Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/640305
Il-Ħadd 14 ta' Frar 2016 | illum 35 Sports il-ħolma ta' ħajtu ma' Valletta kien hemm diversi avvanzi mill- amministrazzjoni tal-MFA fen jidħol futbol lokali. Fil-ħajja f 'kollox, ikun hemm il-pożittiv u n-negattiv, iżda nemmen li l-MFA għandha iktar pożittiv milli negattiv. X'inhuma l-fehmiet tiegħek fuq il-livell tar-referis li jikkontrollaw il-logħob tal-futbol f 'Malta? Taħseb li dan huwa tajjeb biżżejjed? Iva, fil-fatt meta jiġu jirrefjaw f 'pajjiżna referis barranin li jkunu fuq progamm ta' skambju, inħoss li ġieli l-livell tagħhom ikun inferjuri għal dak tal-Maltin. X'tikkummenta fuq il-kankru tal- betting li kulma jmur qed jeqred il- futbol mondjali? Il-betting hija problema mhux f 'Malta biss, iżda madwar id-dinja kollha. Kumbinazzjoni, ftit tal-ġimgħat ilu, kont qed naqra ktieb fuq il-Kampjonat Taljan tas-Serie A, fejn il-problema tal-betting hija waħda kbira mmens, fejn il-persuni nvoluti jaqilgħu ammonti kbar ta' flus. B'hekk, meta tqis li wħud mill-plejers f 'Malta ma jitħallsux fil-ħin, mill-klabbs rispettivi tagħhom, huwa faċli għalihom li jaqgħu fin-nasba tal-betting. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u mal-futbol? Irid ikollok tqassim tal-ħin ('time management') tajjeb, waqt li trid tara wkoll li l-ħinijiet tax-xogħol ma jaħbtux mal-ħinijiet li fihom ikollok it-taħriġ, u jekk tkun se tasal tard għat-taħriġ, dejjem tkun trid tavża b'dan lill-kowċ. Però, minn hemm jew minn hawn, dejjem jirnexxielna nirranġaw. Barra minn hekk, trid tagħti kas tad-dieta tiegħek u ma tistax tiekol kulma ssib quddiemek fuq il-mejda tal-ikel! X'sagrifiċċji u 'commitments' partikolari jinvolvi l-futbol, speċjalment għalik li għadek plejer ferm żagħżugħ? Il-futbol jinvolvi ħafna sagrifiċċji, u anki dawk ta' madwarek bħal pereżempju t-tfajla tiegħi, ibatu miegħek. Dan għax pereżempju, jekk ikollok aptit toħroġ ma' sħabek, ġieli ma tkunx tista', minħabba li jkollok il-taħriġ, logħob u affarijiet oħra relatati mal-futbol. Anki, trid tara li fost affarijiet oħra, tiddedika biżżejjed ħin għall-irqad u l-mistrieħ. Jekk tiġik offerta minn xi klabb barra minn Malta biex tmur tilgħab miegħu, tikkunsidraha jew għalissa l-għan ewlieni tiegħek huwa dak li tkompli timpressjona ġewwa pajjiżna ma' Valletta? Naħseb li hija ħolma ta' kull plejer Malti li jmur jilgħab barra minn Malta, però mbagħad trid tara ċ-ċirkostanzi speċifiċi xi jkunu. Pereżempju tliet snin ilu kont mort għal prova, fis-Slovakkja, però hemmhekk il-plejers u l-istaff tekniku tat-tim li kont nittrenja miegħu ma kinux jitkellmu bl-Ingliż. Forsi għall-fatt li kont għadni żgħir, qtajt qalbi u ġejt lura Malta. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek ma' Valletta? Jekk tiġik xi offerta minn xi klabb ieħor lokali tikkunsidraha, jew meta wieħed iqis l-imħabba speċjali li int għandek lejn Valletta, minħabba l-fatt li int plejer Belti, tqis li l-futur tiegħek huwa wieħed esklussivament ma' Valletta? Il-ħolma ta' kull plejer Belti li huwa mill-Belt Valletta u li jilgħab ma' Valletta, dejjem tkun li jibqa' jilgħab ma' dan it-tim, bħalma pereżempju kien għamel Gilbert Agius. Iżda fil-futur, ħadd ma jaf x'jista' jiġri, għax hemm diversi fatturi oħra li wieħed ikun irid jikkunsidra, u li ma jkunux jiddependu għal kollox minni bħala plejer. Fost oħrajn insemmi, li tista' pereżempju bħala plejer ma tibqax fil-pjanijiet tal-kowċ. Bħal fil-ħajja, fil- futbol, inħoss li l-aktar pass għaqli ikun dak li wieħed jimxi pass pass. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala plejer mat-tim nazzjonali tal- kbar, jew għalissa qed tikkonċentra esklussivament fuq it-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena? Bħalissa jien għadni plejer tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena u kif għidtlek qabel, l-aktar ħaġa għaqlija bħalissa, speċjalment għall-fatt li għadni żgħir, hija dik li nimxi pass pass. Huwa unur kbir li tintgħażel mat-tim nazzjonali tal-kbar u biex jirnexxielek tagħmel dan, trid taħdem ħafna għaliha. Però, inżid ngħid li din mhix għażla tiegħi iżda għażla tal- kowċ. Naħseb li l-ogħla tragward li plejer Malti jista' jilħaq f 'Malta, huwa dak li jilgħab bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti. Bħala plejer li rnexxielek tagħmilha mal-ewwel 11 ta' tim bi storja glorjuża bħal ta' Valletta, għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ, speċjalment dawk Beltin li huma interessati li jagħmlu karriera fil-futbol, fosthom bil- flokk ta' Valletta. Fil-futbol bħal fil-ħajja, jeżistu ħafna sagrifiċċji. Trid tkun professjonali kemm jista' jkun fit-taħriġ tiegħek għalkemm f 'Malta aħna xi ftit limitati. Barra minn hekk, inħoss ukoll li trid tkun ferm professjonali fl-attitudni tiegħek, speċjalment fl-istil ta' ħajja li taddotta, fost l-oħrajn. Lill-plejers żgħażagħ Beltin nagħmlilhom ħafna kuraġġ, u ngħidilhom li bħalissa qed jaħdmu ferm tajjeb. Dan grazzi għax-xogħol kbir u ferm siewi li qed isir min-naħa tan-Nursery ta' Valletta. Hemm bosta plejers li telgħu mat-tim tal-kbar ta' Valletta min-Nursery tal-istess tim u mhux jien biss. Insemmi fost l-oħrajn lil Jean Borg, Russell Fenech, Nicholas Pulis u Daniel Camilleri. Jekk tfal Beltin jieħdu eżempju minn dawn il-plejers li qed tingħatalhom fiduċja assoluta mit- tim tal-kbar ta' Valletta, jistgħu bl-istess mod jagħtu ħafna kuraġġ biex ikomplu javvanzaw fil-karriera tagħhom tal- futbol, u għalhekk ngħidilhom sabiex ma jaqtgħux qalbhom. Fil-ħajja xejn ma jiġi waħdu, u għalhekk trid taħdem bis-sħiħ għall-għan li jkollok f 'moħħok, biex jirnexxielek tasal fejn tixtieq fil-ħajja. "Id-debutt mat- tim nazzjonali kien esperjenza tassew sabiħa, li seta' kien isbaħ li kieku ma kontx ilqatt il-lasta, u kien jirnexxieli niskorja propju fid- debutt tiegħi" Twieled fis-7 ta' Mejju 1995 f 'Tal-Pietà Huwa plejer importanti kemm ta' Valletta kif ukoll tat-tim nazzjoanli ta' taħt il-21 sena F'Novembru li għadda, iddebutta mat-tim nazzjonali tal-kbar f 'logħba ta' ħbiberija kontra l-Ġordan F'dan listaġun s'issa, skorja żewġ gowls bil-flokk ta' Valletta, ironikament kontra t-tim li tiegħu missieru Anton Cremona huwa l-assistent kowċ, Mosta Llywelyn Cremona Ritratti: Chris Mangion