Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 | illum 35 għamel isem għal pajjiżna Sports Kerċem Ajax u Victoria Hotspurs, li ilhom stabbiliti fil-Kampjonat Għawdxi tal-Ewwel Diviżjoni, u li ilhom jilagħbu bl-istess plejers għal diversi snin, u għalhekk jafu sew lil xuxin u draw is-sistemi ta' kif jilagħbu. Din hija xi ħaġa ta' vantaġġ għalihom. Aħna bħala Għajnsielem qegħdin kollha plejers ġodda. It-tim tagħna huwa magħqud, u dik għandha tkun is-sigriet tas-suċċess tagħna. Kien hemm min ħaseb li għax ġew plejers ta' ċertu livell fosthom jien u Milos Stojanovic, nistgħu nirbħu l-Kampjonat minn ħafna qabel, iżda dan mhux minnu. Fl-aħħar mill-aħħar, il-kollettiv tat-tim tagħna jista' jagħmel id-differenza kollha fi tmiem l-istaġun. Barra li int plejer ta' Għajnsielem, int ukoll il-kowċ ta' dan it-tim, hekk kif tokkupa l-irwol ta' plejer-kowċ. X'responsabbiltà tħoss bħala kowċ ta' dan it-tim, u kemm hi diffiċli li barra li tkun plejer, tkun ukoll fl-istess ħin il- kowċ tat-tim? Mhux faċli li f 'tim ikollok żewġ irwoli, dak ta' plejer u kowċ, għax waqt il- logħba tkun trid tikkonċentra, kemm fuq il-wirja tiegħek kif ukoll fuq dik tal-plejers sħabek. Li nipprova nagħmel hu li dak kollu li jien tgħallimt fil-futbol, speċjalment fl-eperjenza wiesa' li kelli f 'Malta, ngħaddih lill-plejers kollha sħabi ta' Għajnsielem, u nipprova ngħallimhom li għandna nirrispettaw lil xulxin u li l-għan ewlieni tagħna lkoll huwa l-akbar ġid tal-klabb ta' Għajnsielem. Int li għamilt żmien twil tilgħab f 'Malta, kif tikkompara r-riżorsi f 'dak li għandu x'jaqsam ma' strutturi sportivi li qed tilgħab fihom bħalissa f 'Għawdex, meta mqabblin ma' dawk li kont imdorri tilgħab fihom f 'Malta? X'tikkummenta fuq il-mentalità tal-futbolers Għawdxin meta kkumparata ma' dik ta' plejers Maltin u hemm xi distinzjoni partikolari bejn dawn it-tnejn? Bħala riżorsi fejn jidħlu grawnds f 'Għawdex dawn huma tajbin ħafna, kważi kważi, jkolli nistqarr li huma aħjar minn dawk ta' ċerti klabbs tal-Premier f 'Malta. Rigward mentalità, naqbel li forsi din għad fadlilha biex tilħaq lil dik ta' Malta. Dan għax forsi l-mentalità ta' ħafna plejers Għawdxin hija differenti minn dik li ta' plejers bħali li sa minn età żgħira bdejt il-karriera tiegħi tal-futbol f 'Malta. Iddeċidejt li tmur tilgħab f 'Għawdex ma' Għajnsielem, għax ħassejt li ma kellekx post mal-ewwel 11 ta' Valletta, jew għal raġunijiet oħra? Lanqas xejn. Kont ilni 20 sena ġej u sejjer minn Għawdex għal Malta u tant kemm kelli memorji sbieħ tal-futbol, li fl-aħħar ġimagħtejn jew tlieta li fihom kont qed nilgħab il-futbol, li kont qed nitla' Malta biex nittrenja ma' Valletta, bdejt naraha bħala xi ħaġa kbira. Fejn qabel it-triq bejn Għawdex u Malta ma kont nara xejn, f 'dawn l-aħħar tliet ġimgħat bdejt nitla' Malta qisni kontra qalbi. Jien għidt li ma jistax ikun li dan jibqa' jseħħ. Tant kemm ħadt gost fil-futbol tul il-medda tas-snin, u tant kemm għandi memorji sbieħ tal-futbol, li għidt li ma jistax ikun li ntappan din l-istampa tal-futbol, li għandi ġewwa moħħi. Allura f 'temp ta' jumejn jew tlieta, iddeċidejt kollox u rritornajt Għawdex. Jien meta kont nilgħab Malta, dejjem tajt il-mija fil-mija tiegħi, u m'għandi l-ebda dispjaċir li rritornajt Għawdex. Madankollu, ma neskludix li fiż-żmien li ġej, nerġa' nirritorna nilgħab ma' xi klabb fil-Premier f 'Malta. Taqbel li timijiet Għawdxin, speċjalment dawk tal-ogħla livell bħal mhuma Għajnsielem u Xewkija Tigers, għandhom jitħallew jieħdu sehem f 'Kampjonati organizzati mill-MFA ġewwa Malta? Iva, nemmen bis-sħiħ li klabbs li jikkompetu biex jirbħu l-Kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni f 'Għawdex għandhom biżżejjed potenzjal biex jikkompetu fil- Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni f 'Malta, u jkolli ngħid anki fil-Kampjonat Premier. Hekk per eżempju, rajna biċ-ċar dan iseħħ meta ftit tal-ġimgħat ilu, Qormi li jimmilitaw fil-Kampjonat Premier tħabtu bis-sħiħ biex jegħlbu lilna ta' Għajnsielem bl-iskor minimu ta' 1-0, f 'logħba valida mill-FA Trophy. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, bħala plejer li tant ksibt suċċess fil-futbol, fejn irbaħt dak kollu li għandu x'joffri l-futbol Malti, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaspiraw li jagħmlu karriera fil-futbol. Ngħidilhom biex jaħdmu bis-sħiħ biex jilħqu l-ħolmiet tagħhom u ma jaqtgħu qalbhom qatt biex jilħqu dak li tant jixtiequ fil-ħajja, fosthom biex jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Nixtieq nirringrazzja bis-sħiħ lil dawk il-persuni kollha li għenuni ħafna u mxew il-vjaġġ kollu tiegħi tal-futbol, fosthom il-kowċis kollha li kelli matul il- karriera tiegħi, kif ukoll lill-familja tiegħi, fosthom il-mara tiegħi Cristiana Bajada. Twieled fid-19 ta' Awwissu 1983 fis-Sannat, Għawdex Beda l-karriera tiegħu fil-futbol ma' Sannat Lions Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Sannat Lions, Floriana, Marsaxlokk, Birkirkara, Għajnsielem u mat-tim nazzjonali Malti. Rebaħ dak kollu li għandu x'joffri l-futbol Malti, fosthom l-unur personali ferm prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena. Lagħab għal 30 darba mat-tim nazzjonali Malti. Shaun Bajada "Bħala riżorsi fejn jidħlu grawnds f 'Għawdex dawn huma tajbin ħafna, kważi kważi, jkolli nistqarr li huma aħjar minn dawk ta' ċerti klabbs tal-Premier f 'Malta" Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016