Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Kont immur nara lil Sannat Lions jilagħbu. Kien hemm missieri jilgħab magħhom, u mbagħad bdejt immur nara t-taħriġ tagħhom fejn jien kont noqgħod nilgħab fit-triq maġenb il-grawnd fejn kienu jittrenjaw. Imbagħad kien imiss lili li ningħaqad fis-sessjonijiet tat-taħriġ magħhom, u bdejt nilgħab magħhom meta kelli biss tmien snin fin-nursery tagħhom. Minn 8 sa 11-il sena, lgħabt ma' Sannat Lions, imbagħad għażluni mat-tim ta' Għawdex, fejn konna nilagħbu Malta, u hemmhekk għażluni mat-tim nazzjonali Malti fil-kategorija tal-youths, u ta' 13-il sena ngħaqadt man-nursery ta' Floriana, u ma' dan it-tim għamilt minn meta kelli 13-il sena sakemm ilħaqt il-kategorija ta' taħt il-21 sena. X'unuri rbaħt ma' Floriana? Ma' Floriana rbaħt il-Kampjonati kollha tal-U14, U16, U18 u U21. Imbgaħad lgħabt għal sentejn magħhom fil-Premier, qabel mort nilgħab ma' Marsaxlokk. U hemmhekk irbaħt il-Kampjonat Premier li kien l-ewwel wieħed fl-istorja tax-Xlukkajri... Hekk hu. Ma' Marsaxlokk domt nilgħab tliet staguni. Dak iż-żmien, Victor Sciriha, kien ġab plejers tajbin ħafna ma' Marsaxlokk, fosthom kważi l-plejers kollha tat-tim nazzjonali Malti. Fl-ewwel sena tiegħi ma' dan il-klabb, kont taħt il-gwida tal-kowċ Bulgaru, Atanas Marinov, imbagħad kien ħa t-tmun tat-tim Ray 'Żażu' Farrugia, u fit-tielet sena kien ġie Brian Talbot bħala kowċ. U propju taħt il-gwida ta' dan il-kowċ irbaħna l-Kampjonat Premier, u l-president tal-klabb kien Victor Sciriha. U wara x'ġara? Victor Sciriha kien ħalla l-presidenza ta' Marsaxlokk, biex sar president ta' Valletta, u jien ukoll kont ħallejt lix- Xlukkajri biex ingħaqadt ma' Birkirkara. Kif tiddeskrivi l-ewwel żmien tiegħek bħala plejer ta' Birkirkara? L-ewwel kowċ li kelli ma' Birkirkara kien John Buttigieg, u konna rbaħna l-FA Trophy taħt il-gwida tiegħu. Huwa kien kowċ li għallimni nemmen fil-kwalitajiet tiegħi fil-futbol, u li jien kont plejer tajjeb daqs kulħadd. Huwa għallem ukoll lilna l-plejers xi tfisser il-kelma rispett u kif għandna nirrispettaw lil xulxin fid- dressing room, u li t-tim ta' Birkirkara kien jiġi l-ewwel u qabel kollox. M'hemmx dubju li s-sena li ħadtu l-Kampjonat se tibqa' mmarkata b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek. Dan hekk kif f 'dak l-istaġun, int kellek staġun mill-aqwa u kont fundamentali biex finalment l-Istripes rebħu l-Kampjonat. X'tikkummenta? Hekk hu, naqbel miegħek perfettament. F'dik is-sena, taħt il-gwida tal-kowċ Pawlu Zammit, irbaħna l-Kampjonat u rbaħt ukoll l-unur tal-MFA Plejer tas- Sena. X'fisser għalik dan l-unur personali ferm prestiġjuż? L-unur tal-MFA Plejer tas-Sena kien unur personali li tani sodisfazzjon kbir, però nistqarr li kont iktar ferħan bir- rebħ tal-Kampjonat minn Birkirkara, għax kelli sehem kbir fih, u xi ħaġa li tirbaħ bħala tim fil-futbol għalija tiswa ħafna iktar minn unur personali. Dan għax il-futbol huwa sport li jintlagħab b'mod kollettiv fuq bażi ta' tim u mhux individwali. Li tirbaħ unur bħala tim huwa dejjem isbaħ milli tirbaħ unur personali. Inkun korrett jekk ngħid li int l-ewwel Għawdxi li rbaħt l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena? Iva, kont l-ewwel Għawdxi li rnexxieli nikseb dan l-unur. X'sagrifiċċju jinvolvi l-fatt li plejer Għawdxi jkun jilgħab ma' tim f 'Malta? Sagrifiċċji hemm bosta fosthom li per eżempju kelli naqsam bil-vapur minn Malta għal Għawdex kuljum, sa mill-età ta' 11-il sena, biex immur għat-taħriġ. Ġieli kont nitla' Malta b'tal-linja għat-taħriġ. Min-naħa tiegħi nixtieq nirringrazzja lill-eks goalkeeper ta' Marsaxlokk u Birkirkara fost oħrajn, Reuben Gauci li huwa persuna li għeni ħafna fl-ewwel żminijiet li fihom kont nilgħab Malta, hekk kif ta' kuljum kien iwassalni u ġieli kont noqgħod id-dar tiegħu ukoll. Fil-passat riċenti, int kont ukoll plejer essenzjali tat-tim nazzjonali Malti. Iddeskrivi din l-esperjenza li int kellek mat-tim nazzjonali. Lgħabt 30 logħba man-Nazzjonal. Kull darba li tilbes il-flokk tat-tim nazzjonali Malti hija xi ħaġa li tqabbdek il-bard u ta' sodisfazzjon kbir li tagħmlek ferm kburi. Ikolli ngħid li int l-uniku Għawdxi li qatt lgħabt bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti. Hekk naħseb, iva kont l-ewwel u l-uniku plejer Għawdxi li għamel dan. Ippermettili nintroduċik għall- esperjenza li kellek ma' Valletta, fejn fl-istaġun li għadda int ma rnexxielekx issib ix-xibka, ħlief fl-aħħar logħba li kienet kontra Birkirkara. X'tikkummenta? Hekk hu, f 'sena sħiħa ma rnexxielix niskorja u kellu jkun dak il-gowl propju fl-aħħar logħba ferm importanti kontra Birkirkara li jirriżulta bħala wieħed ferm importanti għall-Beltin. Din hija l-isbaħ memorja tiegħi fil-futbol flimkien ma' meta kont skorjajt ma' Birkirkara kontra Tarxien Rainbows, u li bih konna rbaħna l-Kampjonat, flimkien mat-30 logħba, li fihom irrapreżentajt lil pajjiżi bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti. Matul dan l-istaġun, irritornajt fil-gżira fejn twelidt, Għawdex, biex tingħaqad ma' Għajnsielem FC, bħala plejer kowċ. Speċjalment, wara r-rebħa kbira ta' 4-0 kontra r-rivali u champions tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, Xewkija Tigers, ħafna qed isostnu li din hija s-sena tagħkom, hekk kif m'hemmx dubju li fi tmiem l-istaġun, se tkunu fost l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal- Kampjonat. Taħseb li din is-sena hija s-sena tagħkom? Għandna sfida minn diversi timijiet oħra fosthom minn Xewkija Tigers, 34 illum | Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Il-futboler Għawdxi li għamel Cristian Antony Muscat Sports Shaun Bajada - plejer li għamel isem għal pajjiżna, speċjalment permezz tal-wirjiet mill-aqwa li kellu mat-tim nazzjonali Malti. Rebaħ l-unur personali tal-MFA Plejer tas-Sena, u mill-bidu ta' dan l-istaġun irritorna Għawdex biex hemmhekk ikompli l-karriera ma' Għajnsielem FC. " Li tirbaħ unur bħala tim huwa dejjem isbaħ milli tirbaħ unur personali" Shaun Bajada f 'konfront għall-ballun ma' Zlatan Ibrahimovic