Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

minn John Busuttil FTIT tal-jiem ilu l-Ministru Leo Brincat fi tweġiba Parlamentari għal mistoqsija ta' Chris Said qal li dak li kellu jsir park għall- familja kif kien ippjanat mill-amministrazzjoni Nazzjonalista issa ngħata lill-kumpanija EneMalta biex tagħmel il- pannelli fotovoltajiċi. Skont it-tweġiba tal- Ministru Brincat sal-lum hemm 22,881 siġra u arbuxell f ' dan is-sit u f ' dawn l-aħħar tliet snin intużaw ukoll 7.5 miljun litru ilma biex dawn jissaqqew. Inbena wkoll ġibjun kbir li jesa' 4,000 metru kubu. "Issa dan kollu ser jgħosfor u l-flus jkunu nħlew ladarba l-post jinbidel l-użu tiegħu biex jitpoġġew il-pannelli. Ovvju li fejn ikun hemm il-pannelli ma jistax ikun hemm siġar għaliex dawn joħolqu d-dell. Min ħa dawn id-deċiżjonijiet? Min ser jirrispondi għal dan il-ħela ta' flus?" staqsa Chris Said. €1.00 NEWSPAPER POST Nr 487 • 14 ta' Frar 2016 www.illum.com.mt Llywelyn Cremona intervistat Ara paġni 34 u 35 Anarkija totali u limbu legali minn Albert Gauci Cunningham u Mark Borg Ġimgħa wara li din il-gazzetta rrapurtat kif f 'Malta hawn madwar 800 mara li qed jirreklamaw lilhom infushom bħala escorts bi prezz ta' bejn €100 u €800 fis-siegħa għas- servizz li joffru, sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija ddeskrivew is-sitwazzjoni tal-attività onlajn f 'pajjiżna bħala "anarkija." "Għandna anarkija," spjega dan is-sors mal-ILLUM, "għax minkejja l-passi 'l quddiem li għamilna, għad għandna liġijiet li weħlu fiż-żmien u li ma kinux aġġornati biex jindirizzaw attivitajiet ġodda u reali bħas- servizzi ta' escort onlajn." Dan is-sors li tkellem ma' din il-gazzetta b'kundizzjoni li jibqa' anonimu spjega kif bħalissa kif inhi l-liġi, huwa meqjus reat li xi ħadd imur fit-triq u jitlajja għal fini ta' prostituzzjoni. Imma "hija diffiċilissima," li xi ħadd jinstab ħati ta' reat jekk jikkrea sit onlajn biex jirreklama servizzi sesswali li mbagħad jingħataw fid-dar privata ta' dik il- persuna. Tkompli f 'paġni 4 u 5 Sandro lill-Gvern: Agħti kumpens għall-inġustizzji li saru ma' sidien tal-art Ara intervista f 'paġni 10-11 Chris Said: Miljuni se jiġu mormija fil-Qortin Il-Gvern jgħid li lanqas ċenteżmu wieħed mhu se jintilef mill-fondi Ewropej Tkompli f 'paġna 7 Elezzjoni Ġenerali lejn l-aħħar tal-2017 Il-pjan ta' Konrad Mizzi bħala Deputat Mexxej jikkoinċidi sew mal-elezzjoni ġenerali L-għaġġla li biha Konrad Mizzi ġie, effettivament, 'appuntat' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista minn Joseph Muscat hija indikazzjoni li l-elezzjoni ġenerali hija aktar viċin milli wieħed jista' jimmaġina. L-indikazzjonijiet li għandha l-ILLUM minn sorsi infurmati sew huwa li din se sseħħ fit-tieni parti tal-2017 wara t-tmiem tal- Presidenza ta' Malta fl-UE, li se tiswa lill-pajjiż sa €40 miljun (ara paġna 36). L-uniku kandidat għall-kariga ta' Deputat Mexxej tal-Partit Laburista kien, fil-fatt, Konrad Mizzi li preżentement huwa wkoll il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa. Mizzi huwa, ġeneralment, magħruf bħala Ministru enerġetiku fl-oqsma li tagħhom huwa responsabbli u li għandu l-ħiliet organizzattivi u maniġerjali li l-partit se jkollu bżonn għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan se jkun importanti, l-aktar minħabba li preżentement huwa fost sezzjoni mdaqqsa ta' partitarji Laburisti li l-PL qed ibati l-aktar. Tkompli f 'paġna 7

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016