Illum previous editions

ILLUM 14 Frar 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 Intervista 'L-idea li biex ikollna xogħol rridu nieklu mill-kampanja S andro Chetcuti, il-President tal- Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) qal lil ILLUM li, "din l-idea li biex ikollna xogħol għall-industrija tal-kostruzzjoni rridu nieklu mill-kampanja, hija bla sens. Ix- xogħol kbir li jeħtieġ isir fuq siti li għandhom jiġu riġenerati jista' jżomm l-industrija okkupata għal 50 sena oħra." Fil-fatt, Chetcuti jitkellem il- lingwa tal-ambjentalisti imma jirrapreżenta industrija, dik tal-kostruzzjoni, li għandha reputazzjoni li għamlet l-akbar ħsara lill-kampanja. Staqsejtu kif jista' jirrikonċilja dawn iż-żewġ fatturi. Imma hu qal li ma jaqbilx li l-industrija tal-kostruzzjoni għamlet l-akbar ħsara. "Nemmen li l-akbar ħsara fil-kampanja saret b'abbuż sfrenat minn individwi għax, minn żmien għal żmien, kien hemm nuqqas ta' nfurzar fir-regoli tal-ippjanar. Kellna sitwazzjonijiet fejn l-ippjanar seta' kien ħafna aħjar." Hu qal li jeħtieġ ikollna aktar ħsieb dwar kif nagħmlu l-ippjanar biex dan ikun aktar sostenibbli. 'Lesti niffirmaw ftehim mal- għaqdiet ambjentali' Bħala prova tal-kredenzjali ambjentali, Chetcuti qal li l-MDA lesta tiffirma ftehim (Memorandum of Understanding) mal-għaqdiet ambjentali li verament għandhom l-interess tal-pajjiż għal qalbhom, "biex fejn naqblu, naħdmu flimkien ħalli nikkonvinċu lill-politiċi tagħna dwar x'għandha tkun l-istrateġija li għandha tkun implimentata biex nissalvagwardjaw l-ambjent għall- ġid u l-benefiċċju tal-pajjiż." Il-ġimgħa li għaddiet, Chetcuti reġa' ġie kkonfermat fil-kariga b'mod unanimu. Huwa qal li kemm hu, kif ukoll il-Perit Michael Falzon, li kien President tal-Assoċjazzjoni qablu, dejjem żammew l-ambjent bħala prijorità. "Meta ddikjarajna ruħna kontra li nestendu ż-żoni ta' żvilupp u nieklu l-kampanja, uħud mill- membri ma qablux u telqu imma l-kumitat kien warajna u l-membri żdiedu u mhux naqsu." "Imma bħala assoċċjazzjoni kellna suċċessi kbar," kompla jgħid Chetcuti. "Irnexxielna nġibu l-akbar intraprendituri b'dan is-settur flimkien biex nitkellmu b'vuċi waħda. Irnexxielna ninfluwenzaw deċiżjonijiet għall- aħjar li anke ġew rifletti fil-baġit, u rnexxielna nerġgħu nġibu attività fis-settur wara staġnar kbir. Barra minn hekk, tejjibna r-responsabbiltà korporattiva tal-industrija u tgħallimna nkunu anqas egoisti u bdejna nitkellmu fuq policies u mhux każijiet individwali. Għall-futur, għandi xewqa kbira li nagħmlu suġġerimenti konkreti fejn jidħol ippjanar u ambjent, u qed inħejju proposti għall-Gvern u l-Oppożizzjoni biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet." Semmejtlu kif is-settur huwa wkoll sinonimu mal-korruzzjoni, pereżempju korruzzjoni fil-ħruġ ta' permessi jew permessi li nħarġu wara li sar l-iżvilupp. "Kif taħseb li tista' tindaf ir-reputazzjoni ta' dan is-settur?" staqsiet din il-gazzetta. "Kull fejn hemm il-ġid, hemm lok għall-korruzzjoni," wieġeb Chetcuti. "Kien hemm imħallfin li nstabu ħatja ta' korruzzjoni, u kien hemm każi ta' korruzzjoni fi kwistjonijiet ta' xiri ta' żejt. Jiġifieri l-korruzzjoni tista' tkun f 'kollox u mhux biss fis-settur tal-kostruzzjoni. L-art hija parti mill-ġid ta' pajjiż. Kien hemm gwerer li ġew miġġielda fuq akkwist ta' art. L-art u l-iżvilupp tal-art jibqa' suġġett kontroversjali. Din il-perċezzjoni li għandha l-industrija, nistgħu negħlbuha biss billi nieħdu passi kontra min jabbuża. Jeħtieġ ukoll inżidu l-professjonaliżmu fis-settur u naħdmu biex ikun hemm level playing field, biex kulħadd ikun indaqs. L-MDA għandha kodiċi t'etika u jekk xi membru jabbuża, ma jibqax membru tagħna. Kien hemm membru li ġie mkeċċi mill- assoċjazzjoni minħabba nuqqas ta' professjonalità li wera lejn ix-xerrejja tiegħu, pereżempju. Fil-passat, kien hemm membri li telqu mill-assoċċjazzjoni minħabba xi pożizzjonijiet li ħadna, imma n-numru ta' membri baqa' jiżdied minn madwar 55 għal iktar minn 400 membru llum. Illum nirrapreżentaw bejn 85 u 90 fil- mija tal-industrija, u l-kumpaniji tal-kostruzzjoni ewlenin huma kollha membri. Barra minn hekk, meta membri japplikaw, nagħmlu eżerċizzju żgħir ta' 'due diligence' qabel ma jiġu aċċettati. Qal li xi kultant iħossu miexi għat-telgħa għax hemm ħafna xi jsir biex titkisser il-perċezzjoni ħażina dwar din l-industrija li nġemgħet f 'ħafna ħafna snin qabel ma kien hemm l-MDA li tista' tirrapreżenta s-settur u tkun kritika ta' xi deċiżjonijiet tal-amministrazjoni. "Jekk qed titnieda proposta li ma tagħmilx sens, aħna se nitkellmu kontriha bħalma għamilna fil-każ tal- pompi tal-petrol u għidna li ma kinitix deċiżjoni li saret bil-ħsieb, b'konsiderazzjoni għall-ambjent u b'mod professjonali. U aħna qbilna mal-għaqdiet ambjentali li rreaġixxew b'mod negattiv għal dik il-policy." 'Sparpaljar tal-kampanja għal taparsi skopijiet agrikoli' "Ma nistgħux nibqgħu nippermettu sparpaljar tal- kampanja għal taparsi skopijiet agrikoli bħal pereżempju l-politika dwar l-irziezet tal-fniek jew tat-tiġieġ li mbagħad wara jiġu konvertiti f 'vilel fil-kampanja. Mhuwiex l-iżviluppatur li jrid dan it-tip ta' żvilupp u ppjanar," qalilna Chetcuti. Saqsejtu x'inhi l-opinjoni tiegħu dwar eċċezzjonijiet għall-ODZ li qed jitkellmu dwarhom il-politiċi. "Jien ngħid kategorikament li barra miż-żoni ta' żvilupp m'għandu jsir l-ebda bini... full stop. Iżda wieħed irid l-ewwel jara kif saru ż-żoni ta' żvilupp. Fil-proċess kienu saru ħafna inġustizzji, u dawn għandhom jiġu indirizzati. Pereżempju hemm każi fejn għandek bini fuq naħa u bini fuq oħra u mbagħad ikollok biċċa art żgħira bejniethom li ġiet dikjarata ODZ. Wieħed jistaqsi għaliex? Is-sidien ta' dawk l-artijiet sofrew inġustizzja. Jekk il-Gvern irid li dik l-art tibqa' green area għandu jħallas lil dawk is-sidien il-valur kummerċjali tagħha, u jħalliha green area imma m'għandux jagħmel green areas a skapitu tas-sidien. Iżda barra minn dawn l-anomaliji li jinsabu f 'żoni diġà żviluppati, ma nara l-ebda raġuni għaliex għandu jsir aktar bini fil- kampanja." Chetcuti ssuġġerixxa li jittieħed stocktake ta' dak il-bini li sar legalment fuq ODZ. Qal li m'għandu qatt isir żvilupp fuq ODZ li hija intatta u f 'żoni sensittivi bħal per eżempju s-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi, id-Dwejra (Malta), Selmun, il-Baħrija, l-Imtaħleb u ħafna postijiet oħra fil-kampanja li tispikka u li fortunatament għadha fi stat naturali. "Huwa inaċċettabbli li wieħed jibqa' japplika għal żvilupp fuq ODZ bl-iskuża ta' skopijiet ta' rziezet u proġetti simili oħra sabiex inkomplu nnaqqru mill-kampanja, u l-biċċa l-kbira ta' dawn il-proġetti ma jkunux vijabbli," qal Chetcuti. "Kif nistgħu nevitaw li l-ambjent u l-iżvilupp jiġu politiċizzati?" saqsejtu jien. Chetcuti wieġeb li hu jibqa' jsostni li l-ambjent u l-ekonomija jmorru id f 'id. "L-ekonomija tagħna ma tistax tikber jekk ma nieħdux ħsieb l-ambjent u ma jistax ikollok ambjent protett jekk ma jkollokx ekonomija soda, għax biex tipproteġi l-ambjent kif suppost, trid il-finanzi." "Naraw ħafna nies jilmentaw dwar kwistjonijiet ambjentali, imma barra li nilmentaw irridu noffru soluzzjonijiet għal dawn il- problemi u nsibu modi kif negħlbu l-istatus quo u nwaqqfu l-ħsara fl-ambjent," żied jgħid il-President tal-MDA. "L-iżviluppaturi u Mark Borg markborg@mediatoday.com.mt Ma nistgħux nibqgħu nippermettu sparpaljar tal- kampanja għal taparsi skopijiet agrikoli " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 Frar 2016