Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 3 Aħbarijiet L-impjiegi fi l-Freeport Corporation 2008-2013 Nofshom mid-distrett tal-Ministru Austin Gatt KWAŻI nofs l-impjegati ġodda li ddaħlu jaħdmu fil- Malta Freeport Corporation bejn Marzu 2008 u Marzu 2013 kienu ġejjin minn lokalitajiet fid-distrett tal-eks Ministru Austin Gatt, li dak iż-żmien kien politikament responsabbli mill-istess Freeport Corporation. Matul il-ħames snin imsemmija, daħlu mal- Freeport Corporation, 18-il impjegat ġdid. Tmienja minnhom kienu jgħixu l-Belt jew il-Ħamrun, lokalitajiet li kienu jagħmlu parti mill-ewwel distrett elettorali fejn kien joħrog għall-elezzjoni ġenerali Austin Gatt. Sitta kienu jgħixu l-Belt u tnejn kienu jgħixu l-Ħamrun. Fl-istess ħin, raġel minn B'Buġia li kien ġie impjegat fuq il-kotba tal-Malta Freeport Corporation f 'Diċembru 2007, mar mill-ewwel jaħdem fil-Ministeru ta' Austin Gatt u mar biss lura l-Freeport Corporation bħala security controller fi Frar 2013, inqas minn xahar qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Persuna oħra li fil-Freeport Corporation kellu impjieg ta' manager, għamel tliet snin jaħdem ukoll fil-Ministeru ta' Austin Gatt u kien biss f 'Jannar 2013 li reġa' mar lura lejn il-Freeport Corporation. Madankollu, waqt li kien qed jaħdem mal-eks Ministru Austin Gatt, f 'Awwissu 2012, ingħata promozzjoni għal senior manager. Fost dawk li daħlu jaħdmu mal-Freeport Corporation taħt gvern Nazzjonalista hemm ukoll il-whip tal-lum tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista David Agius. Wara li sar Membru Parlamentari Nazzjonalista, Agius ingħata tlett promozzjonijiet f 'Ottubru 2006, Frar 2010 u Awwissu 2012 biex il-pakkett finanzjarju tiegħu żdied b'iktar minn €10,000. F'kummenti mal-gazzetta MaltaToday, Agius kien iddefenda dawn il-promozzjonijiet billi kien qal li dawn ingħatawlu mingħajr ebda intervent politiku wara li kien ilu snin sħaħ jaħdem fil- Freeport Corporation u wara li għamel snin jistudja. Għal xi żmien wara li daħal jaħdem mal-Freeport Corporation, Agius kien sekondat bħala person of trust fis-segretarjat privat tal-eks Ministru Louis Galea li wara kien ġie nominat Awditur f 'Lussemburgu. Bejn €450 u €3,000 għal jum sħiħ ta' servizz Tkompli minn paġna 1 ISSERVIZZ ta' escort min-nisa, l-biċċa l-kbira tagħhom barranin, hu wieħed dinamiku f 'Malta, Fil-fatt, minn tiftixa ħafifa online, jirriżulta li hawn mijiet ta' nisa li qed jaħdmu ta' escorts f 'pajjiżna. Tradizzjonalment, l-escorts kienu jakkumpanjaw lil raġel jew mara, skont il-każ, għal xi okkażjoni partikolari jew biex jaqtgħu ftit mis- solitudni ta' nies li, per eżempju, jkunu 'l bogħod minn djarhom. F'dak il-każ, kien ikun mifhum li ma kienx se jkun hemm sess involut. Madankollu f 'dan il- każ, is-sess huwa ċertament parti integrali tas-servizz li qed joffru dawn l-escorts. Hemm diversi siti li qed jirreklamaw dan is-servizz ta' escorts. Wara tiftixa sempliċi, wieħed jista' jsib mijiet ta' nisa li qed joperaw f 'diversi partijiet ta' Malta, fosthom fuq is-sit 'Happy Escorts'. L-escorts li kkuntattjat l-ILLUM qed joperaw f 'Tas-Sliema. Fil-fatt f 'Tas-Sliema hemm it-tieni l-akbar numru ta' nisa rreġistrati fuq is-sit bi 324 mara, bl-aktar post popolari jkun San Ġiljan, b'384 mara joffru dan is-servizz. Iżda dawn, mhumiex limitati għal din iż-żona tal-pajjiż, imma jinsabu f 'diversi bliet u rħula Maltin inkluż Ħ'Attard, Birkirkara, il-Fgura, il- Ħamrun, il-Gżira, il-Mosta, l-Imsida, in-Naxxar, Raħal Ġdid, Ħal Qormi, ir-Rabat, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, is-Siġġiewi, Ħal-Tarxien, il-Belt Valletta, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun, iż- Żurrieq u r-Rabat, Għawdex. Għal kull waħda minn dawn l-escorts, is-sit joffri ritratti tagħhom f 'diversi pożi u anke mingħajr ilbies, kif ukoll il-preferenzi sesswali tagħhom u dawk l-attivitajiet sesswali li lesti jipparteċipaw fihom. Il-prezzijiet għas-servizzi tagħhom ivarja ferm u jiddependi ħafna fuq is- servizzi mitluba mill-klijent. Filwaqt li għal siegħa ta' servizzi, il-prezz ivarja bejn €100 u €800, għal jum sħiħ dan jaf ivarja minn €450 sa anke €3,000. Xi wħud minn dawn l-escorts jaħdmu privatament, waqt li oħrajn huma rappreżentati minn aġenziji tal-escorts. Fil-fatt, hemm numru ta' aġenziji li qed joperaw dan it-tip ta' servizz f 'Malta. Fost dawn hemm Real Escorts VIP Girls, Full Service Real Girls in Malta u Malta Escorts Agency li t-tlieta li huma jgħidu li huma bbażati f 'San Ġiljan. L-ebda waħda minn dawn l-aġenziji ma tirriżulta fir-reġistru tal-kumpaniji u meta din il-gazzetta kkuntatjat lill-uffiċċju tar- reġistru tal-kumpaniji, kien ikkonfermat li l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji mhija fil-fatt reġistrata f 'pajjiżna. Bint l-ispiker m'għandhiex tinħatar maġistrat – Busuttil ILKAP tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li n-nominazzjoni ta' Caroline Farrugia Frendo bħala maġistrat tmur kontra l-kostituzzjoni għax għadha m'għalqitx seba' snin tipprattika l-liġi. "Id-deċiżjoni tal- Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal- Ġustizzja nhar il-Ġimgħa li għadda kienet kundanna oħra lill-Gvern," sostna Busuttil f 'konferenza tal-aħbarijiet li indirizza ilbieraħ. Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal- Ġustizzja, nhar il-Ġimgħa li għadda tat parir lill-Gvern li l-kandidata nominata l-oħra, Ingrid Zammit Young ma setgħetx tinħatar Maġistrat għax ma kinux għaddew tliet snin minn mindu kienet tokkupa kariga pubblika, jiġifieri chairperson tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi, kif titlob il- Kostituzzjoni. Busuttil insista li l-mod kif jinħatru l-membri tal- ġudikatura għandu jinbidel immedjatament u m'għandha ssir l-ebda ħatra oħra fil- ġudikatura jekk mhux skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Bonello. F'dan ir-rapport li kien ġie finalizzat f 'Novembru 2013, il-Kummissjoni għamlet numru ta' rakkomandazzjonijiet inkluż dwar kif għandhom jinħatru l-membri tal-ġudikatura. Il-Kap tal-Oppożizzjoni rabat lill-Partit Nazzjonalista li meta jkun fil-Gvern hu, il-ħatriet fil-Ġudikatura jsiru bi proċess trasparenti u kompetittiv skont ir- rakkomandazzjonijiet tal- Kummissjoni Bonello. Busuttil allega li kien ċar li Farrugia Frendo ġiet nominata għal din il-kariga minħabba r-relazzjoni familjari tagħha u li n-nepotiżmu huwa forma ta' korruzzjoni. Huwa qal li l-Oppożizzjoni tistenna li tintrefa' responsabbilità politika għal dak li ġara u li l-Prim Ministru għandu immedjatament jirtira n-nomina tal-Avukat Caroline Farrugia Frendo għall-ħatra ta' Maġistrat. Busuttil temm jgħid li min hu lest li jikser il-Kostituzzjoni biex sempliċiment jagħżel il- Maġistrati li jrid, mhux denju li jmexxi pajjiż.