Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 Sports Kollox lest għas-serata finali tal-Isport Malta Awards: l-Għażliet Sportivi Nazzjonali Kollox lest biex nhar is- Sibt li ġej, tiġi organizzata s-serata finali tal-Isport Malta Awards: l-Għażliet Sportivi Nazzjonali, f 'Dar il-Mediterran għall- Konferenzi fil-Belt Valletta. Għal sena oħra, l-edizzjoni ta' din is-sena se tkun organizzata flimkien bejn SportMalta u l-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS). Fl-edizzjoni ta' din is-sena, li se tkun qed tippremja l-kisbiet sportivi tas-sena 2015, se jkunu ppreżentati xejn inqas minn 11-il kategorija li jinkludu, l-Isportiv tas- Sena, l-Isportiva tas-Sena, iż-Żagħżugħa tas-Sena, iż-Żagħżugħ tas-Sena, it-Tim tas-Sena, il-Kowċ tas-Sena, l-Uffiċjal tas- Sena, u l-People's Choice Award. Jingħataw ukoll rikonoxximent għall- aħjar atleta f 'Għawdex u l-Avveniment tas- Sena, flimkien ma' żewġ rikonoxximenti lill-Ispecial Olympics Malta, wieħed fil- kategorija tan-nisa u l-ieħor tal-irġiel. Il-Finalisti tal-edizzjoni ta' din is-sena huma: Sportiv tas-Sena Camilleri Stevie – • Waterpolo Chetcuti Andrew – • Għawm Moore Kevin – Atletika • Pulis Rodmar – • Weightlifting Spiteri Mark – Ten Pin • Bowling Vella Adam – Lotta • Sportiva tas-Sena Abela Sue – Ten Pin • Bowling Bonello Spiteri Danica – • Triathlon Camilleri Rebecca – • Atletika Dalli Peppijna – • Ġinnastika Wingfield Charlotte – • Atletika Uffiċjal tas-Sena Caruana Curran Joe – • ASA Caruana Jesmond – • Weightlifting Muscat Joseph – • Basketball Pace Johan – ASMK • Pisani Clayton – MFA • Kowċ tas-Sena Chun Albert – • Ġinnastika Giordimaina Jesmond – • Lotta Izzo Karl – Waterpolo • Vella Silvio – Football • Vogelesang Rickard – • Ten Pin Bowling Żagħżugħ tas-Sena Attard Kurt – Ten Pin • Bowling Camilleri Luke – Atletika • Cassar Kurt – Basketball • Giordimaina Gary – • Lotta Mifsud Kieran – • Weightlifting Plumpton Ben – • Waterpolo Żagħżugħa tas-Sena Dalli Peppijna – • Ġinnastika Micallef Amy – Għawm • Richard Janet – Atletika • Xuereb Sara – Ten pin • Bowling Zammit Nina – • Triathlon Tim tas-Sena Ġinnastika - Tim • Nazzjonali 'A' GSSE Snooker - Tim: Tony • Drago – Brian Cini Ten Pin Bowling - Tim : • Mediterranean Cup Waterpolo - Tim • Nazzjonali Irġiel 'A' Waterpolo - Tim • Nazzjonali Under 17 Ta' min jinnota li hemm żewġ kategoriji, dawk tal-Isportiv tas-Sena u ż-Żagħżugħ tas-Sena, li fihom sitt finalisti flok ħamsa. Dan minħabba l-fatt li fil-votazzjoni tal-ġurnalisti membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sport (GħĠS), kien hemm żewġ individwi li spiċċaw bl-istess ammont ta' punti. Intant, dawn huma l-finalisti tal-People's Choice Award, liema kategorija se tkun missielta bejn l-atleti fil-lista t'hawn taħt, fejn hemm in-numru tal-SMS marbut ma' kull finalista ta' din il-kategorija. 50616721 – Hannah • Pace – Malta Triathlon Federation 50616722 – Steven • Fenech – Malta Wheelchair Dance Sport Association 50616723 – William • Vella – Malta Shooting Sport Federation 50616724 – Joseph • Borda – Malta Rugby and Football Union 50616725 – Matthew • Zammit – Aquatic Sports Association of Malta Il-mistieden speċjali għall- edizzjoni ta' din is-sena ser ikun Simone Farina, l-eks plejer tal-futbol, li huwa simbolu kontra l-korruzzjoni fl-Italja. Ħajr imur għall-isponsors tas-serata li huma Bank Of Valletta (BOV), Maltco Lotteries, MSV life p.l.c., Bajada New Energy Group Ltd, Charles Grech & Co. Ltd, General soft drinks Co. Ltd., Mediterranean Conference Centre (MCC), Public Broadcasting Limited (PBS), The Knot u Vascas Jewellers. Il-preżentatur ta' din is- serata, li ser tkun mxandra 'live' fuq TVM2, se jkun il-ġurnalist sportiv, Clinton Buhagiar. 'Huwa unur u sfida kbira għalija li se niddefendi l-lasti ta' Hibernians' - Justin Haber KIeN hemm bosta spekulazzjonijiet li l-goalkeeper internazzjonali Justin Haber seta' jħalli lil Birkirkara, biex jingħaqad ma' xi tim ieħor bl-iktar wieħed li semma' kien dak ta' Hibernians. U dawn l-ispekulazzjonijiet saru realtà propju fl-aħħar sigħat qabel għalaq is-suq tat-trasferimenti, nhar il- Ħadd li għadda, meta huwa ngħaqad mal-Pawlisti, biex issa se jkun qed jieħu post iż-żewġ goalkeepers żgħażagħ Rudy Briffa u Jurgen Borg. Madankollu, m'hemmx dubju li dawn it-tnejn għandhom futur mill-isbaħ quddiemhom fil-futbol bħala goalkeepers, u l-fatt li se jkunu qed jittrenjaw fl-istess tim ma' Justin Haber, żgur li se tkun qed tgħinhom biex ikomplu jkabbru l-ħiliet tagħhom fil-futbol fl-irwol tagħhom. F'dawn l-aħħar ġimgħat, Justin Haber ma kienx qed jiġi inkluż fil-formazzjoni ta' Birkirkara, minħabba li kien qed isofri minn injury kemxejn serja, biex imbagħad il-kowċ Kroat ta' Birkirkara, Drazen Besek, ġab goalkeeper kompatrijott, Miroslav Kopric. Kollox kien qed jindika li dan kien se jibqa' jiddefendi l-lasti tal-Istripes, mhux għax Justin Haber huwa b'xi mod inferjuri għalih, minħabba li l-kapaċitajiet ta' Haber bħala goalkeeper huma ferm magħrufa, iżda jidher li l-kowċ ta' Birkirkara kien tal-fehma li jutilizza bejn il-lasti lil dan il-goalkeeper ġdid Kroat. Propju ftit mumenti wara li tħabbar li Justin Haber, kien ingħaqad b'mod uffiċjali ma' Hibernians, din il- gazzetta għamlet kuntatt ma' Justin Haber, fejn intalab il-kummenti tiegħu rigward l-esperjenza li kellu ma' Birkirkara, u kif qed iħares lejn din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħu maċ- champions, Hibernians. Huwa qal kif din l-esperjenza, se tkun, "ta' unur u sfida kbira li se niddefendi l-lasti ta' Hibernians bħala goalkeeper. Qed inħares 'il quddiem lejn din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħi, fejn se nagħmel minn kollox biex ngħin lil Hibernians, jirbħu l-Kampjonat BOV Premier f 'Mejju li ġej. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lill-kowċis, plejers u staff tekniku ta' Birkirkara, li magħhom lgħabt 'il fuq minn 200 logħba, fejn kelli esperjenza mill-aqwa. Nirringrazzja wkoll lill-familja ġdida tiegħi ta' Hibernians, li diġà laqgħetni fi ħdanha bl-aħjar mod possibli," temm jgħid Justin Haber. Justin Haber, li llum jgħodd l-34 sena, huwa prodott ta' Floriana, hekk kif minn meta kien tifel, kien sieħeb lin-Nursery tagħhom. Huwa ddebutta magħhom fil-Kampjonat BOV Premier, u f 'Malta lagħab ukoll ma' Marsaxlokk. Barra li rrapreżenta lil Malta għal diversi drabi mat-tim nazzjonali, Haber għamel isem ukoll għal pajjiżna billi lagħab mad-diversi klabbs barra minn xtutna, fosthom Quevilly fi Franza, Virton fil-Belġju, Sheffield United fl-Ingilterra, Ferencvaros fl-Ungerija u Kerkyra fil- Greċja. Justin Haber iħares 'il quddiem b'ottimiżmu lejn l-esperjenza ġdida ma' Hibernians Ritratt - www.birkirkarafc.com

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016