Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

22 illum | Ħadd 07 ta' Frar 2016 Aquarius – Mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Wasal iż-żmien li int tibda tagħraf aktar il- ħtiġijiet tiegħek, u mhux aktar x'ħaddieħor irid minnek. Għalkemm f 'dan il-mument dan il-kliem jaf ikun ftit iebes, però int trid issib ik- tar x'inhu eżatt il-bżonn vera tiegħek, il-vera bżonn għall-ħajja tiegħek u kif int bħalissa qiegħed suppost tgawdi minn ċertu stabbiltà. Agħraf aħtaf dan iż-żmien ħalli ssib kontroll għalik. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 22 u 39. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma isfar, abjad u blu. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces – Mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Riesqa lejk fażi fejn il-ħajja jaf tkun xi ftit ieb- sa madwarek, imma int għandek kapaċitajiet tajba biżżejjed li dan iż-żmien tgħelbu, de- jjem jekk int tkun tagħraf kif għandek timxi. Għalkemm int għaddej minn mument feliċi u qatt ma bsart li jista' jinqala' xi mewġ f 'dan il-perjodu, jista' jkun li li hu mument ta' prova għalik sabiex int tagħraf tara kemm tkun lest fil-maltemp. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, l-aħdar u l-isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 8, 12, 25 u 36. Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom in- fushom. Aries – Mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Trid tagħraf tkabbar iktar il-fiduċja kemm tiegħek u ta' madwarek, aktar u aktar jekk int għandek partner fejn bħalissa, qisek m'intix qed tafda daqshekk ċertu ċaqliq li skontok, mhumiex normali. Però, minn dak li hemm, jista' jkun li int iktar turi l-oppost u tara kif tista' tagħti ftit iktar spazju, għax jaf li dan li int ġa bdejt twettaq fil-futur tiegħek, iktar se jkun negattiv. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 16, 23 u 30. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu. Taurus – Mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Vaganza li int qed tippjana, qis li tibqa' ghad- dej bil-pjanijiet tiegħek u tħalli lil ħadd u xejn jisfrattak minn din il-vaganza għax din se tkun ta' ftit spazju u żvog għall-ħajja tant ik- kumplikata u mimlija tiegħek. Imbagħad, wara li tasal lura, int se tkun ħadt dik l-enerġija biex terġa' tibda tir- ranka f 'dak li int tkun waqqajt xi ftit lura, imma fi żmien qasir tibda tirkuprah. Kuluri favoriti ma' Taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 10, 29 u 37. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini – Mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Diversi pjanijiet li int għandek imfassla għal din is-sena, għalkemm għadna fil-bidu tagħha, diġà jinħass it-toqol tagħhom, u għalkemm qiegħed tipprova tqassam il-ħin tal- jum f 'bilanċ assolut, xorta qiegħed jindika li mintix tlaħħaq. Dawn it-tliet xhur li ġejjin se jkunu xhur ta' ħidma bla tarf f 'dak li għandu x'jaqsam rigward il-karriera tiegħek. Xi ħadd mill- passat, se jiggwidak. Kuluri favoriti ma' Gemini huma isfar, oranġjo u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 9, 13, 29 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer – Mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Pass li int ħadt ftit ta' xhur ilu, jaf ma jkunx il- vera soluzzjoni li int xtaqt jew ħsibt. F'dawn il-ġimgħat li ġejjin, int ħa tagħraf xi żball li għamilt u anke jista' jkun li tagħraf li għaġġilt xi ftit, imma din issa tista' tkun tagħlima għalik biex għall-futur qarib, int tkun iktar konxju u dak li tagħmel, tagħmlu għalik u mhux biex forsi taqta' figura. Persuna mill- passat se tiggwidak. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad , blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Leo. Numri favoriti miegħek għal din il ġimgħa huma 7, 19, 29 u 31. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo – Mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Dak li qatt ma ħsibt, jaf jiġrilek f 'daqqa waħda, u tinqabad fuq sieq waħda, u dan jaf iwassal għal sitwazzjoni xi ftit deliakta. Għalhekk, kemm tista', kun dejjem iffukat fuq dak kollu ta' madwarek ħalli kemm tista', tilqa għal dak li jkun ġej. Għandek bżonn ftit ta' spazju għar-rilassament, u dan barra li jekk int tirrilassa, ikun tajjeb għal saħħtek peress li bħalissa tinsab stressjat. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 15, 26 u 39. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo – Mit-23 ta' Awwissu sa 22 ta' Set- tembru L-imħabba li bħalissa mhix xi ħaġa li tista' ssejħilha li qiegħda fuq linja tant tajba, jew inkella jekk int taħseb li qiegħda fuq linja tajba, mhix. Ovvjament, għal raġunijiet varji, dan int m'intix tagħrfu u dan il-qari mill-istilla tiegħek, Virgo, jista' jkun il-pass biex jiftaħlek triq ħalli int tkun tista' tagħraf u tiggwida lilek innifsek għal titjib sabiex dak li hemm, ikompli jissaħħaħ u jitkattar. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Ġimgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 2, 12, 25 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra – Mit-23 ta' Settembru sa 23 ta' Ot- tubru Ħajja waħda biss għandna, għalhekk agħraf dan sakemm tista' u kif tista' tagħmilha għalik waħda bilanċjata li bħal miżien, ta' Libra qiegħed daqsxejn żbilanċjat, u dan għalkemm huwa żbilanċ, jista' jkun pożittiv fil-karriera tiegħek. Fil-ħajja tiegħek, għandek persuni oħra madwarek li jixirqilhom ftit ik- tar attenzjoni u jkollok iktar flessibbiltà madwarek. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 6, 14, 27 u 37. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio – Mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Żball li int ġarrabt fil-passat, ma tistax tibqa' tkaxkru għall-kumplament ta' ħajtek. Agħraf dak li int tgħallimt minnu u issa wasal iż-żmien li int tibda tħares ' il quddiem għax jekk int se tibqa' mwaħħal ma' dan il-mument tal-passat, allura int stess se tim- blokka dak kollu pożittiv li jinsab imħejji għalik fix-xhur li ġejjin. Huwa int biss li tista' tagħmel ħajtek aħjar. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Sagittarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 5, 17, 23 u 34. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius – Mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Aktar ma jgħaddi żmien aktar qed titlef iċ- ċans tiegħek li Billi se tinqafel f'rokna u tħalli dak li qed ikissrek ikompli jagħmel dan, m'int se ssolvi xejn. Ftit ftit ibda ħares minn lenti pożittiva u ibda bil-mod ikkumbatti dak li qiegħed ikun ta' problema għalik. Int għandek tagħraf il-potenzjal tiegħek, għandek iktar x'toffri. Il-ħajja tagħna, sfortunatament, hi mimlija kollha ostakli, imma rridu nkunu aħna li ngħelbuhom. Xi forma ta' gwida se tgħinek. Kulur favorit ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa t-Tnejn. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 16, 28 u 38. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn – Mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Imgiba differenti li int qed tinnota fir- relazzjoni tiegħek, mhux bilfors tista' tkun dak li int qed iddaħħal f 'moħħok. Agħraf ftit dak kollu li huwa għaddej madwarkom, u hemm tista' tibda tħoll ftit ftit din il-kobba li bdiet titħabbel. Għalhekk, ma tridx xi kultant tgħaġġel fil-konklużjonijiet tiegħek għax jaf ma jkun qed iseħħ dak li qed taħseb int. Żmien ta' riflessjoni. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, vjola u blu. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa s-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa l-Erbgħa. L-istilla bl-aktar għajnuna finanzjarja għalik hi Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 4, 18, 22 u 34. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Birthdays dan ix-xahar Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Meta tistaqsu għal PaulJon għas-servizz tiegħu, x'issejħulu ? 1. Tax-xorti 2. Fortune Teller 3. Medium 4. Spiritwalista Ibagħtu t-tweġiba tagħkom b' sms fuq 99013600 jew b'imejl fuq pauljon.aquilina13@gmail.com L-ewwel tweġiba tajba għal din il-ġimgħa tirbaħ għal xahar b' XEJN l-ILLUM bil-posta b'kollox. Artisti: Elizabeth Taylor (1932-2011), James Dean (1931-1955), Jerry Springer 71 sena, John Travolta 61 sena, Norman Wisdom (1915 -2010), Clark Gable (1901- 1960) u Jennifer Aniston 46 sena Kantanti: Michael Bolton 62 sena, George Harrison (1943-2001), Johnny Cash (1932-2003), Bob Marley (1945 -1981) u James Blunt 41 sena Sportivi: Niki Lauda 66 sena, Valentino Rossi 36, Joachim Löw 56 sena, Neymar 23, Carlos Tevez 32 sena u Cristiano Ronaldo 31 sena Poltiċi: Recep Tayyip Erdogan 61 sena, Robert Mugabe 91 sena, Gordon Brown 64 sena, Ronald Reagan (1911- 2004) u Abraham Lincoln (1809- 1865) Oħrajn: Charles Dickens (1812-1870) Kittieb, Charles Darwin (1809-1882) Xjenzat, Enzo Ferrari (1898-1988) u Galileo Galilei (1564-1642) Xjenzat Neymar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016