Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

Il-MInIstru tal-Finanzi Edward scicluna aktar kmieni din il-ġimgħa ħabbar li l-Presidenza Maltija tal- unjoni Ewropea fl-2017, se tiswa lil Malta €40 miljun. Dan huwa €50m anqas milli nefqet il-Lussemburgu u €30m anqas milli nefqu l-Italja u l-Latvja. Stqarr dan Charles Mizzi, id-Direttur Eżekuttiv għall-Media u Marketing għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 mal-ILLUM. Fil-fatt "il- Lussemburgu nefqu madwar €90m filwaqt li l-Latvja u l-Italja kellhom spiża ta' madwar €70m," qal Mizzi. "Aħna konxji ħafna tal-ispejjeż però kull pajjiż irid jonora l-obbligi tiegħu u minn issa sal-Presidenza jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi ġodda li jaffettaw il-pjanijiet oriġinali. Ta' min isemmi li l-Latvja kellhom jorganizzaw summit urġenti wara l-attakki fi Franza li affettwa l-baġit tagħhom b'mod sinifikanti." Hu żied, "Il-Presidenza hija obbligu għal kull membru stat u dan iġib miegħu ċertu spejjeż li wieħed jista' wkoll iqishom bħala investiment għall-pajjiż għaliex tagħti ammont kbir ta' viżibilità. Ta' min wieħed isemmi li matul dawk is-sitt xhur iżuru Malta madwar 20,000 delegat u 1,500 ġurnalist. Il-pajjiż li se jkun qed jippresiedi fuq il-Presidenza jkun fuq nett tal-aġenda politika u dan jgħolli l-profil tal-pajjiż." Malta se tassumi l-Presidenza tal-UE mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Ġunju tas-sena 2017. L-ILLUM tkellmet ma' Mizzi dwar il-preparazzjonijiet li qed isiru għal din il-Presidenza u dan qalilna li "l-istima ta' €40m hija bbażata fuq l-obbligi li jkollu kull pajjiż li jospita l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-riżorsi umani meħtieġa sabiex iwettqu x-xogħol meħtieġ, l-aspett loġistiku biex tospita d-delegati, fejn kull pajjiż huwa obbligat li joffri akkomodazzjoni, trasport u ikliet, kif ukoll l-aspett tal- midja." Mizzi qal li n-numru ta' impjegati meħtieġa fir- Rappreżentanza Permanenti ta' Malta ġewwa Brussell se jitla' b'mod konsiderevoli sabiex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ħtiġijiet tal-Presidenza matul l-ewwel 6 xhur tal-2017, fejn rappreżentanti Maltin se jkunu qed jippresiedu fuq 1,500 laqgħa li se jsiru fi Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu. Qal ukoll li se jiġu wkoll ngaġġati numru ta' ħaddiema biex jingħaqdu mat-tim tal-Presidenza bbażat Malta li se jkun qed jaħdem biex jorganizza madwar 200 laqgħa fuq livelli differenti, itella' l-programm kulturali u jospita madwar 1,500 ġurnalist li se jżuru pajjiżna biex jirrapurtaw dwar l-laqgħat informali tal- Ministri. "Ovvjament hemm ammont sostanzjali ta' spejjeż marbuta mal-loġistika sabiex jittellgħu dawn il-laqgħat kemm f 'Malta u kemm barra minn xtutna kif ukoll kampanji ta' informazzjoni," qalilna Mizzi. se jibda x-xogħol fuq il-Palazz tal-Gran Mastru Staqsejna 'l Mizzi x'inhu ppjanat għall-Parlament l-antik f 'konnessjoni mal-Presidenza, u qalilna li din se tiżżarma bil-ħsieb li 'l quddiem terġa' tintrama fl-istess post jew f 'post ieħor. "Din se tiġi trasformata f 'sala li se tospita l-laqgħat informali tal-Ministri tal-UE u sala għall-konferenzi. Parti mis-sular t'isfel tal-Palazz tal- Gran Mastru se jinbidel f 'ċentru għall-midja. Fil-ġimgħat li ġejjin ser jibda wkoll ix-xogħol biex jiġu installati servizzi li ser ikunu meħtieġa għal waqt il-laqgħat fosthom servizzi ta' telefonija, ta' informatika fosthom servizz ta' wifi, apparat tal-arja kundizzjonata, tagħmir tas-sigurtà u biex jiġu armati uffiċini minn fejn ser joperaw dawk kollha li ser ikunu involuti fix-xogħol tal-Presidenza. Dawn ix-xogħlijiet qed isiru taħt id- direzzjoni tal-Grand Harbour Regeneration Corporation bħala Project Managers." illum | Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 Il-Presidenzi Ewropej 2014 – 2017 Il-Greċja - 1 Jannar – 30 Ġunju 2014 L-Italja - 1 Awwissu – 31 Diċembru 2014 Il-Latvia - 11 Jannar – 30 Ġunju 2015 Il-Lussemburgu - 1 Awwissu – 31 Diċembru 2015 L-Olanda - 1 Jannar – 30 Ġunju 2016 Slovakja - 1 Awwissu – 31 Diċembru 2016 Malta - 1 Jannar – 30 Ġunju 2017 Renju Unit - 1 Awwissu – 31 Diċembru 2017 Xi tfisser il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Prijoritajiet tal-Presidenza Maltija Il-PrEsIdEnza tal- Kunsill tal-unjoni Ewropea tinbidel kull sitt xhur u pajjiżi membri differenti jridu jkunu responsabbli għall-ħidma tal-Kunsill għas-sitt xhur li jkun imisshom. F'dawk is-sitt xhur l-istat membru jmexxi l-laqgħat f 'kull livell tal-Kunsill u dan jiżgura kontinwazzjoni fix-xogħol tal-Unjoni. L-istati membri li jkollhom il-Presidenza jaħdmu flimkien fi gruppi ta' tlieta li jissejħu trio. It- trio jippreparaw għanijiet komuni u jippreparaw aġenda komuni li tiddetermina l-prijoritajiet għat-18-il xhar tal- Presidenza tagħhom. Wara dan kull pajjiż jipprepara programm aktar dettaljat għas-sitt xhur tal- Presidenza tiegħu. It-trio kurrenti huma l-Olanda, li bdiet il- Presidenza tagħha fl-1 ta' Jannar ta' din is- sena, is-Slovakja li tieħu l-Presidenza warajha u finalment Malta fl-2017. Il-Presidenza hija responsabbli għat-tmexxija tax-xogħol tal-kunsill rigward il-leġislazzjoni tal-Unjoni. Hemm żewġ prijoritajiet fix-xogħol tal-Presidenza – l-ippjanar u t-tmexxija tal-laqgħat tal-Kunsill u tal-kumitati preparatarji, u taġixxi bħala rappreżentant tal-Kunsill f 'laqgħat ma' istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea, partikolarment il- Kummisjoni u l-Parlament Ewropej. F'dan ir-rwol trid tipprova ssib qbil dwar leġislazzjoni bejn dawn it- tliet entitajiet. Il-Presidenza trid taħdem mill-qrib mal-President tal-Kunsill Ewropew u r-Rappreżentant Għoli tal-Affarijiet Barranin u Politika ta' Sigurtà tal- Unjoni. Il-MInIstru għall- affarijiet tal-uE, louis Grech, qal aktar kmieni dan ix-xahar li bħalissa l-unjoni Ewropea għaddejja minn perjodu delikat fl-istorja tagħha. Malta se tieħu l-Presidenza tal-Kunsill meta l-Unjoni qed tiffaċċja kwistjonijiet bħal migrazzjoni, sigurtà, il-proċess ta' unifikazzjoni u l-futur tal-Gran Brittanja fl-Unjoni. Grech kien qal li l-kwistjoni tal-migrazzjoni se tkun il-projorità ewlenija għall- Presidenza Maltija. Barra minn dawn hemm prijoritajiet oħra bħall-proċess ta' Unjoni Waħda, il-Mediterran, is- settur marittimu, l-enerġija u l-faqar. Grech qal li l-Presidenza se tirrevedi l-qafas finanzjarju u ssegwi r-referendum tar-Renju Unit u kif dak ir-riżultat jaffettwa l-futur tal-Unjoni. Malta se tonfoq €50m anqas mil-Lussemburgu Xena proġettata fuq il-Forti Sant'Anġlu meta Malta saret membru tal-UE...is-sena d-dieħla Malta se jkollha l-Presidenza tal-UE

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016