingliż jissejjaħ 'Yes man', xi ħaġa li Toni Abela ma kien qatt. Jidhirli li fiċ-ċirkustanzi, il-Partit Laburista jeħtieġ persuna li hi viċin l-għeruq tal-Partit, speċjalment tan-nies tax-xogħol. Toni Abela, tista' ma taqbilx miegħu, imma żgur li kien viċin l-għeruq tal-partit. Biss, Toni Abela waħdu ma seta' jagħmel xejn biex iqarreb lil-Labour viċin dawk li tradizzjonalment, dejjem taw l-appoġġ tagħhom lill-PL. Illum, il-Labour Malti m'għadux interessat fil-klassi tal-ħaddiema. Ħarstu xeħitha lejn il-benestant, li magħhom biss jiekol il-kirxa. Konrad Mizzi żgur mhux l-aħjar persuna biex il-ħaddiem Laburist, u dak li jaqlagħha u jikolha jħoss li għandu xi ħadd li jagħdru u jifhmu fit- tmexxija tal-Partit. Mizzi lanqas nista' nsejjaħlu persuna tal-lemin, naqtgħu politiku pragmatiku fis-sens sħiħ tal-kelma. Hemm min qed jgħid ukoll li Muscat irid ipoġġi lil Mizzi f 'din il-kariga biex jeskludi l-possibbiltà li jagħti r-riħ lil xi ħadd li f 'għajnejn in-nies jista' jidher bħala mexxej futur tal-Partit. Ma nistagħġibx." 'Min jinħatar irid jgħin biex il-Gvern jerġa' jirbaħ il-kredibbiltà fil- governanza' – Marlene Farrugia 'Politiku li m'għandux ikun daqstant konċernat dwar minn fejn ġej iżda pjuttost fejn sejrin' – Robert Musumeci X'qed ifittex Muscat fil-ħatra ta' Deputat Kap għall-affarijiet tal-Partit, hu biss jista' jgħidlek x'għandu f 'moħħu. Jien nista' ngħidlek biss x'għandu jfittex. Il- Gvern Laburista sejjer tajjeb f 'xi oqsma, speċjalment dawk ekonomiċi, iżda għandu problema kbira ta' governanza fejn tilef kull kredibbiltà bħalma għamel l-istess fl-ambjent. Il-persuna li għandha tinħatar, trid tara li toħloq stil ta' governanza fil-partit li tirrifletti l-governanza fil-Gvern. Għax dak li jsir fil-Partit jirifletti dak li jsir fil-Gvern u għalhekk, min ikun deputat Kap irid jgħin lill-Partit jerġa' jirbaħ il- fiduċja tal-poplu. Iżda jekk irid verament jagħti messaġġ ta' governanza trasparenti, anke fil- Partit irid jara li l-proċess ikun wieħed li jassigura li l-Partit hu wieħed trasparenti u demokratiku, u mhux ikun persuna li diġà jkun determinat min hu u d-delgati jagħtu timbru ta' dak li jkun diġà lest. Għalhekk jekk isir hekk, ikun qed jissostanzja li l-poplu qed jara Partit Laburista li m'għandux ħila ta' governanza. Naqbel li kellu jintagħżel mill-membri kollha u mhux mid-delegati għax hu fatt magħruf li dawk id-delegati li kienu juru li ma jaqblux ma kollox kif qed jiggverna Muscat, jiġifieri dawk li mhumiex 'Ġowżefjani' twarrbu minn delegati. X'qed ifittex Muscat ma nistax ngħidlek. Ngħid biss li ħafna drabi, l-kariga jagħmilha l-persuna u mhux bil-maqlub. Jiġifieri l-komportament tal-persuna u l-impronta inizjali se jkunu kruċjali. Idealment ikun jew tkun individwu li tirrifletti l-istess bilanċ li jikkaretterizza lil Muscat. Jiġifieri xi ħadd li jemmen f ' kunċett politiku li jmur lil hinn mill-istrutturi tradizzjonali mhux mibnija fuq il-politika tal-uċuħ. Politiku, li m'għandux ikun daqstant konċernat dwar minn fejn ġej iżda pjuttost fejn sejrin. Persuna li jrid ikun komdu bil-mentalità riformista, propensa li ġġib fix-xejn ir-riċetti tal-bieraħ. Għaldaqstant, politiku li fl-istess ħin, kapaċi jingaġġa ma' dawk tradizzjonali li fl- assenza tagħhom ikun hemm sfaxx.