Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 Kummerċjali Ivvjaġġa b'iktar kumdità bl-offerti speċjali tal-Emirates Emirates, il-linja tal-ajru li tressaq lejn xulxin in-nies u destinazzjonijiet, qed tniedi offerti speċjali għal dawk il-passiġġieri li jixtiequ jivvjaġġaw fl-Ewwel Klassi jew fil-Klassi tan-Negozju minn Malta għal Dubai, u lil hinn, lejn 36 destinazzjoni differenti fil-Lvant Imbiegħed, fix-Xlokk tal- Asja, l-Awstralasja, l-Afrika, il-Lvant Nofsani u l-Amerika t'Isfel. Żewġ passiġġieri li jivvjaġġaw flimkien fl-Ewwel Klassi u fil-Klassi tan-Negozju jistgħu jibbenefikaw minn skont ta' 25% fuq kull biljett tal-ajru. Il-passiġġieri li jivvjaġġaw waħedhom jistgħu jibbenefikaw minn skont ta' 20% fil-Klassi tan- Negozju biss. Il-prezz speċjali abbinat mal-offerta tal-klassi tan- negozju jibda minn €2,285 kull persuna lejn Dubai, €2,626 għal-Lvant Imbiegħed, €3,005 għall-Afrika, €3,715 għall-Amerika t'Isfel, u €4,253 għal destinazzjonijiet fl-Awstralasja. Il-prezz għall-ewwel klassi jibda minn €3,222 kull persuna lejn Dubai, €3,707 lejn il- Lvant Imbiegħed, €4,167 għall-Afrika, €5,065 għal destinazzjonijiet fl-Amerika t'Isfel u €5,715 lejn ibliet fl- Awstralasja. Għal żmien limitat, il- passiġġieri jistgħu jieħdu vantaġġ minn din l-offerta speċjali u jesperjenzaw il-lussu li Emirates toffri fis- Suites Privati tal-Ewwel Klassi, sodod lie-flat fil-Klassi tan- Negozju, ikel fin ippreparat minn gourmet chefs, l-ifjen inbejjed, u iktar minn 2,000 stazzjon ta' divertiment permezz tas-sistema ice. Din is-sistema ta' divertiment, li rebħet għadd ta' unuri fl- industrija, toffri lill-passiġġieri films, xows televiżivi, mużika u għadd ta' logħob diġitali. Barra minn hekk, il- vjaġġaturi tal-Ewwel Klassi u dawk fil-Klassi tan-Negozju jistgħu jibbenefikaw minn trasport privat b'xejn minn u lejn l-ajruport, aċċess għal lounge fl-ajruport, u allowance tal-bagalja ġeneruż ta' 50 kilo u 40 kilo rispettivament. L-esperjenza li Emirates toffri lill-passiġġieri tal-Ewwel Klassi u tal-Klassi tan- Negozju fuq l-ajruplan A380 tieħu xejra oħra ta' lussu. Il-klijenti tal-Ewwel Klassi jistgħu jiffriskaw ruħhom fiż-żewġ Shower Spas abbord l-ajruplan, filwaqt li l-vjaġġaturi tal-Ewwel Klassi u tal-Klassi tan-Negozju jistgħu jissoċjalizzaw fl- Onboard Lounge waqt li jkunu 40,000 pied 'il fuq fl- ajru. Hawnhekk il-passiġġieri jistgħu jirrilassaw u jgawdu minn xorb mill-ifjen, u hors d'oeuvres ippreparati minn gourmet chefs. L-ibbukkjar tat-titjiriet għandu jsir sad-29 ta' Frar 2016 għal vjaġġi li jitilqu mill-lum stess sal-14 ta' Diċembru 2016. F'ċerti dati, l-offerta ma tapplikax (black out). Termini u kundizzjonijiet oħra japplikaw. Suite Privata fil-Ewwel Klassi abbord l-ajruplan ta' Emirates A380 It-trakkijiet u trailers tad- ditta DAF rappreżentati f 'Malta minn United Equipment Co. (UNEC) Ltd, kumpanija sussidjarja ta' Bonnici Group, hija ditta li qed issir dejjem iżjed rispettata minn kumpaniji lokali li qed jagħżlu li jinvestu f 'vetturi DAF għall- flotot tagħhom. Attrans fil-fatt hija l-aktar kumpanija riċenti li investiet f 'DAF wara li xtrat erba' mudelli ġodda li għadhom kemm twasslu lill-kumpanija. "Aħna ferm kburin li Attrans għażlu li jaħdmu magħna għall-ewwel darba u ċert li dan l-investiment tagħhom se jkun il-bidu ta' kollaborazzjoni professjonali ġdida," qal John Bonello minn UNEC. Il-kumpanija DAF Trucks N.V hija sussidjarja ta' PACCAR Inc. u meqjusa mill-industrija bħala waħda mill-aqwa produtturi ta' trakkijiet fl-Ewropa. "Il-kumpanija mhux biss tibni trakkijiet ta' l-ogħla kwalità iżda permezz tal-firxa ta' dealers internazzjonali li għanda, tgħin lill-klijenti tagħha jagħżlu l-aktar mudell ideali għall-operat tagħhom. Permezz tal-kumpanija tagħna UNEC, aħna ilna nirrappreżentaw lill-kumpanija DAF f 'Malta għal dawn l-aħħar għaxar snin, fejn qed inwasslu fost l-aqwa vetturi u makkinarju lill-industrija lokali," qal John Bonello Philip Attard, Direttur Maniġerjali ta' Attrans qal, "Aħna nemmnu li l-investiment kontinwu fil-flotta tagħna jkompli jsaħħilna l-vantaġġ kompetittivi u jgħinna nwasslu l-aħjar soluzzjonijiet ta' trasport lill-klijenti tagħna. Huwa għalhekk li għażilna li nkabbru l-flotta tagħna bix- xiri ta' dawn l-erba' trakkijiet ġodda DAF. Il-flotta tagħna llum tgħodd mal-45 tractor unit u 'l fuq minn 350 trailer, flotta li bħalissa qed tiżdied b'30 unit kull sena. Din il-flotta ġdida se tkompli tgħin lil Attrans tibqa' twassal l-aħjar servizz lill-klijenti tagħna." Il-mudell XF ta' DAF magħżul minn Attrans huwa kunsidrat bħala wieħed mill-aħjar trakkijiet għad-distanzi twal. Disinjati b'mod li joffru l-aqwa effiċjenzi grazzi għall-magna Euro 6 12.9 litre, dawn it- trakkijiet huma mibnija fuq chassis ġdid kumplimentat b'dehra ġdida u attraenti. Dan il-mudell ġdid joffri wkoll livelli ogħla ta' kumdità u handling. Attrans jinvestu f '4 Trakkijiet DAF Ġodda mingħand UNEC L-istaff ta' HSBC jagħtu iktar minn 300 ġurnata ta' volontarjat fl-2015 B'turija ta' impenn dejjem jikber biex jgħinu lis-soċjetà, l-istaff tal-Bank HSBC Malta b'kollox taw total ta' 315-il ġurnata, jew ekwivalenti ta' 7,650 siegħa xogħol bħala volontarjat fl-2015. Dawn il-ġranet ta' volontarjat intużaw biex jgħinu firxa ta' proġetti differenti madwar il-gżejjer Maltin. Dan ifisser żieda ta' tliet darbiet fin-numru ta' ġranet li ngħataw meta mqabbel mas-sena l-oħra, meta kienu ngħataw 97 ġurnata. Il-Bank HSBC joffri lill- impjegati tiegħu ġranet tal- leave bil-paga mħallsa bl-għan li jkunu jistgħu jwettqu xogħol ta' volontarjat fil-komunità bħala parti mill-programm ta' voluntary day leave. Fl-2015, il-programm ippermetta lill-membri tal-istaff iwettqu għadd ta' attivitajiet differenti li jvarjaw minn tindif ta' siti sa għajnuna biex jittellgħu wirjiet pubbliċi. L-organizzazzjonijiet u lokalitajiet li bbenefikaw minn dawn l-atti ta' karità mill-istaff jinkludu Palazzo Falson, ġnien antik u abbandunat ħdejn iċ-Ċentru tal-Edukazzjoni l-ġdid fl-Imsida, l-Arkivji Notarili, Heritage Malta, Argotti Nature Trust, il-Proġett Wied Għollieqa, il-Fondazzjoni St Jean Antide, u l-Isptar Mater Dei. Il-Kap Eżekuttiv ta' HSBC Malta Andrew Beane qal: "Meta l-istaff ta' HSBC Malta jagħmlu xogħol ta' volontarjat, jiksbu sodisfazzjon personali u jsaħħu l-fatt li l-Bank jifforma parti importanti mis-soċjetà Maltija. B'dan il-mod, l-istaff tagħna juru li r-responsabbiltà soċjali tmur lil hinn minn investimenti finanzjarji." AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT L-istaff ta' HSBC Malta jsibu sodisfazzjoni personali fix-xogħol ta' volontarjat u jsaħħu l-fatt li l-Bank jifforma parti importanti mis-soċjetà Maltija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016