Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
8 illum | Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Qorti In-novella ta' Inga Boissevain l-ħwienet ewlenin għall-prezz ta' €8.99 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Transport Dispatcher Services – T004/16 Data ta' ħruġ: 2 ta' Frar 2016 / Data ta' għeluq: 2 ta' Marzu 2016 Provision of Network Infrastructure and Support Services - T008/16 Data ta' ħruġ: 2 ta' Frar 2016 / Data ta' għeluq: 2 ta' Marzu 2016 Provision of Skilled Labourer Services – T012/16 Data ta' ħruġ: 2 ta' Frar 2016 / Data ta' għeluq: 2 ta' Marzu 2016 L-oerti magħluqin għal din is-sejħa għall-oerti jintlaqgħu sa 12.00pm (CET) l-kaxxa tal-oerti li tinsab ġewwa Gattard House, Triq Nazzjonali, l-Blata l-Bajda Supply and Installation of a CCTV System – T003/16 Data ta' ħruġ: 5 ta' Frar 2016 / Data ta' għeluq: 4 ta' Marzu 2016 Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops li jiġu organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training, It-Telgħa Ta' Sa Maison, Il-Furjana FRN1610. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunita sabiex jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom online. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. Sejħa għall- OFFERTI IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Maġistrat imħasseb dwar l-'importazzjoni' ta' kunflitti barranin MAĠISTRAT esprima tħassib dwar ir-riskju li kunflitti bejn pajjiżi barranin jispiċċa 'impurtat' f 'Malta, wara li tressaq quddiemu raġel Libjan b'konnessjoni ma' ġlieda bl- iskieken ġewwa s-Swieqi. Wadea Al Maghrbi, li għandu 25 sena mwieled il-Libja u li issa jgħix San Ġiljan, ġie mixli b'attentat ta' feriti gravi fuq Zouhir Elfezqa, li kkawżalu feriti ħfief b'arma taqta u bil-ponta, li wettaq arrest illegali fuq Elfezqa u heddu bil-mewt, li kellu fil-pussess tiegħu arma waqt it-twettiq ta' reat, li ġarr sikkina fil-pubbliku mingħajr liċenzja u li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà kondizzjonali imposti fuqu minn Qorti preċedenti. L-ispettur Elton Taliana spjega kif fit-30 ta Jannar, l-imputat kien mar jorqod għand ħabib tiegħu. Ġara iżda li żewġt irġiel oħra Libjani li kienu qed jaqsmu l-appartmament ma' sieħbu kienu għamlu għalih meta saru jafu li kien segwaċi ta' Gaddafi fil-passat. Al Maghrbi, li qal li huwa refuġjat, iddaħħal il-Qorti fuq siġġu tar-roti. Huwa wieġeb li ma kienx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. L-avukat ta' Al Maghrbi, Gianluca Caruana Curran, talab li jingħata l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, iżda l-ispettur Taliana oppona t-talba tad-difiża minħabba li skontu, Al-Maghrbi kien l-aggressur f 'dan il-każ. Hu kien li mar, flimkien ma' ieħor, armat b'sikkina u lest għall-ġlied, qal l-ispettur. "Minħabba li kien għad hemm xhieda li kienu għadhom ma ddeponewx, kien hemm riskju serju li dawn jiġu mhedda b'xi mod, kif infatti kien diġà ġara," qal l-ispettur James Grech. F'April li għadda, Al Maghrbi kien ingħata l-liberta kkundizzjonata wara li ammetta li kien ħebb għal ta' fuqu fuq il-post tax- xogħol tagħhom, kċina ta' ħanut tal-ikel Indjan, tant li l-ieħor kien spiċċa l-isptar. Il-maġistrat Joe Mifsud osserva li l-imputat kien diġà ngħata l-opportunità biex jibdel id-direzzjoni ta' ħajtu u tilfu. Il-Qorti għamlitha ċara li ma kinitx se tippermetti l-'importazzjoni' ta' kunflitti barranin ġewwa pajjiżna. Filwaqt li Malta kellha tkompli tagħti l-protezzjoni kollha neċessarja lil dawk li kienu qiegħdin jaħarbu l-gwerer, dawn ma kellhomx ikomplu l-ġlied ta' bejniethom hawhekk. Jekk hemm id-diżgwid bejniethom, kellhom isibu soluzzjoni b'mod ċivili, mhux bi skieken, qal il-maġistrat. It-talba għall-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda u l-Qorti ordnat li Al Maghrbi jibqa' jinżamm il-ħabs sakemm l-kawża tiegħu tiġi appuntata wara li jieħu t-trattament mediku li jeħtieġ. Missier jiċħad li wera materjal pornografiku lil bintu ta' 10 snin MISSIER ta' 36 sena mir- Rabat Malta deher quddiem qorti nhar il-Ħamis li għadda mixli li kkorrompa lil bintu ta' 10 snin, wara li sabet materjal pornografiku fuq mobile li kien ħalliha tuża għal-logħob. L-ispettur Joseph Busuttil spjega lill-Maġistrat Neville Camilleri kif f 'Ottubru li għadda, omm it-tifla kienet għamlet rapport ġewwa l-għassa tar-Rabat hekk kif it- tifla marret lura għand ommha wara li żaret lil missierha flimkien ma' ħabiba tagħha. Hu mifhum li l-ġenituri tal-allegata vittma ma jgħixux flimkien. L-omm qalet li waqt żjara għand il-missier, dan kien ħalla lil bintu tilgħab b'mobile antik li kellu. Meta l-omm semgħet x'qaltilha li rat it-tifla, kienet marret dritt l-għassa, akkumpanjata mill-minorenni. Skont l-ispettur, ir-rakkont tat- tifla kien konvinċenti minħabba d-dettall u l-kliem li hi użat biex tiddeskrivi x'rat. L-imputat, li ismu mhuwiex jixxandar fuq ordni tal-qorti, ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih. L-avukat difensur tal-imputat, Victor Bugeja, talab il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest, iżda l-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal dan minħabba li ż-żewġ minorenni kienu għadhom ma xehedux fil-Qorti. L-Avukat Bugeja saħaq li l-imputat jgħix id-Dwejra, u għaldaqstant kien diġà jinsab 'il bogħod minn fejn jgħixu x-xhieda tal-prosekuzzjoni, għax it-tifla tgħix m'ommha. L-att ma kienx wieħed għal tal-apposta, argumentat id- difiża, u l-imputat x'aktarx nesa li kellu l-films pornografiċi miżmuma fuq l-aġġeġġ li t-tifla mbagħad qabdet u ħadet. L-avukat issuġġerixxa li għal fini tal-ħelsien mill- arrest, il-Qorti setgħet tordna li l-imputat ma javviċinax ix-xhieda tal-prosekuzzjoni u l-omm. Iżda wara li kkunsidrat in-natura tal-akkużi u r-relazzjoni tal-imputat mal- allegata vittma, il-Qorti għażlet li tiċħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest. L-avukati Albert Zerafa u Valentina Lattughi dehru parte civile għat-tifla.