Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218
Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016| illum 5 Aħbarijiet Man' jew persuna leali? 'Id-deputat mexxej ġdid se jwassalna għal rebħa akbar' – Emanuel Cuschieri 'Muscat se jaħtar persuna li tkun leali lejh għax ikun obbligat lejh' – Arnold Cassola 'L-ikbar żvantagg fl-għażla ta' Konrad Mizzi hija l-istorja tal-paga tal-mara tiegħu' – Peppi Azzopardi 'Lil Toni kienu għażluhulu d-delegati… lil Konrad se jkun għażlu hu' – Michael Falzon Konvint li d-delegati tal- Partit Laburista se jagħżlu Deputat Mexxej ġdid għall-Affarijiet tal-Partit li flimkien ma' Louis Grech u l-Mexxej Joseph Muscat se jwasslu biex jerġgħu jagħtu lil Malta fl-elezzjoni ta' sentejn u nofs oħra Gvern ieħor Laburista b' maġġoranza akbar minn ta' Marzu 2013. Ċert li se jkun Deputat Mexxej ġdid li se jkun organizzatur mill- aqwa, kreattiv, kredibbli, ta' integrità u fuq kollox, li diġà pprova lilu nnifsu bħala persuna li jagħti r-riżultati. Jiena m'iniex konvint li bilfors se jkun Konrad Mizzi. Imma l-mod kif Muscat qed jaġixxi, juri li jrid dejjem isaħħaħ il-poter tiegħu fil-Partit. Ħeles minn Toni Abela li kien wieħed mill- ftit fl-Eżekuttiv tal-PL li kien jaf jieqaf lil Muscat, u se jibdel l-istatut tal-Partit biex ikun jista' jdaħħal bħala deputat mexxej, membru parlamentari jew Ministru li jkun totalment leali lejn Muscat u jkollu jobdih f 'kollox għax obbligat lil Muscat għal kollox. Aktar minn persuna li tkun leali lejn l-ideali tal-Partit, Muscat se jaħtar persuna li tkun leali lejh. Fl-għażliet li jagħmel Joseph Muscat, insib li jagħti l-ikbar importanza f 'kemm dik il- persuna tkun taf tikkomunika fil-media u ma' min taf tikkomunika. Joseph Muscat jifhem tajjeb li d-deputat mexxej se jkun mistieden f 'diversi programmi u dibattiti sa lejliet l-elezzjoni. F'dan is-sens, Konrad Mizzi huwa komunikatur tajjeb ħafna għax għandu l-abbiltà naturali li jikkomunika anke fuq affarijiet l-iżjed tekniċi b'passjoni li ma ssibx fit-teknokratiku, bla ma jitlef l-aura ta' persuna teknika. Konrad Mizzi kapaċi jikkomunika mal-għeruq tal- Partit fejn il-PL jaf qed iħabbat wiċċu ma' problemi serji. L-ikbar żvantagg fl-għażla ta' Konrad Mizzi hija l-istorja tal- paga tal-mara tiegħu. Fi żmien il-PN ma kienx ikun hemm dibattitu jew diskussjoni li ma kinitx tissemma, "il-500 ewro żieda," u llum l-istorja ta' Sai Mizzi ħaditilha postha. Ovvja li b'Konrad Mizzi f 'din il-kariga se jkun espost u sfidat ħafna aktar dwarha u ħafna iżjed fil- preżenza tiegħu stess." Naħseb li l-Prim Ministru jrid li jkollu partit organizzat fuq linji moderni u li jkun magna elettorali effiċjenti. Għalhekk qed jissemma Konrad Mizzi li hu kapaċi jwassal għal din it-tip ta' bidla u hu leali għal Muscat għax fil-fatt, fil-politika hu kreatura ta' Muscat innifsu. Naturalment f 'dan il-punt ta' ħajtu, Muscat irid jassigura li min isir deputat tiegħu ikun leali lejh u mhux wieħed li jkollu ambizzjonijiet li jiret postu. Il-linja bejn persuna leali u 'Yes man' mhix dejjem ċara u kollox jiddependi minn kif Muscat jaħseb li Konrad Mizzi se jġib ruħu fil-kariga l-ġdida. Fil-verità, Toni Abela kien jagħraf kif ikun leali mingħjar ma jkun 'yes man'. Lil Toni kienu għazluhulu d-delegati. Jidher li lil Konrad se jkun għażlu hu stess, anki jekk għall-apparenza jidher mod ieħor. 'B'Konrad ifisser li l-PL qed jersaq lejn kif niddefinixxu l-Partit Demokratiku Amerikan' – Godfrey Grima 'Jekk iridx 'yes man' il-Prim Ministru? Għalija alla ħares dan iseħħ' – Andrew Azzopardi Minkejja s-suċċess li għamel Toni Abela, Deputat Mexxej ġdid jeħtieġ iġib inizjattivi ġodda f 'dinja li qed tinbidel kuljum. Il-kuntest, jiġifieri li l-Partit irid ikompli jirbaħ il- ġlidiet elettorali tiegħu, jibqa' l-istess, imma Partit fil-Gvern irid ikun armat bi strateġija li tlaħħaq ma' diversi sfidi. X'jistennew l-attivisti fi ħdan il-Partit? X'jistennew mill-partit fil-Gvern dawk li vvutawlu? Il-partit għadu popolari daqs kemm kien fl-elezzjoni? Il-partit kif ser jirnexxilu jiġbor il-fondi li għandu bżonn biex ilaħħaq ma' dawn l-isfidi kollha? Il-partit kif ser ikompli jimmodernizza lilu nnifsu? Fil-każ li l-kariga tmur favur Konrad Mizzi, l-għażla għandha ġġib futur ġdid u interessanti għall-Partit Laburista. Kif jgħidu l-Ingliżi, jekk trid xi ħaġa ssir sew, għażel lil xi ħadd li għandu ħafna x'jagħmel. Għalkemm ħafna jemmnu li m'hemmx differenza fl- ideoloġija taż-żewġ partiti, fil-fatt il-Partit Laburista għadu ffukat fuq dawk li aktar jeħtieġu l-għajnuna tal-Gvern biex jgħixu ħajja aħjar. Il-Partit Laburista jibqa' Partit tal-ħaddiema imma jiddependi minn kif wieħed jiddefinixxi dan xi jfisser. Jien naħseb li xi ħadd bħal Konrad Mizzi jkompli jsaħħaħ dak li naħseb jien: Partit Laburista li qed jersaq lejn kif niddefinixxu l-Partit Demokratiku Amerikan, li hu partit li jkollu relazzjonijiet aħjar ma dawk li joħolqu l-ġid u dawk li jħaddmuh biex fl-aħħar mill-aħħar itejjeb il-ħajja ta' dawk li jeħtiġuha l-aktar. Kollox jiddependi minn kemm id-Deputat Mexxej ġdid jirnexxielu jżomm il-partit popolari." F'dal-pajjiż donnu rridu nitteorizzaw fuq kollox. Huwa minn għawl id-dinja li kap ta' partit irid li t-tieni wieħed fit-tmexxija tiegħu li jista' jikkumplimentah. Hu fatt ukoll li jkun hemm 'lobbying' intern biex dan iseħħ. Ma nimmaġinax li jista' jkollna ċirkostanza fejn jitmexxa l-vapur f 'direzzjoni differenti, għax ma naslu imkien. U allura kif is-segretarju ġenerali tal-PN, Rosette Thake kellha l-'endorsment' ta' Simon Busuttil, kif kellu l-istess Busuttil meta nħatar viċi kap fi żmien Lawrence Gonzi. Jien nistenna l-istess f 'din iċ-ċirkostanza. Jekk iridx 'yes man' il-Prim Ministru, għalija allaħares dan iseħħ. Id-deputat kap irid ikun proprja mera ta' dawk id-deċiżjonijijet, 'sounding board', il-konsulent primarju tiegħu. U allura jien nistenna li jinħatar persuna kariżmatika għax f 'partit fil-Gvern teħtieġ personalità b'saħħitha biex iżżomm il-partit miexi 'l quddiem, xi ħadd li hu qrib il-'grassroots' tal-partit, u fl-istess ħin, nistenna li jkun xi ħadd miż-żgħar.