Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305
Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 27 SportSillum minn Cristian Antony Muscat St. Andrews .............. 1 Tarxien R .................. 1 St Andrews kisbu t-tielet riżultat utli konsekuttiv għalihom meta żammew lil tarxien Rainbows fi draw prestiġjuż ta' 1-1. Kienu Tarxien Rainbows li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża lejn il-lasti ta' St Andrews fit-22 minuta meta Luke Montebello kkontrolla tajjeb u xxuttja bil-goalkeeper żagħżugħ ta' St Andrews, Jake Galea, jilqa' b'mod komdu. St Andrews irrispondew minuta biss wara permezz ta' xutt ta' Jonatan Perez Cuestra li sab lill- goalkeeper tar-Rainbows, Andrea Cassar attent. Fis-27 minuta freekick ta' Ayrton Azzopardi għat- tim immexxi mill-coach Jacques Scerri, intemm ftit għoli. Jidher li t-'team talk' tal-coach Jacques Scerri fil-mistrieħ swiet ferm għat-team tiegħu, hekk kif fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Tarxien Rainbows, ħarġu ferm b'saħħithom fit- tentattiv ovvju li jiftħu l-iscore u fid-49 minuta, wara li rċieva minn corner ta' Joao Pedro Oliveira Santos, għola tajjeb Triston Caruana, li ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill-viċin tistampa mal-mimduda. Tarxien Rainbows komplew bis-supremazija territorjali fil-grawnd u fetħu l-iscore fis-57 minuta meta minn cross mix- xellug, il-ballun spiċċa f 'saqajn Luke Montebello li kkontrolla l-ballun tajjeb qabel permezz ta' xutt fil- baxx tefa' ballun wara Jake Galea, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka. Iżda huma ma tantx damu jifirħu hekk kif St Andrews wettqu reazzjoni mill-aqwa u fil-61 minuta, ġabu l-iscore ndaqs meta s-sostitut Kyrian Nwoko rċieva pass preċiż mingħand Salomon Wisdom, qabel minn taħt il-lasti ta' Andrea Cassar tefa' ġewwa. Żewġ minuti biss wara, St Andrews kienu għoddhom irduppjaw l-iskor meta minn corner tal-captain Joseph Farrugia, għola tajjeb Che Bong Won, li iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu jintemm ftit għoli. Tarxien Rainbows fis-70 minuta meta cross-shot ta' Ayrton Azzopardi kien kważi nganna għalkollox bil-goalkeeper ta' St Andrews, Jake Galea, iżda l-ballun intemm ftit barra. St Andrews Galea, Pena' Beltre, Camileri, Bong Won, Perez Cuestra (Sammut 90'), Oseghale (Grech 85'), Desira Buttigieg (Nwoko 33'), Wisdom, Farrugia, Onwudinjo, Johnson Tarxien R. Cassar, De Oliveira, Tabone Desira (Muscat 27'), Caruana, Azzopardi, Hevia Menendez (Frances 66'), Montebello, Fernandez Prendes (Nilsson 78'), Da Paixao Alves, Tabone, Oliveira Santos Referi Clayton Pisani VICTOR LUCKY OSEGHALE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fit-12 ta' Awwissu tal- 1995 f'Benin City fin-Niġerja, u għandu 20 sena. Ingħaqad ma' St Andrews fit- tieqa tat-trasferimenti ta' Jannar li għadda. St Andrews jiksbu t-tielet riżultat utli konsekuttiv Ritratt - Ray Attard Dwell fl-arja għall-ballun fil-konfront bejn St Andrews u Tarxien Rainbows