Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 29 Kompla l-istaġun tal-ħolm minn leicester City meta lbieraħ barra minn darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil manchester City bl-iskor inkredibbli ta' 3-1, bil- gowls għalihom jaslu minn doppjetta tad- difensur Robert Huth, u gowl ieħor mis-solitu Riyad mahrez. min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal manchester City wasal minn Sergio aguero fis- 87 minuta. B'hekk komplew jikkonfermaw li mhux b'kumbinazzjoni li huma jinsabu fil-quċċata tal- klassifka tal-Kampjonat Barclays Premier bi 53 punt, fejn issa fetħu vantaġġ ta' xejn inqas minn sitt punti fuq l-istess Manchester City, u għalhekk għamlu l-ewwel pass rimarkabbli u li jista' jkun fundamentali fit- tiġrija tagħhom għar-rebħ tal-Kampjonat fi tmiem l-istaġun, li tajjeb ngħidu li jkun wieħed storiku għalihom, hekk kif ikun l-ewwel wieħed għalihom. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane għelbu l-isfida ta' Watford, meta għelbuhom bl-iskor minimu ta' 1-0, bil-gowl uniku għalihom jasal minn Kieran Trippier fl-64 minuta. Bl-istess skor intemm il- konfront f 'St James Park, bejn Newcastle United u WBA, bil-Magpies, li kienu qed jilagħbu ġewwa ikunu huma li joħorġu rebbieħa, bl-awtur tal-gowl għalihom ikun Aleksandar Mitrovic fit-33 minuta. Liverpool, ġewwa darhom f 'Anfield sfaw miżmuma minn Sunderland fi draw diżappuntanti ta' 2-2, bil- gowls għalihom jaslu minn Roberto Firmino u Adam Lallana fid-59 u fis-70 minuta rispettivament. Min-naħa l-oħra, il-gowls għal Sunderland waslu minn Adam Johnson u Jermain Defoe, tard fil-logħba, eżattament fit-82 u fid-89 minuta rispettivament. Everton barra minn darhom kisbu rebħa tajba ta' kontra Stoke City, bil- gowls għalihom jaslu minn penalti tas-solitu attakkant Belġjan Romelu Lukaku fil-11-il minuta, u gowls ta' Seamus Coleman fit-28 minuta u Aaron Lennon fit-42 minuta. Aston Villa ġewwa darhom f 'Villa Park kisbu tliet punti prezzjużi fit-tentattiv tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni għaċ-Championship, meta għelbu lil Norwich City bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Joleon Lescott u Gabriel Agbonlahor fil-45 u fil-51 minuta rispettivament. Intant, Swansea City u Crystal Palace, temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bl-attakkant internazzjonali Iżlandiż, Gylfi Sigurdsson, jiftaħ l-iskor għal Swansea Cuty fit-13-il minuta, u Scott Dann iġib l-iskor indaqs għal Watford fis-47 minuta. Sports Leicester City jixxukkjaw lil Manchester City u jiftħu vantaġġ ta' 6 punti fuqhom Robert Huth, l-eroj li skurja żewġ gowls għal Leicester fir-rebħa kontra Manchester City RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 6 ta' Frar Manchester C. vs Leicester C. 1-3 Aston Villa vs Norwich City 2-0 Liverpool vs Sunderland 2-2 Newcastle United vs WBA 1-0 Stoke City vs Everton 0-3 Swansea City vs Crystal Palace 1-1 Tottenham Hotspur vs Watford 1-0 Il-Ħadd 7 ta' Frar 14:30 AFC Bournemouth vs Arsenal 17:00 Chelsea vs Manchester United Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 7 ta' Frar 12:30 Hellas Verona vs Inter 15:00 AC Milan vs Udinese 15:00 Frosinone vs Juventus 15:00 Napoli vs Carpi 15:00 Sassuolo vs Palermo 15:00 Torino vs ChievoVerona 18:00 Atalanta vs Empoli 20:45 Roma vs Sampdoria

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016