Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 07 ta' Frar 2016 minn John Busuttil Fi tmiem din il-ġimgħa l-popolazzjoni fil-gżira ta' Għawdex tinqasam bejn l-Għawdxin u l-Maltin bin- numru tal-Maltin, jiżboq il-popolazzjoni ta' Għawdex. Fil-fatt meta tkellimna maċ- chairman tal-Gozo Channel, Joe Cordina qalilna li qed jistennew li jaqsmu minn Malta għal Għawdex madwar 30,000 persuna, fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, tant li l-vapuri bdew jaħdmu t-tlieta mill-Ħamis li għadda u mill-Ġimgħa bdew jaħdmu 'shuttle' jiġifieri jimtlew u jitilqu. Cordina qal li din is- sena qed jistennew li t-turisti Maltin se jqattgħu aktar ġranet f 'Għawdex għax l-Erbgħa hija festa pubblika, u hemm min se jagħmel brejk twil f 'Għawdex. Dan l-influss qawwi f 'Għawdex jagħmel il-Karnival l-akbar avveniment li jressaq kummerċ lejn Għawdex fix- xhur tax-xitwa, tant li wara li kkuntattjajna diversi lukandi, appartamenti u farmhouses dawn qalu li kienu kollha bbukkjati f 'dawn il-jiem. Silvio Rapa, sid lukanda ewlenija fl-Imġarr qalilna li, "l-Karnival hu bżonnjuż ferm għax-xhur tax-xitwa, daqs kemm kien Betlem f 'Għajnsielem. Il- lukanda hi mimlija kollha b'60% tal-kmamar meħuda minn żgħażagħ Maltin. Inħallu biss xi żewġ kmamar għal dak li jista' jinqala', imma mill-bqija kollox ibbukkjat." Rapa qalilna wkoll li Jannar kien wieħed qawwi u hu l-aħjar Jannar li ra f 'dawn l-aħħar snin. "Kull sena qed inżidu fin-numru avolja l-prezzijiet tal-lukanda dejjem jgħolew. Fil-Karnival il-maġġoranza li jiġu joqogħdu lejl aktar għax jitilqu t-Tnejn fejn is-soltu, il-Maltin jitilqu l-Ħadd filgħodu. Dan ifisser li għall-Karnival inżidu anke fl-iljieli għax normalment jiġu mill-Ġimgħa sat-Tnejn, għalkemm hemm min jiġi mill- Ħamis." Tkellimna wkoll ma' Tony Ellis, sid ta' grupp ta' farmhouses, minn medium sa high end. "Kollox mimli, ħlief għal żewġt idjar li nżommuhom għalli jista' jinqala' jekk jiġi xi klijent fl- aħħar. Imma għax irridu aħna ma krejnihomx għax telefonati ma waqfu xejn." Staqsejnih jekk hux normali daż-żminijiet li jkollhom il-farmhouses mimlijin u qalilna li 25% huma barranin tas-soltu, 25% oħra huma mimlija b'nies li Karnival jew le dejjem imorru, u l-50% l-oħra krewhom għax il-Karnival. Ellis qalilna wkoll li l-ewwel xahar ta' din is-sena, "konna tajjeb, u konna aħjar mis-sena l-oħra. Fil-fatt kellna 20% aktar mis-sena li għaddiet. Fix-xitwa, il-farmhouses f 'Għawdex ibatu, l-aktar dawk li ma jkollhomx heating. Iżda fil-Karnival, kollox jinkera." Intant, in-naħa l-oħra tal- fliegu iċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Karnival jibqgħu sejrin sa nhar it-Tlieta li ġej. Illum il-Ħadd fis-1:00pm ikun hemm parata bil-karrijiet fi pjazza Kastilja li ddur fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta, u fit-3:00 jkun hemm xow fi Pjazza San Ġorġ. L-għada t-tnejn ikun hemm xow taż- żfin fil-parata tal-Karnival tal- iskejjel taż-żfin u xow taż-żfin fi Pjazza San Ġorġ fl-10:00am, waqt li fl-4:00pm ikun hemm kompetizzjonijiet ta' żfin segwiti minn Gran Defilè fi Pjazza San ġorġ. Il-Karnival ta' malta jintemm it-Tlieta bil- Gran Defile li jgħalaq il-festi fi Triq Sant' Anna fil-Furjana fis-6:00pm. Aħbarijiet Għajnuna minn ħaddiema tal-Gvern lill-familja milquta b'nirien il-Ministeru għall- Familju u solidarjetà soċjali kif ukoll il-Ministeru għat-trasport qed jgħinu l-omm u l-erbat itfal li nħarqilhom l-appartament tagħhom it-tnejn li għadda. l-appartament tal-familja Deguara li jinsab fi triq Ħal- luqa , Ħal tarxien spiċċa rovinat kompletament bi ħsarat kbar u rreparabli kemm fl-għamara kif ukoll oġġetti oħra tal-familja Il-Ministru għall-Familja u s-Sigurtà Soċjali ħa ħsieb li tinstab akkomodazzjoni alternattiva sakemm isiru x-xogħlijiet fuq l-appartament li fih kienet tgħix l-omm ta' 31 sena Daniela Deguara u l-erbat itfal tagħha: tifel ta' għaxar snin, tnejn oħra ta' seba' u tliet snin u tarbija ta' seba' xhur. Dakinhar tal- incident, il-familja kollha qattgħet lejl l-isptar Mater Dei għall-osservazzjoni. Issa l-Gvern, permezz tal- Ministeru u għall-Familja u Solidarjetà Soċjali kif ukoll il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura qed jgħaġġlu l-proċess biex l-appartament jerġa jsir abitabbli billi qed immoru ħaddiema tal-Gvern jagħmlu x-xogħlijiet . Il-Ministeru għall-Familja ser jipprovdi l-fittings tad-dawl u ħa ħsieb li jkun hemm numru ta' skips fuq il-post biex jintefgħu fihom l-affarijiet li qed jiġu żbarazzati mill-appartament, bħal biċċiet ta' għamara u xi oġġetti oħra tal-familja. Ħaddiema tad-Dipatiment tax-Xogħolijiet, provduti mill-Ministeru ta-Trasport u l-Infrastruttura qed inaddaf u jiżbarazza l-għamara u l-affarijiet personali li għad baqa'. Il-ħaddiema se jibdew ineħħu n-nugrufun mill- ħitan. Biex imbagħad wara, jgħaddi d-dawl mill-ġdid, isir xogħol tal-plumbing biex imbagħad fl-aħħar nett il-ħaddiema jgħinu wkoll bil-kisi u t-tibjid mill-ġdid tal-ħitan. Il-familja Deguara stess, immedjatament wara l-inċident kienet appellat għall-għajnuna. Ħaddiema waqt il-ħidma tagħhom biex jirranġaw l-appartament li nħakem min-nar BirDliFe Malta qalet li l-iżvilupp propost ta' barriera f 'ODZ f 'Wied Moqbol se jhedded kolonji sħaħ ta' tjur tal-baħar. Fi stqarrija, l-għaqda qalet li qed jopponu bil-qawwa dan l-iżvilupp u talbet lill-MEPA biex tassumi r-responsabbilitajiet tagħha. Dan ifisser il-qerda ulterjuri t'art naturali, strettament protetta taħt id-direttivi tal-Għasafar u l-Abitati tal-UE bħala sit Natura 2000, u l-iżvilupp ser ikompli jiggrava u jaffettwa ħażin kolonji ta' tjur tal-baħar importanti fuq livell internazzjonali partikolarment iċ-Ċief u l-Garni. Il-Garnija hija elenkata bħala Vulnerabbli fir-Redlist tal-Unjoni Internazzjonali għall- Konservazzjoni tan-Natura. Dawn iż-żewġ speċi t'għasafar huma sensittivi għal tniġġis tad-dawl u ħsejjes, u aktar xogħlijiet ta' żvilupp u skavar ser ikun ta' dannu kbir għall-abitat li jbejtu fih dawn l-għasafar. Birdlife Malta qalet li fid-dawl ta' dawn il-fatti hi tinsisti li l-partijiet interessati kollha fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, b'mod partikolari il-MEPA, tkompli tassumi r-responsabbiltà u jitwaqqaf dan l-iżvilupp bla bżonn u distruttiv f 'ODZ. Żvilupp f 'Wied Moqbol jhedded kolonji tal-għasafar Għawdex ippakkjat Uħud mill-kostumi li mlew it-toroq tan-Nadur il-Gimgħa filgħaxija Ritratt: Anthony Cassar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016