Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
6 illum | Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Aħbarijiet L-unika soluzzjoni biex innaqqsu t-traffiku Żieda fl-użu tar-roti "Qed naraw żieda sostanzjali fil-bejgħ ta' roti." din kienet l-opinjoni ta' Jack Schiavone, li għal dawn l-aħħar 10 snin ilu sid ta' ħanut ewlieni tar- roti f 'San Ġwann, u hu stess huwa ċiklista. "In-numru ta' roti li qed jinxtraw kemm mill-Maltin u kif ukoll mill-barranin żdied ma' nies li qed jagħżlu li jużaw ir-roti biex imorru x-xogħol u jagħmlu vjaġġi qosra," qal Schiavone. "Dawn qed isibuhom ideali biex jivjaġġaw bihom fil-ħinijiet l-aktar biżlin biex jevitaw it-traffiku kbir li għandna fit-toroq," kompla jgħid sid il-ħanut. Schiavone qal li fis-suq hemm diversi mudelli ta' roti li huma addattati għal użu differenti – dawk li huma addattati għall-eżerċizzju u sports, filwaqt li oħrajn huma aktar addattati għal użu ta' kuljum. "Il-prezzijiet ivarjaw ħafna," kompla jgħid Schiavone li fil-ħanut tiegħu ir-roti manwali jibdew minn madwar €200, filwaqt li dawk li għandhom mutur elettriku jibdew minn xi €1,000. Paul Magri li huwa sid ta' ħanut ieħor tar-roti fil-Mosta, ukoll sostna li qed jara żieda fil-qligħ imma qal li dan aktar ġej minn valur għola ta' bejgħ milli mill-kwantitajiet ta' roti li qed ibigħ. Magri qal li fil- passat, in-nies kienu jixtru roti lit-tfal għal għeluq sninhom u l-praċetti filwaqt li llum, dawn qed jixtrulhom mobile phones u tablets. "Filwaqt li l-bejgħ ta' roti f 'dan is-settur intilef, kien hemm żieda ta' bejgħ fis- sezzjoni ta' dawk ta' bejn l-40 u 60 sena li saru aktar konxji ta' saħħithom u qed jużawhom għall-eżerċizzju," saħaq Magri, u "minħabba f 'hekk, il-valur żdied għax dan is-settur jiflaħ li jonfoq aktar u jixtru roti li jiswew aktar flus." Hu qal li jattribwixxi din iż-żieda fil- bejgħ għall-iskemi li għamel il-Gvern aktar milli minħabba s-sitwazzjoni tat-traffiku u dik fit-trasport pubbliku. Fil-baġit li għadda, tħabbru numru ta' miżuri li l-intenzjoni tagħhom hi li jnaqqsu l-użu tal-karozzi fit-toroq tagħna. Uħud minn dawn jikkonċernaw il-vetturi b'żewġ roti, kemm muturi kif ukoll roti. Schiavone qal li ċ-ċiklisti għandhom bżonn jingħataw aktar rispett mis-sewwieqa tal-karozzi fit-toroq tagħna. Il-karreġġjati tar-roti huma importanti għal dawk li jużaw ir-roti għall-ivvjaġġar normali, iżda dawk iċ- ciklisti kompetittivi jeħtieġ li jużaw it-toroq u għalhekk ikun importanti li x-xufiera jagħtuhom l-ispazju neċessarju. L-użu tar-roti qed jiżdied mal-Ewropa kollha. Fil-fatt, bosta bliet fl-Ewropa, biex jevitaw il-konġestjonijiet tat-toroq qed itejbu l-infrastruttura għall-użu tar-roti biex iħajru aktar nies jużaw ir-roti minflok il-karrozzi għall-bżonnijiet tat- trasport tagħhom. Qed jikber it-turismu tar-roti wkoll Din il-popolarità tar-roti fl- Ewropa qed tiġi sfruttata mis- settur turistiku lokali wkoll u gwida ta' tours tar-roti qalilna li hemm skop ta' espansjoni f 'dan it-tip ta' turismu. Dan qalilna li r-rotot ivarjaw skont kemm it-turisti jkunu jifilħu jaqdfu. Il-livell ta' diffikultà ta' rotot li jissuġġerilhom, jiddependi mill-abbiltà fiżika tagħhom. "Għandna temp li xorta jippermettilek li ddur bir-rota fix-xitwa. Malta u Għawdex huma isbaħ fix- xitwa, speċjalment minħabba l-ħdura fil-kampanja." "Iżda hemm bżonn ta' aktar karreġġjati tar- roti, aktar aċċess u aktar sinjali fil-kampanja f 'rotot iddisinjati għaċ-ċiklisti," sostna l-gwida. Qal ukoll li, "jeħtieġ ukoll ikun hemm aktar riklami fuq il-midja speċjalment biex jedukaw lis-sewwieqa tal-karozzi dwar kif għandom iġibu ruħhom meta jaraw sewwieq ta' rota. B'aktar għarfien jaf ikollna wisq aktar turismu tar-roti. Hu kkonferma li n-numru tad-dilettanti tar-roti żdied immens u kull nhar ta' Ħadd wieħed jista' jara mijiet ta ċiklisti jduru ma' Malta kollha. "Hija ħaġa sabiħa," qalilna, "li meta jiltaqgħu flimkien dawn iċ-ċiklisti dejjem isellmu lil xulxin." "Hija forma ta' kultura sabiħa," kompla jgħid, "mhux daqstant sabiħa l-problema ta' aċċessibiltà li jiffaċċjaw fil-kampanja, però, għax xi persuni jagħmlu l-kampanja tagħhom u mhux l-ewwel darba li ma jħallukx tgħaddi u tiġi kważi fl-idejn magħhom. Jagħmlu dawn is-sinjali ta' RTO jew xi ktajjen, u ma jħallukx tgħaddi." Il-gwida temm jgħid li, "naħseb li jeħtieġ ikun hemm deċiżjoni li l-ftit kampanja li għad fadal għandha titgawda minn kulhadd." SITUATION VACANT 1. Communication Manager - Full-time BirdLife Malta is seeking a full time Communication Manager to run the communications department. Duties include: Participate in the design & implementation of the organisation's strategy Supporting the various teams' communication needs Undertaking the running and participation of campaigns Manage the daily media tools such as social media Experience and qualifications required: At least 3 years experience in a similar job Graduate from a communication related degree Must be conversant in both Maltese and English Must have a high level of writing skills in both Maltese and English A meticulous and thorough nature, and able to work flexible hours 2. Office Administrator/PA - Full-time BirdLife Malta is seeking a full time office administrator/pa to undertake the day to day office duties and membership administration. Duties include: Answering the telephone and dealing with queries from the public Supporting the CEO with the administrative needs of the organisation Undertaking all membership administrative tasks Providing administrative assistance to key staff Manage volunteers under the European Voluntary Service Experience and qualifications required: At least 2 years experience in an administration job Computer Literate and meticulous by nature Highly developed organisational skills Maturity to handle a range of situations A meticulous and thorough nature Loyalty and a high level of confidentiality Those interested are asked to apply by sending a detailed CV by not later than Sunday 7th February 2016 by email on mark.sultana@birdlifemalta.org L-MUMN titlob l-intervent tal-Prim Ministru Il-Malta Union of Midwives & Nurses talbet lill-Prim Ministru jintervjeni f 'kwistjoni li hemm involuti s-social workers impjegati mas-servizz pubbliku. F'ittra li bagħtu lil Muscat, il-Union qalet li għandna nuqqas serju ta' social workers fl-iskejjel, fid-dipartiment tal-anzjani, l-isptar Monte Carmeli, fis-servizzi fil- komunità, fil-ħabs u l-isptar Karen Grech. Il-Union qalet li s-CEOs u d-Diretturi ta' dawn l-entitajiet qed jagħmlu l-almu kollu tagħhom sabiex jimpjegaw aktar social workers però l-isforzi tagħhom qed ikunu inutli. Ir-raġuni li ma japplika ħadd hija li l-kundizzjonijiet tax- xogħol tagħhom huma ħżiena u qalu li, "sinċerament ma niskantax li ma jħajru lil ħadd. Dan in-nuqqas qed jikkawza mhux biss burn out sħiħ fuq is-social workers li għadhom jaħdmu iżda wkoll qed joħloq dilemma professjonali peress li mhux faċli li tkun trid tgħin u tgħati servizz lil nies vulnerabbli u ma tistax minħabba n-nuqqas ta' dawn il-professjonisti." L-MUMN qalet li qed titlob l-intervent tal-Prim Ministru bil-għan li s-servizz offrut jitjieb b'mod konsiderevoli. Is-sitwazzjoni tista' tiġi solvuta biss permezz ta' ftehim settorali ġdid iffukat biss fuq is-social workers fejn ikollhom titjib fil- kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u b'hekk jiġu attirati social workers lejn is-servizz pubbliku bir- riżultat li ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin jirċievu s-servizz li jixirqilhom. Jack Schiavone fil-ħanut tiegħu f ' San Ġwann