Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305
Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 11 Intervista xogħol għall-kostruzzjoni mill-kampanja hija bla sens' kuntratturi serji li huma membri tal-MDA, iridu approċċ ħolistiku anke biex jissalvagwardjaw l-investiment tagħhom stess. Illum il-membri japprezzaw ħafna aktar minn qabel li jeħtieġ ikunu aktar sensittivi lejn l-ambjent. L-MDA, f 'isem il-membri tagħha, tagħti proposti konkreti kif għandna ntejbu l-ambjent. Il-protezzjoni mhux biżżejjed, iżda llum jeħtieġ li mmorru oltre minn hekk u jeħtieġ nibdew inneħħu ċertu eyesores li għandna fil-kampanja. Jeħtieġ ukoll innaddfu l-kampanja mill-ħafna żibel li jintefa' hemm." Chetcuti spiss tkellem dwar żbalji tal-passat u għalhekk jien saqsejtu jtini eżempji ta' dawn l-iżbalji li hu jitkellem dwarhom. Fost dawn semma kif, "saru numru ta' żbalji fil-passat bħal meta saru pjanijiet lokali mingħajr konsiderazzjoni tal-infrastruttura u l-impatt ta' ċertu żvilupp fuq l-infrastruttura tal-lokal, u l-problema tal-parking hija waħda minnhom," żied jgħid Chetcuti. "Proġetti kbar ħallsu flejjes kbar lill-MEPA għall-parking u minflok mal-MEPA tinvesti dawn il-flus għal raġunijiet ta' parking, tinvestihom f 'affarijiet oħra." "Żbalji oħra kienu fejn l-ippjanar sar fuq siti individwali minflok ma kellna pjanar ħolistiku. Fir- reviżjoni tal-pjanijiet lokali jeħtieġ ikollna pjanar aħjar. Wieħed jirrikonoxxi li ż-żoni ta' żvilupp huma issa żviluppati u rridu pjan ta' riġenerazzjoni magħmul bis-sens bil-parteċipazzjoni ta' planners u anke l-intraprendituri li jistgħu jgħidulek x'inhu possibbli u x'mhuwiex,' qal Chetcuti. F'Malta, nisimgħu min jgħid li għandna nuqqas ta' domanda u min jgħid li għandna nuqqas ta' provvista ta' bini biex jissodisfa d-domanda. Għalhekk, staqsejna 'X'inhi l-istorja vera?' "Fil-qasam tal-proprjetà għal residenza, huwa fatt li hawn domanda għal propjetà ta' aktar lussu, li tista' tiswa bejn il-€200,000 u l-€500,000, u m'hemmx biżżejjed provvista għal dan it-tip ta' residenzi. Iżda mbagħad għandna ħafna proprjetà li għandha xi 25 jew 30 sena li hemm aktar provvista tagħha milli domanda għaliha. Anke x-xerreja li qed jixtru għall-ewwel darba, minkejja r-restrizzjonijiet tal-finanzi li jkollhom, ma jridux jixtru dan it-tip ta' bini. Kulħadd irid kwalità aħjar ta' bini, inkluż il-finitura, it- teknoloġija li ntużat fil-bini u anke ċ-ċertifikat tal-enerġija tal-bini li fis-snin li ġejjin se ssir ħafna aktar importanti għax-xerrej." Chetcuti semma li jaf b'każi fejn kuntrattur ma mexiex sew max-xerrejja tiegħu, u għalhekk l-assoċjazzjoni tiegħu lesta tinforma lill- membri tal- pubbliku dwar jekk xi kuntrattur huwiex membru tal-MDA biex iserrħu moħħhom għax bħala membru tal-assoċċjazzjoni, iċ-ċans hu li dan se jaħdem b'mod korrett. Dwar il-futur tas-settur, Chetcuti deher ottimist. Qalilna li mingħajr ma nkomplu nieklu l-kampanja, xorta hemm ħafna xogħol għall- industrija. "Proprjetà u proġett għandu ċerta tul ta' ħajja. Wara li jgħaddi ċertu żmien dan irid jitwaqqa' jew għallinqas jiġi riġenerat...xejn mhu għal dejjem. Dan kollu xogħol għall-industrija tal-kostruzzjoni," kompla jgħid. "Jien inħares lejn il-Qawra, Buġibba, ix-Xemxija u San Pawl il- Baħar u nara li ħafna minn dan il- bini wasal iż-żmien li jiġi riġenerat. L-iżvilupp qatt ma jieqaf. Dak li hu tajjeb trid tmantnieh. Dak li għadda żmienu u mhux ta' interess storiku trid tibni floku. Restoranti u lukandi jiġu riabbilitati kull perjodu ta' żmien u l-infrastruttura u t-toroq iridu jiġu mantnuti," temm jgħid Chetcuti. Barra miż-żoni ta' żvilupp m'għandu jsir l-ebda bini... full stop " " Ritratt: Ray Attard