Illum previous editions

ILLUM 7 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/637218

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 NEWSPAPER POST Nr 486 • 07 ta' Frar 2016 www.illum.com.mt Shaun Bajada intervistat Ara paġni 34 u 35 Mizzi aktarx l-uniku kandidat biex jinħatar deputat mexxej tal-PL Il-fatt li l-Ministru tal-enerġija u s-saħħa Konrad Mizzi huwa nominat mill-Ministru Owen Bonnici u l-attivista Laburista Għawdxija Ġuża Cassar, ikompli jikkonferma li aktarx se jkun hemm kandidat wieħed biss għall-pożizzjoni ta' deputat mexxej. Kemm Owen Bonnici u Ġuża Cassar huma t-tnejn ikkunsidrati bħala benjamini tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Persuna oħra li kienet qed taħseb li toħroġ għall-pożizzjoni ta' deputat mexxej, kien Edward Zammit Lewis li huwa ħabib personali ta' Muscat. Il-Ministru tat-Turiżmu Zammit Lewis kien pjuttost dispjaċut li ma kienx se jsib l-appoġġ meħtieġ għal din il-pożizzjoni. Infatti ilbieraħ filgħaxija, Zammit Lewis tefa' tweet fejn qal li mhux se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni għal deputat mexxej. L-iktar, l-iktar għax Muscat irid persuna bħal Konrad Mizzi li għandu enerġija u ħegga kbira. Owen Bonnici li qed jikteb għall-ewwel darba fil-ħarġa tal-gazzetta ILLUM (ara paġna 36) minflok l-avukat Toni Abela, qal li hu nnomina lill-Ministru Konrad Mizzi għax jemmen li Konrad Mizzi huwa l-aħjar għażla fil-mument biex bil-ħiliet kbar li għandu, ikompli jtejjeb il-partit u joħloq sinerġija aħjar fil-ħidma tiegħu. Fl-opinjoni tiegħu, Bonnici jsellem lil Toni Abela għall-kontribut tiegħu u jirrakonta anedotti mill-ħajja ta' Toni Abela. Simon Busuttil kien talab diversi drabi lil Jeffrey Pullicino Orlando biex jerġa' joħroġ għall-elezzjoni skont intervista li qed tidher f 'din il-ħarġa tal-ILLUM. Meta mitlub jikkumenta, Busuttil qal, "hija gidba mill-bidu sal-aħħar. Tant hu hekk, li jien diġà għidt pubblikament li Joseph Muscat jista' jżommu." "Kulħadd għandu jxomm taħt għabtu", qal l-eks deputat Nazzjonalista meta mistoqsi fuq l-akkużi ta' mafja fil-konfront tal-PL. JPO, magħruf għall-veduti kontroversjali, qal li għax Busuttil m'għandux policies x'joffri, qed jattakka bil- korruzzjoni u tfiegħ ta' ħama. Jinsisti li ntalab ikun kandidat tal-PN Ara intervista f 'paġni 10-11 Aktar minn 800 mara jaħdmu ta' escorts f 'Malta minn Mark Borg HEMM mijiet ta' nisa, il- biċċa l-kbira tagħhom barranin li jaħdmu ta' escorts f 'Malta. Il-klijenti tagħhom qed iħallsu bejn €100 u €800 fis-siegħa għas-servizzi tagħhom li huma ta' natura sesswali. ILLUM ikkuntattjat lil xi wħud minn dawn l-escorts rriklamati fuq siti varji fuq u kkonfermat li dawn qed joffru s-servizzi tagħhom f 'Malta. Dawn joffru kull tip ta' sess li wieħed jista' jimmaġina li jinkludi wkoll sess fi gruppi u kif ukoll sess gay. Meta l-ILLUM ikkuntatjat lir- reġistru tal- kumpaniji sabet li l-aġenziji li magħhom jaħdmu dawn l-escorts mhumiex reġistrati Malta. Dawn l-aġenziji jinkludu Real Escorts VIP Girls, Full Service Real Girls in Malta u Malta Escorts Agency. Il-Ministeru tal-Ġustizzja kkonferma li, "s'issa m'hemm l-ebda liġi li b'mod speċifiku tirregola l-hekk imsejħa 'escort services'." Fl-istess waqt, kelliema għall-Ministeru li tkellmu mal-ILLUM qalu li jekk dawn is-servizzi jinvolvu attivitajiet bħal "qligħ minn fuq il-prostituzzjoni, l-abbuż tal-minuri, it-traffikar ta' persuni u reati kriminali oħra, min iwettaqhom ikun espost għal dak li jipprovdu l-liġijiet kriminali applikabbli." Tkompli f 'paġna 3 Min lest jikser il-Kostituzzjoni, mhux denju jmexxi pajjiż - Busuttil Ara paġna 3

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 Frar 2016