Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 19 Editorjal ILLUM, MedIaToday LTd, VjaL Ir-rIĦan, San Ġwann SĠn 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Għandna l-lussu ta' ekonomija b'saħħitha L -eks Prim Ministru Lawrence Gonzi kien ta' sikwit jgħid li xejn ma jiġri b'kumbinazzjoni. U jekk xejn ma kien jiġri b'kumbinazzjoni taħt Gvern Nazzjonalista l-istess jgħodd taħt Gvern Laburista. Dan il-Gvern, li issa ilu fil-poter kważi tliet snin għandu n-nuqqasijiet tiegħu, uħud minnhom żgħar u oħrajn kbar. Kellna l-opportunità diversi drabi minn dan l-editorjal biex nelenkaw serje ta' żbalji li seta' evita l-Gvern u xi Ministri tal-Kabinett. Żbalji li ħammrulu wiċċu u servew biex ixaqqu l-imaġini tal-Partit Laburista u ta' Joseph Muscat. Jidhrilna li fejn jirrigwardaw xi oqsma, b'mod speċjali l-ambjent u t-trasparenza dan il-Gvern għad fadallu ħafna x'jaqdef jekk irid juri lill-poplu li huwa differenti mill-Gvern ta' qablu. Madanakollu l-argument li qabad art sew illi l-ekonomija nistgħu ma nitkellmux dwarha għax din dejjem se tibqa' sejra tajjeb huwa wieħed mill- aktar fallaċi. Mingħajr ekonomija b'saħħitha, kif għandna bħalissa, ma kienx ikollna l-lussu li nitkellmu dwar diversi kwistjonijiet oħrajn. Il-fatt li ħadd mhu qed jitkellem jew jeċita ruħu bil-fatt illi pajjiżna b'5.6% rreġistra t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal- Unjoni Ewropea huwa l-akbar ċertifikat ta' kemm l-ekonomija sejra tajjeb. Il-fatt li m'hawnx diskussjoni dwar ix-xogħol, li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-aktar ħaġa importanti għall-ħaddiema, għall- istudenti u għall-familji huwa riflessjoni tal-fatt li ċ-ċifri llum qed juru li l-qgħad qiegħed fl- inqas livelli tiegħu mid- disgħinijiet. Is-sena l-oħra Malta kellha tliet ċertifikati mill-aqwa. Kellha t-tielet l-inqas rata ta' qgħad fost il- pajjiżi kollha tal-UE, b'5.1%, kellha fost l-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ mill-pajjiżi tal-UE, u kellha ċifri li juru żieda qawwija ta' nies f 'impjieg. F'Awwissu pajjiżna ra żieda ta' 7,300 impjieg fis-settur privat u 316 fis-settur pubbliku, altru milli kulħadd qed isib impjieg mal-Gvern u altru milli bil-Labour fil-Gvern se jkollna l-kjuwijiet tan-nies jistennew biex jirreġistraw. Is-sena l-oħra pajjiżna rreġistra rekord assolut f 'dak li jirrigwarda t-turiżmu b'żidiet f 'dawk li ġew Malta, żidiet fin-nefqa u żidiet fin-numru ta' ljieli li t-turisti qattgħu f 'pajjiżna. Esperjenzajna sena rekord fid-dħul mill-industrija tal- films b'€100 miljun u sena rekord fil-qasam tal-cruises, b'żieda ta' 30% f 'dawk li ġew Malta b'dan il-mod. L-aġenti kollha li din il- gazzetta tkellmet magħhom jgħidu kif is-suq tal- proprjetà, kemm fil-bejgħ u kemm fil-kiri, għaddej minn żmien tajjeb ħafna u l-kostruzzjoni, li minkejja l-isem ħażin li għandha neħtiġuha daqs kwalunkwe settur ieħor tal-ekonomija, sejra tajjeb ukoll. Fil-ħarġa tal-lum negozjanti Għawdxin jitkellmu dwar l-aqwa Jannar li qatt esperjenzaw u 64% ta' dawk li pparteċipaw fi stħarriġ tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu Għawdxi qalu li marru aħjar fl-2015 mis- sena ta' qabel. U nistgħu nibqgħu għaddejjin bir-riżultati pożittivi ferm li qed jikseb il-pajjiż. Imma se nieqfu hawn għalissa biex naċċertaw li l-għan ta' dan l-editorjal, anke jekk hekk se jkun hemm min jipprova jinterpretah għax hekk jaqbillu, ma jkunx xi eżerċizzju fl-inċensar. Fil-fatt din il-gazzetta ilha tgħid li ma tidillettax f 'inċensar, imma dak ma jfissirx li din il-gazzetta għandha ddoqq it-trombi ta' min jaqbillu li ma nitkellmux dwar il-fatt li pajjiżna għaddej mill- aqwa perjodu ekonomiku mid-disgħinijiet 'l hawn. Mill-aqwa żmien ta' Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Eddie Fenech Adami. Jew agħar minn hekk ta' min qed jitkellem daqslikieku xi dagħwa illi għandna Gvern 'pro- business'. Allura, għax għandna Gvern li jaħdem tajjeb man-negozji? So what? Kulħadd sejjer tajjeb? U dażgur li le. Il-ġid qed jipperkola sal-aħħar saffi tas-soċjetà? Ir-risposta tagħna hija li għad le. U se nibqgħu nsostnu li s-suċċess jilħaq lil kulħadd. Insemmu u nistaqsu ħafna dwar il-kredenzjali xellugin li għandu jew għad fadallu l-Partit Laburista llum. Imma nfakkru wkoll illi kieku għandna l-Gvern Laburista li kellu jeħodna gass down ġol-ħajt u għall- bail out kif kien ippreveda l-Kap tal-PN, kieku dwar il-qgħad, ir-riċessjoni u l-familji bla flus qed nitkellmu, mhux dwar l-ideoloġiji politiċi. editur: albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016